|
ĠUBLEW TAD-DJAKNI
QUDDIESA U ORDINAZZJONIJIET DJAKONALI
OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA FRANĠISKU
MOQRIJA MILL-E.T. MONS. RINO FISICHELLA
Bażilika ta� San Pietru
Is-VII Ħadd ta� Matul is-Sena, 23 ta� Frar 2025
Il-messaġġ tal-Qari li għadna kemm smajna nistgħu niġbruh f�kelma waħda: gratwit�. Terminu li bla dubju ta� xejn hu għażiż għalikom id-Djakni, hawn miġbura għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ġublew. Mela nirriflettu fuq din id-dimensjoni fundamentali tal-ħajja Nisranija u tal-ministeru tagħkom, b�mod partikulari taħt tliet aspetti: il-maħfra, is-servizz diżinteressat u l-komunjoni.
L-ewwel: il-maħfra. It-tħabbira tal-maħfra hi ħidma essenzjali tad-djaknu. Fil-fatt hi element indispensabbli għal kull mixja ekkleżjali u kundizzjoni għal kull konvivenza umana. Ġes� jurina l-esiġenza u l-importanza ta� dan meta jgħid: �Ħobbu lill-għedewwa tagħkom� (Lq 6:27). U huwa proprju hekk: biex nikbru flimkien, u naqsmu ma� xulxin dwal u dellijiet, suċċessi u fallimenti ta� xulxin, hemm bżonn inkunu nafu naħfru u nitolbu maħfra, nerġgħu noħolqu relazzjonijiet u ma neskludu minn imħabbitna lanqas lil min iweġġagħna u jittradina. Dinja fejn għall-avversarji hemm biss mibegħda hi dinja bla tama, bla futur, iddestinata li tiċċarrat mill-gwerer, il-firdiet u l-vendetti bla tmiem, bħalma b�xorti ħażina naraw anki llum, fuq diversi livelli u f�diversi partijiet tad-dinja. Allura, li naħfru jfisser li nħejju għall-futur dar li tilqa�, fiż-żgur, fina u fil-komunitajiet tagħna. U d-djaknu, mogħni qabel kulħadd b�ministeru li jwasslu fil-periferiji tad-dinja, iħabrek biex jara � u biex jgħallem lill-oħrajn jaraw � f�kulħadd, anki f�min jiżbalja u jġiegħel lil min ibati, oħtu u ħuh midruba fir-ruħ, u għalhekk fil-bżonn iktar minn ħaddieħor ta� rikonċiljazzjoni, ta� gwida u ta� għajnuna.
Dwar dan il-ftuħ tal-qalb ikellimna l-Ewwel Qari, meta jippreżentalna l-imħabba leali u ġeneruża ta� David lejn Sawl, is-sultan tiegħu, imma anki l-persekutur tiegħu (ara 1 Sam 26:2,7-9,12-13,22-23). Tkellimna wkoll dwar hekk, f�kuntest ieħor, il-mewt eżemplari tad-djaknu Stiefnu, li waqt li jaqa� taħt id-daqqiet tal-ġebel, jaħfer lil dawk li qed iħaġġruh (ara Atti 7:60). Imma fuq kollox dan narawh f�Ġes�, xempju ta� kull djakonija, li fuq is-salib, waqt li �jitbattal� minnu nnifsu biex jagħti ħajtu għalina (ara Fil 2:7), jitlob għal dawk li jsallbuh u lill-ħalliel it-tajjeb jiftaħlu l-bibien tal-Ġenna (ara Lq 23:34,43).
U niġu għat-tieni punt: is-servizz diżinteressat. Il-Mulej, fil-Vanġelu, dan ifissru bi frażi tant sempliċi u ċara fl-istess ħin: �Agħmlu l-ġid, isilfu bla ma tistennew xi ħaġa lura� (Lq 6:35). Ftit kelmiet li jġorru fihom il-fwieħa tajba tal-ħbiberija. Qabelxejn dik ta� Alla għalina, imma mbagħad ukoll tagħna. Għad-djaknu, dan l-atteġġjament mhuwiex aspett sekondarju tal-għemil tiegħu, imma dimensjoni sostanzjali ta� dak li hu. Fil-fatt hu jikkonsagra ruħu biex isir, fil-ministeru, �skultur� u �pittur� tal-wiċċ ħanin tal-Missier, xhud tal-misteru ta� Alla-Trinit�.
F�ħafna siltiet tal-Vanġelu, Ġes� jitkellem fuqu nnifsu f�dan id-dawl. Hekk jagħmel ma� Filippu, fiċ-Ċenaklu, ftit wara li jaħsel ir-riġlejn tat-Tnax, meta jgħidlu: �Min ra lili, ra lill-Missier� (Ġw 14:9). U l-istess meta jwaqqaf l-Ewkaristija, xħin jistqarr: �Jien qiegħed fostkom nagħmilha ta� qaddej� (Lq 22:27). Imma diġ� sa minn qabel, fit-triq ta� Ġerusalemm, meta d-dixxipli tiegħu kienu qed jiddiskutu bejniethom min kien l-ikbar, kien fissrilhom li �Bin il-bniedem [�] ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u jagħti ħajtu b�fidwa għall-kotra� (ara Mk 10:45).
Ħuti Djakni, mela l-ħidma b�xejn li intom tagħmlu, bħala espressjoni tal-konsagrazzjoni tagħkom għall-imħabba ta� Kristu, hija għalikom l-ewwel tħabbira tal-Kelma, għajn ta� fiduċja u ta� ferħ għal min jiltaqa� magħkom. Imxu miegħu kemm tistgħu bi tbissima, bla ma tgergru u bla ma tfittxu rikonoxximenti, waqt li twieżnu lil xulxin, anki fir-relazzjonijiet mal-Isqfijiet u l-presbiteri, �bħala espressjoni ta� Knisja li tħabrek biex tikber fil-qadi tas-Saltna billi tivvalorizza l-gradi kollha tal-ministeru ordnat� (CEI, Id-Djakni permanenti fil-Knisja fl-Italja. Orjentamenti u normi, 1993, 55). L-għemil tagħkom f�għaqda waħda u ġeneruż hekk isir pont li jorbot l-Altar mat-triq, l-Ewkaristija mal-ħajja ta� kuljum tal-persuni; il-karit� tkun l-isbaħ liturġija tagħkom u l-liturġija l-aktar servizz umli tagħkom.
U niġu għall-aħħar punt: il-gratwit� bħala għajn ta� komunjoni. Li nagħtu bla ma nitolbu xejn lura, dan jgħaqqadna, joħloq rabtiet, għax jesprimi u jseddaq l-għajxien tagħna flimkien li ma għandux fini ieħor għajr id-don tagħna nfusna u l-ġid tal-persuni. San Lawrenz, il-Patrun tagħkom, meta ġie mitlub minn dawk li akkużawh biex jagħti t-teżori tal-Knisja, uriehom il-foqra u qal: �Dawn huma t-teżori tagħna!�. U hekk tinbena l-komunjoni: billi ngħidu lil ħuna jew lil oħtna, bil-kliem, imma fuq kollox bil-fatti, personalment u bħala komunit�: �għalina int importanti�, �inħobbuk�, �irriduk parti mill-mixja tagħna u mill-ħajja tagħna�. Dan hu li tagħmlu intom: irġiel miżżewġa, missirijiet u nanniet lesti, fil-qadi, li twessgħu l-familji tagħkom għal min hu fil-bżonn, hemm fejn intom tgħixu.
Hekk il-missjoni tagħkom, li taqbadkom minn qalb is-soċjet� biex mill-ġdid tixħitkom fiha ħa tagħmluha dejjem iżjed akkoljenti u miftuħa għal kulħadd, hi waħda mill-isbaħ espressjonijiet ta� Knisja sinodali u �li toħroġ�.
Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor xi wħud minnkom, huma u jirċievu s-sagrament tal-Ordni, se �jinżlu� t-tarġiet tal-ministeru. Apposta qed ngħid u nagħfas fuq il-kelma �jinżlu�, u mhux li ħa �jitilgħu�, għax bl-Ordinazzjoni ma titlax, imma tinżel, tiċċekken, titbaxxa u titneżża�. Biex ninqeda bil-kelmiet ta� San Pawl, twarrab, fil-qadi, �il-bniedem tal-art�, u tilbes, fl-imħabba, il-�bniedem tas-sema� (ara 1 Kor 15:45-49).
Nimmeditaw ilkoll fuq dak li se nagħmlu, waqt li nafdaw fil-Verġni Marija, qaddejja tal-Mulej, u f�San Lawrenz, il-Patrun tagħkom. Ħa jgħinuna huma ngħixu ta� kuljum il-ministeru tagħna b�qalb umli u mimlija mħabba u biex inkunu, fil-gratwit�, appostli tal-maħfra, qaddejja diżinteressati ta� ħutna u bennejja tal-komunjoni.
miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard