Jorge Mario Bergoglio huwa l-ewwel Papa Ġiżwita, l-ewwel mill-Amerika Latina u wkoll l-ewwel Papa li għażel l-isem Franġisku.  Bla dubju ta’ xejn dan l-isem għandu tifsira qawwija u jindika stil u programm ta’ pontifikat. Dan ukoll jidher mill-ewwel kliem li huwa qal lill-folla enormi miġbura fi Pjazza San Pietru wara li ġie maħtur Papa. ‘Ħuti, il-lejla t-tajba. Intom ilkoll tafu li d-dmir tal-konklavi kien li jagħti isqof lill-belt ta’ Ruma. Donnu li ħuti l-Kardinali marru kważi fit-tarf tad-dinja biex isibuħ… imma issa hawn qegħdin’.  Għal kitbiet, diskorsi, messaġġi u aktar mill-Papa Franġisku, mur fil- MENU  li hemm fir-ras tal-paġna.

Minn hawn taħt tista' tidħol fil-paġni rispettivi ta' diversi PAPIET OĦRA ...