“Roddu lil kulħadd dak li jmissu.” (Rum 13:7)

Ruma, 14 ta’ Marzu 2013:  Meta wara l-elezzjoni tiegħu, il-Papa Franġisku mar lura f’Domus Sanctae Marthe mal-Kardinali u qalilhom li ried imur iħallas il-kont tal-hostel fejn kien alloġġat qabel il-konklavi, ħasbuh qed jiċċajta, imma meta l-għada filgħodu, karrozza sewda waqfet quddiem dan il-bini żgħir bil-faċċata mimlija graffiti, u minnha niżel il-Papa nnifsu u daħal jitlob biex iħallas il-kont, allura sħabu l-kardinali intebħu li kien tkellem bis-serjetà.