Laikos

 

ĠUBLEW TAD-DINJA TAL-VOLONTARJAT

 

QUDDIESA

OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU

MOQRIJA MILL-KARDINAL MICHAEL CZERNY

 

Pjazza San Pietru

L-I Ħadd tar-Randan, 9 ta� Marzu 2025

 

L-Ispirtu jieħu lil Ġes� fid-deżert (Lq 4:1). Kull sena, il-mixja tagħna tar-Randan tibda billi nimxu wara l-Mulej f�dan l-ispazju, li hu jgħaddi minnu u jibdlu għalina. Meta Ġes� jidħol fid-deżert, fil-fatt, isseħħ bidla deċiżiva: il-post tas-skiet isir ambjent tas-smigħ. Smigħ imġarrab, għax irid jagħżel lil min jagħti widen bejn żewġ vuċijiet kontra xulxin għalkollox. Huwa u jipproponilna dan it-taħriġ, il-Vanġelu jagħti xhieda li l-mixja ta� Ġes� tibda b�att ta� ubbidjenza: huwa l-Ispirtu s-Santu, l-istess qawwa ta� Alla, li jieħdu hemm fejn xejn tajjeb ma jikber mill-art u lanqas tagħmel xita mis-sema. Fid-deżert, il-bniedem iġarrab il-faqar materjali u spiritwali tiegħu, il-bżonn tal-ħobż u tal-kelma.

 

Anki Ġes�, veru bniedem, jagħtih il-ġuħ (ara v. 2) u għal erbgħin jum hu ttentat minn kelma li mhix ġejja mill-Ispirtu s-Santu, imma minn dak il-ħażin, mix-xitan. Hekk kif għadna kemm dħalna fl-erbgħin jum tar-Randan, ejjew nirriflettu fuq il-fatt li mqar jekk aħna ttentati, imma ma aħniex waħidna: magħna hemm Ġes�, li jiftħilna t-triq fid-deżert. L-Iben ta� Alla magħmul bniedem ma jillimitax ruħu li jagħtina mudell fit-taqbida kontra l-ħażen. Iktar minn hekk: jagħtina l-qawwa biex nirreżistu għall-attakki tiegħu u nipperseveraw fil-mixja tagħna.

 

Mela ejjew inqisu tliet karatteristiċi tat-tentazzjoni ta� Ġes� u anki tagħna: il-bidu, il-mod, l-eżitu. Nikkonfrontaw dawn iż-żewġ esperjenzi, u hawn insibu l-qawwa għall-mixja tagħna ta� konverżjoni.

 

Qabelxejn, fil-bidu tagħha t-tentazzjoni ta� Ġes� hi mixtieqa: il-Mulej imur fid-deżert mhux biex jagħmel xi bravura jew juri kemm hu b�saħħtu, imma minħabba d-disponibbilt� filjali tiegħu lejn l-Ispirtu tal-Missier, li hu jikkorrispondi bi prontezza għal fejn imexxih. Imma t-tentazzjoni tagħna hi ħaġa li jkollna nġarrbuha: il-ħażen jiġri qabel il-libert� tagħna, jgħawwarha minn ġewwa bħal dell ġewwieni u periklu kostanti. Waqt li nitolbu lil Alla ma jitlaqniex għat-tiġrib (ara Mt 6:13), niftakru hu diġ� ta widen għal din it-talba permezz ta� Ġes�, il-Verb li ħa l-ġisem biex jibqa� magħna, dejjem. Il-Mulej hu qrib tagħna u jieħu ħsieb tagħna fuq kollox fil-post tal-prova u tas-suspett, jiġifieri meta t-tentatur jerfa� leħnu. Dan hu missier il-gideb (ara Ġw 8:44), korrott u jikkorrompi, għax hu jaf il-kelma ta� Alla, imma ma jifhimhiex. Anzi, jgħawwiġha: kif għamel sa minn żmien Adam, fil-ġnien tal-Għeden (ara Ġen 3:1-5), hekk jagħmel issa kontra Adam il-ġdid, Ġes�, fid-deżert.

 

Hawnhekk nifhmu l-mod singulari li bih Kristu jiġi ttentat, jiġifieri fir-relazzjoni ma� Alla, Missieru. Ix-xitan hu dak li jifred, id-diviżur, waqt li Ġes� hu dak li jgħaqqad lil Alla u l-bniedem, il-medjatur. Fil-perverżjoni tiegħu, id-demonju jrid jeqred din ir-rabta, u jagħmel minn Ġes� xi ħadd ipprivileġġjat: �Jekk inti Bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobż� (v. 3). U mill-ġdid: �Jekk inti Bin Alla, inxteħet għal isfel� (v. 9) minn fuq il-quċċata tat-Tempju. Quddiem dawn it-tentazzjonijiet Ġes�, Bin Alla, jiddeċiedi b�liema mod ikun iben. Fl-Ispirtu li jmexxih, l-għażla tiegħu tikxef kif irid jgħix ir-relazzjoni filjali tiegħu mal-Missier. Dan hu li jiddeċiedi l-Mulej: din ir-rabta waħdanija u esklussiva ma� Alla, li tiegħu hu l-Iben il-Waħdieni, issir relazzjoni li tinvolvi lil kulħadd, bla ma teskludi lil ħadd. Ir-relazzjoni mal-Missier hija d-don li Ġes� jaqsam fid-dinja għas-salvazzjoni tagħna, mhux teżor għajjur (ara Fil 2:6) li jiftaħar bih biex jikseb suċċess u jiġbed lejh is-segwaċi.

 

Aħna wkoll niġu ttentati fir-relazzjoni tagħna ma� Alla, imma bil-maqlub. Fil-fatt, ix-xitan ifesfes f�widnejna li Alla mhuwiex tassew Missierna; li fir-realt� hu abbandunana. Satana jimmira biex jikkonvinċina li għall-imġewħin ma hemmx ħobż, wisq inqas mill-ġebel, lanqas mhu se jgħinuna l-anġli fid-diżgrazzji. L-iktar l-iktar, id-dinja tinsab f�idejn qawwiet il-ħażen, li jgħaffġu taħthom il-popli bl-arroganza tal-kalkoli tagħhom u l-vjolenza tal-gwerra. Proprju waqt li d-demonju jrid iġagħalna nemmnu li l-Mulej hu mbiegħed minna, u jwassalna għad-disperazzjoni, Alla jiġi iktar u iktar qrib tagħna, u jagħti ħajtu għall-fidwa tad-dinja.

 

U hawn jiġi t-tielet aspett: l-eżitu tat-tentazzjonijiet. Ġes�, il-Midluk ta� Alla, jirbaħ fuq il-ħażen. Hu jiċħad lix-xitan, li madankollu jerġa� jiġi biex jittentah meta �wasal il-waqt� (v. 13). Hekk jgħid il-Vanġelu, u niftakru f�dan meta, fuq il-Golgota, mill-ġdid nisimgħu lil min jgħid lil Ġes�: �Jekk inti Bin Alla, inżel mis-salib� (Mt 27:40; ara Lq 23:35). Fid-deżert it-tentatur jiġi mirbuħ, imma r-rebħa ta� Kristu għadha mhix defenittiva: issir hekk fl-Għid tal-mewt u l-qawmien tiegħu.

 

Aħna u nħejju ruħna biex niċċelebraw il-Misteru ċentrali tal-fidi, ejjew nagħrfu li l-eżitu tal-prova tagħna hu differenti. Quddiem it-tentazzjoni, aħna xi drabi naqgħu: aħna lkoll midinba. Imma t-telfa mhix għal dejjem, għax Alla jerfagħna minn kull waqgħa bil-maħfra tiegħu, infinitament kbira fl-imħabba. Il-prova tagħna allura ma tispiċċax b�falliment, għax fi Kristu niġu mifdija mill-ħażen. Meta naqsmu d-deżert miegħu, nimxu triq fejn ma kienx hemm waħda: Ġes� nnifsu jiftaħ għalina din it-triq ġdida, ta� ħelsien u fidwa. Jekk nimxu bil-fidi wara l-Mulej, minn vagabondi nsiru pellegrini.

 

Għeżież ħuti, nistedinkom biex ninbdew hekk il-mixja tagħna tar-Randan. U billi, matul it-triq, hemm bżonn ta� dik ir-rieda tajba li l-Ispirtu s-Santu dejjem iwieżen, jiena nieħu pjaċir insellem lill-voluntiera kollha li llum jinsabu preżenti f�Ruma għall-pellegrinaġġ ġubilari tagħhom. Grazzi ħafna, għeżież, għax fuq l-eżempju ta� Ġes� intom qed taqdu lill-proxxmu bla ma tinqdew bil-proxxmu. Fit-triq u qalb id-djar, maġenb il-morda, dawk li qed ibatu, il-ħabsin, maż-żgħażagħ u mal-anzjani, id-dedikazzjoni tagħkom ixxerred tama fis-soċjet� tagħna. Fid-deżertijiet tal-faqar u tas-solitudni, tant ġesti ċkejkna ta� servizz mogħti b�xejn iwarrdu umanit� ġdida: dan il-ġnien li Alla ħolom u jibqa� joħlom għalina lkoll.

 

 

miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard