Laikos

 

IL-PAPA FRANĠISKU

KATEKEŻI TAL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA

MĦEJJIJA GĦALL-UDJENZA ĠENERALI TAL-5 TA� MARZU 2025

 

L-Erbgħa 5 ta� Marzu 2025

 

Ċiklu ta� Katekeżi � Ġublew 2025. Ġesu Kristu t-tama tagħna. I. L-infanzja ta� Ġes�. 8. �Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk?� (Lq 2:49). Is-sejba ta� Ġes� fit-Tempju


Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

 

F�din l-aħħar katekeżi ddedikata lill-infanzja ta� Ġes�, nieħdu spunt mill-episodju li fih, ta� tnax-il sena, hu baqa� fit-Tempju mingħajr ma qal b�xejn lill-ġenituri, li fittxewh inkwetati u sabuh wara tlitt ijiem. Dan ir-rakkont jippreżentalna djalogu interessanti ħafna bejn Marija u Ġes�, li jgħinna nirriflettu fuq il-mixja tal-omm ta� Ġes�, mixja li żgur ma kinitx faċli. Fil-fatt, Marija wettqet itinerarju spiritwali twil li hu avvanzat fl-għarfien tal-misteru tal-Iben tagħha.

 

Ejjew nerġgħu naħsbu fid-diversi tappi ta� din il-mixja. Fil-bidu tat-tqala tagħha, Marija żżur lil Eliżabetta u tieqaf għandha għal tliet xhur, sat-twelid taċ-ċkejken Ġwanni. Imbagħad, meta kienet kważi fid-disa� xahar, minħabba ċ-ċensiment, flimkien ma� Ġużeppi tmur Betlehem, fejn tagħti d-dawl lil Ġes�. Wara erbgħin jum imorru Ġerusalemm għall-preżentazzjoni tat-tarbija; u għalhekk ta� kull sena jirritornaw f�pellegrinaġġ it-Tempju. Imma ma� Ġes� għadu żgħir stkennu fit-tul fl-Eġittu biex jipproteġuh minn Erodi, u kien biss wara l-mewt tas-sultan li reġgħu marru joqogħdu Nazaret. Meta Ġes�, issa adult, jibda l-ministeru tiegħu, Marija hi preżenti u protagonista fit-tieġ ta� Kana; imbagħad timxi warajh �mill-bogħod�, sal-aħħar vjaġġ f�Ġerusalemm, sal-passjoni u l-mewt tiegħu. Wara l-Qawmien, Marija tibqa� Ġerusalemm, bħala Omm id-dixxipli, twieżen il-fidi tagħhom fl-istennija tat-tiswib tal-Ispirtu s-Santu.

 

F�din il-mixja kollha, il-Verġni hi pellegrina tat-tama, fis-sens qawwi li ssir �bint l-Iben tagħha�, l-ewwel dixxiplu tiegħu. Marija ġabet lil Ġes� fid-dinja, Tama tal-umanit�: temgħetu, rabbietu, imxiet warajh waqt li hi l-ewwel waħda li ntgħaġnet mill-Kelma ta� Alla. Tagħha � kif qal Benedittu XVI � Marija �tassew kienet midħla [�], toħroġ u tidħol fiha bil-ħeffa. Hija titkellem u taħseb bil-Kelma ta� Alla [�]. Barra dan jidher li ħsibijietha jixbhu l-ħsibijiet ta� Alla, ir-rieda tagħha hija ħaġa waħda mar-rieda ta� Alla. Billi hija kienet mimlija għalkollox bil-Kelma ta� Alla, hija tista� ssir Omm il-Kelma li saret bniedem� (Enċiklika Deus caritas est, 41). Din il-komunjoni waħdanija mal-Kelma ta� Alla xorta ma tiffrankalhiex it-taħbit ta� �apprentistat� impenjattiv.

 

L-esperjenza tat-telfa ta� Ġes� ta� tnax-il sena, waqt il-pellegrinaġġ annwali Ġerusalemm, tbeżża� lil Marija tant li ssir leħen ukoll għal Ġużeppi fiċ-ċanfira lil binha: �Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jien konna qegħdin infittxuk b�qalbna maqsuma� (Lq 2:48). Marija u Ġużeppi għaddew mit-tbatija tal-ġenituri li jitilfu lil binhom: it-tnejn ħasbu li Ġes� kien fil-karwana tal-qraba tagħhom, imma billi mbagħad għamlu ġurnata sħiħa ma rawhx, jibdew it-tiftixa li twassalhom biex jagħmlu l-vjaġġ lura. Xħin reġgħu lura fit-Tempju, skoprew li Dak li f�għajnejhom, sa ftit ħin qabel, kien tfajjel li riedu jipproteġuh, bħal donnu kiber f�salt, u issa kapaċi jidħol f�diskussjonijiet fuq l-Iskrittura, u jikkonfronta lill-imgħallmin tal-Liġi.

 

Quddiem iċ-ċanfira tal-omm, Ġes� jwieġeb b�sempliċit� li żżarmak: �Għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jien għandi nkun f�dak li hu ta� Missieri?� (Lq 2:49). Marija u Ġużeppi ma jifhmux: il-misteru ta� Alla li sar tarbija l-intelliġenza tagħhom ma tlaħħaqx miegħu. Il-ġenituri jridu jipproteġu lil dak l-iben tant prezzjuż taħt il-ġwenħajn ta� mħabbithom; imma Ġes� jrid jgħix il-vokazzjoni tiegħu ta� Bin il-Missier li qiegħed għas-servizz tiegħu u jgħix mgħaddas fil-Kelma tiegħu.

 

Hekk, ir-Rakkonti tal-Infanzja ta� Luqa jagħlqu bl-aħħar kelmiet ta� Marija, li jfakkru l-paternit� ta� Ġużeppi fil-konfront ta� Ġes�, u bl-ewwel kelmiet ta� Ġes�, li jirrikonoxxu kif din il-paternit� ssib għeruqha f�dik tal-Missier tiegħu tas-Sema, li tiegħu jagħraf il-primat assolut.

 

Għeżież ħuti, bħal Marija u Ġużeppi, mimlijin tama, ejjew aħna wkoll infittxu l-passi tal-Mulej, li ma jħallix l-iskemi tagħna jagħlquh, u jħalli lil min isibu mhux tant f�post, imma fit-tweġiba ta� mħabba għall-paternit� divina u ħelwa, tweġiba ta� mħabba li hija l-ħajja ta� wlied.

 

 

miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard