Laikos

 

IL-PAPA FRANĠISKU

KATEKEŻI TAL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA

MĦEJJIJA GĦALL-UDJENZA ĠENERALI TAS-26 TA� FRAR 2025

 

L-Erbgħa 26 ta� Frar 2025

 

Ċiklu ta� Katekeżi � Ġublew 2025. Ġes� Kristu t-tama tagħna. I. L-infanzja ta� Ġes�. 7. �Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek� (Lq 2:30). Il-preżentazzjoni ta� Ġes� fit-Tempju

 

Għeżież ħuti,

 

Illum nikkontemplaw il-ġmiel ta� �Ġes� Kristu t-tama tagħna� (1 Tim 1:1) fil-misteru tal-preżentazzjoni tiegħu fit-Tempju.

 

Fir-rakkonti tal-infanzja ta� Ġes�, l-evanġelista Luqa jurina l-ubbidjenza ta� Marija u Ġużeppi għal-Liġi tal-Mulej u għall-preskrizzjonijiet kollha tagħha. Fir-realt�, f�Iżrael ma kienx hemm l-obbligu li jippreżentaw it-tarbija fit-Tempju, imma min kien jgħix fis-smigħ tal-Kelma tal-Mulej u xtaq jitwaħħad magħha, din kien iqisha prassi prezzjuża. Hekk kienet għamlet Anna, omm il-profeta Samwel, li kienet sterili; Alla ta widen għat-talba tagħha u hi, malli kellha t-tifel, ħaditu t-Tempju u offrietu għal dejjem lill-Mulej (ara 1 Sam 1:24-28).

 

Għalhekk Luqa jirrakkonta l-ewwel att ta� kult ta� Ġes�, iċċelebrat fil-belt imqaddsa, Ġerusalemm, li kellha tkun id-destinazzjoni tal-ministeru itineranti tiegħu sa mill-mument li fih ħa d-deċiżjoni soda li jitla� lejha (ara Lq 9:51), biex hekk resaq lejn il-milja tal-missjoni tiegħu.

 

Marija u Ġużeppi ma llimitawx ruħhom biss li jlaqqmu lil Ġes� fi storja ta� familja, ta� poplu, ta� patt mal-Mulej Alla. Huma ħadu ħsieb jipproteġuh u jgħinuh jikber, u daħħluh fl-atmosfera tal-fidi u tal-kult. U huma stess kibru ftit ftit fl-għarfien ta� vokazzjoni li kienet bil-wisq ikbar minnhom.

 

Fit-Tempju, li hu �dar tat-talb� (Lq 19:46), l-Ispirtu s-Santu jkellem lill-qalb ta� raġel anzjan: Xmun, membru tal-poplu qaddis ta� Alla mħejji għall-istennija u għat-tama, li kellu fih ix-xewqa tat-twettiq tal-wegħdiet magħmula minn Alla lil Iżrael permezz tal-profeti. Xmun fit-Tempju jħoss il-preżenza tal-Midluk tal-Mulej, jilmaħ id-dawl li jilma qalb il-popli mixħuta �fid-dlamijiet� (ara Iż 9:1), u jmur biex jiltaqa� ma� dik it-tarbija li, kif iħabbar Iżaija, �twelditilna�, hija l-iben li �ngħatalna�, il-�Prinċep tas-sliem� (Iż 9:5). Xmun jgħannaq lil dik it-tarbija li, ċkejkna u bla difiża, tistrieħ f�dirgħajh; imma huwa hu, fir-realt�, li meta jrossha miegħu, isib il-faraġ u l-milja tal-eżistenza tiegħu. Dan jesprimih f�kantiku mimli gratitudni mqanqla, li fil-Knisja sar it-talba ta� tmiem kull ġurnata:

 

          �Issa, o Sid, tista� tħalli l-qaddej tiegħek

imur fis-sliem, skont kelmtek,

għaliex għajnejja raw

is-salvazzjoni tiegħek

li int ħejjejt

għall-popli kollha,

dawl biex idawwal il-ġnus,

u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael� (Lq 2:29-32).

 

Xmun jgħanni l-ferħ ta� min ra, ta� min għaraf u jista� jgħaddi lill-oħrajn il-laqgħa mal-Feddej ta� Iżrael u tal-ġnus. Huwa xhud tal-fidi, li jirċievi b�don u jgħaddi lill-oħrajn; huwa xhud tat-tama li ma tqarraqx; huwa xhud tal-imħabba ta� Alla, li timla l-qalb tal-bniedem bil-ferħ u bil-paċi. Mimli b�dan il-faraġ spiritwali, ix-xwejjaħ Xmun jara l-mewt mhux bħala t-tmiem, imma bħala t-twettiq, bħala l-milja, jistennieha bħala �oħtu� li ma teqridx imma tintroduċi għall-ħajja vera li hu diġ� ggosta minn qabel u li fiha jemmen.

 

F�dak il-jum, Xmun mhuwiex l-uniku wieħed li jara s-salvazzjoni li tlaħħmet fit-tarbija Ġes�. L-istess jiġrilha wkoll Anna, mara ta� iktar minn tmenin sena, armla, mogħtija kollha kemm hi għas-servizz tat-Tempju u kkonsagrata għat-talb. Fil-fatt, malli tara t-tarbija, Anna tiċċelebra lil Alla ta� Iżrael, li proprju f�dak iċ-ċkejken feda l-poplu tiegħu, u dan tmur tirrakkontah lill-oħrajn, u hekk tqassam b�ġenerożit� l-kelma profetika. Hekk l-għanja tal-fidwa ta� żewġ anzjani tiftaħ beraħ it-tħabbira tal-Ġublew għall-poplu kollu u għad-dinja. Fit-Tempju ta� Ġerusalemm terġa� titkebbes it-tama fil-qlub għax fih daħal Kristu t-tama tagħna.

 

Għeżież ħuti, ejjew nixbhu aħna wkoll lil Xmun u Anna, dawn il-�pellegrini tat-tama� li għandhom għajnejn safja li kapaċi jaraw lil hemm mid-dehra ta� barra, li jafu �jxommu� l-preżenza ta� Alla fiċ-ċokon, li jafu jilqgħu bil-ferħ iż-żjara ta� Alla u jkebbsu mill-ġdid it-tama fil-qalb tal-aħwa.

 

 

miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard