|
MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA
TIEGĦU FRANĠISKU
GĦALL-11-IL JUM DINJI
TA� TALB U RIFLESSJONI KONTRA N-NEGOZJU TAL-PERSUNA UMAN4
Ambaxxaturi tat-tama:
flimkien kontra n-negozju tal-persuna umana
Għeżież ħuti!
Ningħaqad magħkom bil-ferħ f�dan il-11-il Jum Dinji ta� talb u riflessjoni dwar in-negozjar tal-persuna umana. Din ir-rikorrenza taħbat fil-jum li fih titfakkar liturġikament Santa Giuseppina Bakhita, mara u reliġjuża mis-Sudan, vittma tan-negozju tal-persuna umana sa minn tfulitha, li saret simbolu tal-impenn tagħna kontra dan il-fenomenu terribbli. F�dis-sena ġjubilari, ejjew nimxu t-triq flimkien, bħala �pellegrini tat-tama�, biex niġġieldu dal-fenomenu.
Kif inhu possibbli jibqa� jkollna t-tama quddiem miljuni ta� persuni, l-aktar nisa u tfal, żgħażagħ, migranti u rifuġjati maqbudin fin-nassa ta� din l-iskjavit� moderna? Mi mnejn se nsibu dejjem ħeġġa ġdida biex niġġieldu l-kummerċ tal-organi u tat-tessuti umani, l-isfruttament sesswali tat-tfal subjien u bniet, ix-xogħol sfurzat inkluż il-prostituzzjoni, it-traffiku tad-drogi u tal-armi? Kif nistgħu niffaċċjaw dan kollu li qed isir fid-dinja bla ma nitilfu t-tama? Hu biss jekk nerfgħu ħarsitna lejn Kristu, tama tagħna, li nistgħu nsibu l-forza ta� mpenn imġedded li ma jħallix id-dimensjoni tal-problemi u tad-drammi jegħlbuh, imma li fid-dlam jagħmel ħiltu kollha biex jixgħel fjammi jnemnmu, li kollha flimkien jafu jdawlu l-lejl sa ma jixref iż-żerniq.
Iż-żgħażagħ li jaħdmu madwar id-dinja kollha kontra dan-negozju jtuna eżempju: jgħidulna li hemm bżonn insiru ambaxxaturi tat-tama u naħdmu id f�id bil-perseveranza u bl-imħabba; li hemm bżonn inkunu spalla ma� spalla mal-vittmi u ma� min ħelisha ħafif.
Bl-għajnuna t�Alla nistgħu nevitaw li bi drawwa naċċettaw din l-inġustizzja, nitbiegħdu mit-tentazzjoni li naħsbu li ċerti fenomini ma jistgħux ikunu meqruda. L-Ispirtu tal-Mulej irxoxt iweżinna aħna u nippromwovu, bil-kuraġġ u b�effikaċja, inizjattivi mmirati biex idgħajfu u jikkuntrastaw il-mekkaniżmi ekonomiċi u kriminali li jagħmlu l-qliegħ minn dan-negozju u l-isfruttament. Jgħallimna, fuq kollox, nisimgħu, bil-qrubija u l-ħniena, lill-persuni li għaddew mill-esperjenza tan-negozju tal-persuna umana, biex ngħinuhom jerġgħu jqumu fuq saqajhom u flimkien magħhom infittxu l-aħjar toroq biex neħislu lill-oħrajn u biex dal-fenomenu nilqgħulu minn qabel.
Dan-negozju hu fenomenu kumpless, li dejjem jevolvi, u japprofitta ruħu mill-gwerer, mill-kunflitti, mill-karestiji u mill-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima. Għalhekk jitlob tweġibiet globali u sforz komuni, f�kull livell, biex niġġieldulu.
Għaldaqstant nistieden lil kulħadd, b�mod partikolari lir-rappreżentanti tal-gvernijiet u tal-organizzazzjonijiet li huma fehema waħda dwar dan l-impenn, biex jingħaqdu magħna, imqanqlin mit-talb, biex inniedu inizjattivi li jiddefendu d-dinjit� umana, ħalli jkun eliminat in-negozju tal-persuni umani fil-forom kollha tiegħu, u biex nippromwovu l-paċi fid-dinja.
Flimkien � b�fiduċja fl-interċessjoni ta� Santa Bakhita � nistgħu mmiddu għonqna biex bi sforz kbir noħolqu l-kundizzjonijiet xierqa ħalli n-negozju tal-persuna umana u l-isfruttament jinqerdu u sabiex id-drittijiet fundamentali umani jibqgħu dejjem rispettati, aħna u nagħrfu lil xulxin bħal aħwa f�umanit� komuni.
Ħuti, irroddilkom ħajr għall-kuraġġ u l-perseveranza li biha tmexxu din l-opra, waqt li tiġbdu magħkom tant persuni ta� rieda tajba. Komplu mexjin bit-tama fil-Mulej, li jimxi magħkom! Inberikkom mill-qalbi. Nitlob għalikom u intom itolbu għalija.
Mill-Vatikan, 4 ta� Frar, 2025
Franġsiku
Miġjub għall-Malti minn Joe Huber