|
ĠUBLEW TAL-ARTISTI U TAD-DINJA TAL-KULTURA
QUDDIESA
OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
MOQRIJA MILL-KARDINAL JOS� TOLENTINO DE MENDON�A
Bażilika ta� San Pietru
Is-VI Ħadd ta� Matul is-Sena, 16 ta� Frar 2025
Fil-Vanġelu li għadna kemm smajna, Ġes� jipproklama l-Beatitudnijiet quddiem id-dixxipli tiegħu u folla kbir ta� nies. Smajniehom ħafna drabi, imma xorta ma jiqfux jgħaġġbuna: �Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna ta� Alla. Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Henjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew� (Lq 6:20-21). Dawn il-kelmiet jaqilbu ta� taħt fuq il-loġika tad-dinja u jistednuna nħarsu lejn ir-realt� b�għajnejn ġodda, bil-ħarsa ta� Alla, li jara lil hemm mill-apparenzi u jagħraf il-ġmiel, saħansitra fid-dgħufija u fit-tbatija.
It-tieni parti fiha kelmiet iebsa u ta� twissija: �Ħażin għalikom, intom l-għonja, għax il-faraġ tagħkom ħadtuh. Ħażin għalikom intom li għalissa mxebbgħin, għax għad tkunu bil-ġuħ. Ħażin għalikom intom li għalissa tidħku, għax għad tnewħu u tibku� (Lq 6:24-25). Il-kuntrast bejn �henjin intom� u �ħażin għalikom� ifakkarna fl-importanza li ngħarblu fejn għandna nqiegħdu ċ-ċertezza tagħna.
Intom, artisti u persuni ta� kultura, intom imsejħin tkunu xhieda tal-viżjoni rivoluzzjonarja tal-Beatitudnijiet. Il-missjoni tagħkom hi li mhux biss toħolqu l-ġmiel, imma li turu l-verit�, it-tjieba u l-ġmiel moħbija fix-xquq tal-istorja, li tagħtu leħen lil min m�għandux, li tibdlu n-niket f�tama.
Qed ngħixu fi żmien ta� kriżi kumplessa, li hi ekonomika u soċjali u, qabelxejn, hi kriżi tar-ruħ, kriżi ta� sinifikat. Għandna quddiemna l-kwistjoni taż-żmien u tar-rotta. Aħna pellegrini jew tlifna t-triq? Mexjin b�destinazzjoni jew aħna mitlufa niġġerrew? L-artista hu dak jew dik li għandu l-missjoni li jgħin lill-umanit� ma titlifx id-direzzjoni, biex titlifx ix-xefaq tat-tama.
Imma attenti: mhijiex tama faċli, superfiċjali, maqtugħa mir-realt�. Le! It-tama vera tintiseġ mad-dramma tal-eżistenza umana. Mhijiex kenn komdu, imma nar li jaqbad u jdawwal, bħall-Kelma ta� Alla. Għalhekk l-arti awtentika hi dejjem laqgħa mal-misteru, mal-ġmiel li jgħaddina, mat-tbatija li tisfidana, mal-verit� li ssejħilna. Inkella, �ħażin għalina�! Il-Mulej hu sever fl-appell tiegħu.
Kif jikteb il-poeta Gerard Manley Hopkins, �id-dinja hi mimlija bil-kobor ta� Alla. / Hi tilma bħad-dawl meta ċċaqlaq il-fojl�. Din hi l-missjoni tal-artista: li jiskopri u juri dak il-kobor moħbi, biex għajnejna u qlubna jistgħu jilmħuh. L-istess poeta kien iħoss ikoll fid-dinja �eku taċ-ċomb� u �eku tad-deheb�. L-artista hu sensibbli għal dawn ir-riżonanzi u, bl-opra tiegħu, iwettaq dixxerniment u jgħin lill-oħrajn jiddixxernu bejn id-diversi eki tal-ġrajjiet ta� din id-dinja. U l-bnedmin ta� kultura huma msejħa jiżnu dawn l-eki, ifehmuhomlna u jdawlu t-triq li fiha jmexxuna: jekk humiex għana tas-sireni li jisseduċu jew inkella humiex sejħat mill-umanit� l-aktar vera tagħna. Intom mitluba jkollkom dan l-għerf biex tagħżlu bejn dak li hu bħal �tibna li jtajjarha r-riħ� u dak li hu sod �bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat tal-ilma� u kapaċi tagħmel il-frott (ara Salm 1:3-4).
Għeżież artisti, jien nara fikom ħarriesa tal-ġmiel li jaf jitbaxxa fuq il-ġrieħi tad-dinja, li jaf jisma� l-karba tal-foqra, tal-batuti, tal-midruba, tal-ħabsin, tal-ippersegwitati, tar-rifuġjati. Nara fikom ħarriesa tal-Beatitudnijiet! Qed ngħixu f�epoka li fiha qed jogħlew ħitan ġodda, fejn id-differenzi jsiru pretest għall-firda minflok okkażjoni ta� arrikkiment reċiproku. Imma intom, irġiel u nisa ta� kultura, intom imsejħin tibnu pontijiet, biex toħolqu spazji ta� laqgħa u djalogu, biex iddawlu l-imħuħ u ssaħħnu l-qlub.
Xi ħadd jista� jistaqsi: �Imma għal xiex tista� sservi l-arti f�dinja midruba? Forsi ma hemmx ħwejjeġ aktar urġenti, aktar konkreti, akar neċessarji?�. L-arti mhijiex lussu, imma ħtieġa tal-ispirtu. Mhijiex ħarba, imma responsabbilt�, stedina għall-azzjoni, sejħa, karba. Nedukaw għall-ġmiel ifisser nedukaw għat-tama. U t-tama qatt ma hi mifruda mid-dramma tal-eżistenza: tgħaddi mit-taqbida ta� kuljum, mit-taħbit tal-ħajja, mill-isfidi ta� dan iż-żmien tagħna.
Fil-Vanġelu li smajna llum, Ġes� jsejjaħ henjin lill-foqra, lill-maħqurin, lill-umli, lill-ippersegwitati. Hija loġika maqluba ta� taħt fuq, rivoluzzjoni tal-perspettiva. L-arti hi sejħa biex nieħdu sehem f�din ir-rivoluzzjoni. Id-dinja għandha bżonn ta� artisti profetiċi, ta� intellettwali kuraġġjużi, ta� dawk li joħolqu l-kultura.
Ħallu jmexxikom il-Vanġelu tal-Beatitudnijiet, u l-arti tagħkom ħa tkun tħabbira ta� dinja ġdida. Il-poeżija tagħkom turihulna dan! Tieqfu qatt tfittxu, tistaqsu, tirriskjaw. Għax l-arti vera qatt ma hi komda, toffri l-paċi tat-tħassib. U ftakru: it-tama mhix illużjoni; il-ġmiel mhux utopija; id-don tagħkom mhuwiex kumbinazzjoni, hu sejħa. Wieġbu b�ġenerożit�, b�passjoni, bi mħabba.
miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard