Laikos

 

TALBA

GĦAR-IV JUM DINJI TAN-NANNIET U L-ANZJANI

28 ta’ Lulju 2024

 

 

Mulej Alla, kollok fedeltà,

int li ħlaqtna xbieha tiegħek,

int li qatt ma titlaqna waħidna

u li timxi magħna f’kull staġun tal-ħajja,

la tabbandunaniex, ħu ħsiebna,

u agħtina mill-ġdid

il-ħila li niskopru min aħna

u nagħrfu li aħna wliedek.

 

Ġedded lil qlubna bil-Kelma tiegħek

u tħalli lil ħadd iħossu mwarrab.

Ħa jimliena l-Ispirtu ta’ mħabbtek bil-ħlewwa tiegħek

u jgħallimna ngħidu

lil dawk li magħhom niltaqgħu fil-vjaġġ tagħna:

“Jiena mhux se nabbandunak!”.

 

Bl-għajnuna ta’ Ibnek il-maħbub,

agħmel li ma nitilfux it-togħma tal-fraternità

u ma nċedux għad-diqa tas-solitudni.

Għinna nħarsu lejn il-futur b’tama mġedda,

u nagħmlu mill-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani

jum mingħajr solitudni, u jum mimli

bl-ewwel frott tal-paċi tiegħek.

Amen.