Laikos

 

 Aktar dwar il-Ħniena Divina ...

KONSAGRAZZJONI LILL-ĦNIENA DIVINA

Ġesu’ l-aktar Ħanin, Inti li Int l-istess Imħabba u Ħniena, jiena nħobbok u nadurak. Jien ġejt quddiem din ix-xbieha tal-Ħniena Divina tiegħek biex nikkonsagra lili nnifsi u lill-familja tiegħi lejn il-Ħniena Divina. Daħħalna lkoll taħt il-ħarsien tal-Imħabba Ħanina tiegħek.

Inti xtaqt li l-Festa tal-Ħniena Divina tkun ir-refuġju u l-kenn tal-erwieħ kollha u l-aktar għall-midinbin imsejkna. Ġesu’, Int wegħidt li f’dak il-jum, l-abbissi profondi tal-Ħniena tiegħek jinfetħu. Aħna nitolbuk li l-Ħniena Divina tiegħek tinżel fuq Malta, Għawdex u fuq id-dinja kollha. Aħna nqiegħdu l-fiduċja tagħna kollha fil-Ħniena u fl-Imħabba Infinita tiegħek.

Ġesu’ l-aktar maħbub, ipproteġina bid-Demm prezzjuż u bl-Ilma tiegħek, li minnufih ħarġu mill-Qalb Ħanina tiegħek. Ġesu’ Ħanin, Int għidtilna: “Kunu ħanina kif Missieri li hu fis-sema Hu Ħanin”. Għinna kull fejn immorru sabiex ngħixu u nxandru l-messaġġ tal-Ħniena Divina tiegħek, kif ġie rrevelat lil Santa Fawstina, u biex inkunu xhieda ħajja tiegħek permezz tal-imħabba u l-ħniena. Ammen.

Fl-aħħar, tingħad il-Glorja għal tliet darbiet

 

Ara l-poster bl-Att ta' Konsagrazzjoni lill-Ħniena Divina ...