|
MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU
FRANĠISKU
GĦAR-RANDAN 2025
Nimxu flimikien bit-tama
Għeżież ħuti!
Bis-sinjal penitenzjali tal-irmied fuq rasna, qed nibdew il-pellegrinaġġ li nagħmlu kull sena fir-Randan Imqaddes, fil-fidi u fit-tama. Il-Knisja, omm u għalliema, tistedinna nħejju qlubna u ninfetħu għall-grazzja t�Alla biex inkunu nistgħu niċċelebraw b�ferħ kbir it-trijonf paskwali ta� Kristu, il-Mulej, fuq id-dnub u l-mewt, kif kiteb San Pawl: �Fejn hi, ja Mewt, ir-rebħa tiegħek? Fejn hi, ja Mewt, in-niggieża tiegħek?� (1 Kor 15,54-55). Infatti, Ġes� Kristu, li miet u rxoxta, hu ċ-ċentru tal-fidi tagħna u l-garanzija ta� tamitna fil-wegħda l-kbira tal-Missier li diġ� twettqet fiH, Ibnu l-maħbub: il-ħajja ta� dejjem (cfr Ġw 10,28; 17,3) [1].
F�dar-Randan, mogħni bil-grazzja tas-Sena Ġjubilari, nixtieq noffrilkom xi riflessjonijiet dwar it-tifsira ta� mixja flimkien bit-tama, u nesponi s-sejħiet għall-konverżjoni li l-ħniena t�Alla tindirizza lilna lkoll bħala persuni u bħala komunitajiet.
Qabel kollox, mixja. Il-motto tal-Ġublew �Pellegrini tat-tama� jfakkarna fil-vjaġġ twil tal-poplu ta� Iżrael lejn l-art imwiegħda, irrukkuntat fil-Ktieb tal-Eżodu: il-mixja iebsa mill-jasar lejn il-ħelsien li ried u mexxa l-Mulej li jħobb lill-poplu tiegħu u hu dejjem fidil lejh. U ma nistgħux niftakru f�dan l-episodju bibliku bla ma niftakru f�tant ħutna li llum jaħarbu minn sitwazzjonijiet ta� miżerja u vjolenza biex imorru jfittxu ħajja aħjar għalihom u għall-għeżież tagħhom. Hawn insibu l-ewwel sejħa għall-konverżjoni, għax ilkoll kemm aħna pellegrini fil-ħajja, imma lkoll nistgħu nsaqsu: kif inħalliha tinterpellani dis-sitwazzjoni? Jien verament miexi/miexja jew aktarx paralizzat, statiku, imbeżża� u nieqes mit-tama, inkella mxaħxaħ fil-comfort zone tiegħi? Qed infittex li ninħeles mit-toroq tad-dnub u n-nuqqas ta� dinjit�? Ikun taħriġ tajjeb għar-Randan niddiskutu dir-realt� konkreta ma� xi migrant jew pellegrin u ninvolvu ruħna b�mod li niskopru x�qed jitlob minna Alla biex inkunu vjaġġaturi aħjar fil-mixja tagħna lejn il-Missier. Dan ikun eżami ta� fejda għall-vjaġġatur.
It-tieni ħaġa: ejjew dal-vjaġġ nagħmluh flimkien. Nimxu flimkien, inkunu sinodali, din hi l-vokazzjoni tal-Knisja [2]. L-insara għandhom is-sejħa li jimxu flimkien, qatt bħala vjaġġaturi solitarji. L-Ispirtu s-Santu jimbuttana ħalli noħorġu minna nfusna biex nimxu lejn Alla u lejn ħutna, biex qatt ma ningħalqu fina nfusna [3]. Nimxu flimkien ifisser li nkunu nissieġa tal-għaqda ibda mid-dinjit� komuni tagħna bħal ulied Alla (cfr Gal 3,26-28); ifisser li nimxu spalla ma� spalla, bla ma nikkalpestaw jew nissuġġettaw lill-oħrajn, bla għejra jew ipokrisija fi qlubna, bla ma nħallu lil ħadd warajna jew li xi ħadd iħossu mwarrab. Nimxu fl-istess direzzjoni, lejn l-istess għan, billi nisimgħu lil xulxin bl-imħabba u bil-paċenzja.
Tul dar-Randan, Alla jitlobna neżaminaw lilna nfusna biex naraw jekk fil-ħajja tagħna, fil-familji tagħna, fil-postijiet tax-xogħol, fil-komunitajiet parrokkjali jew reliġjużi, għandniex ħila nimxu flimkien mal-oħrajn, nisimgħu, negħlbu t-tentazzjoni li ningħalqu fil-kastell tal-awtoreferenzjalit� u moħħna biss f�dak li neħtieġu aħna. Quddiem il-Mulej ejjew insaqsu lilna nfusna jekk għandniex ħila naħdmu flimkien bħala isqfijiet, presbiteri, konsagrati u lajċi, għas-servizz tas-Saltna t�Alla; jekk għandniex atteġġjament ta� akkoljenza, b�ġesti konkreti, lejn dawk li jersqu lejna u lejn dawk li huma bogħod minna; jekk lill-persuni ngħinuhomx iħossuhom parti mill-komunit� inkella nħalluhomx fit-truf [4]. Da hu t-tieni appell: il-konverżjoni għas-sinodalit�.
It-tielet ħaġa, ejjew dil-mixja nagħmluha flimkien bit-tama ta� wegħda. It-tama li ma tqarraqx (cfr Rum 5,5), il-messaġġ ċentrali tal-Ġublew [5], għandu jkun għalina x-xefaq tal-mixja kwareżimali lejn ir-rebħa paskwali. Kif għallimna fl-Enċiklika Spe Salvi l-Papa Benedittu XVI: Il-bniedem jeħtieġ l-imħabba bla kundizzjonijiet. Jeħtieġ dik iċ-ċertezza li ġġagħlu jgħid: �La l-mewt u la l-ħajja, la l-anġli u la l-qawwiet, la ż-żmien t�issa u la ta� li ġej, la setgħat, la l-għoli u lanqas il-fond, u ebda ħliqa oħra ma jistgħu qatt jifirduna mill-imħabba ta� Alla li dehret fi Kristu Ġes� Sidna� (Rum 8: 38- 39) [6]. Ġes�, imħabbitna u tama tagħna, qam mill-mewt [7] u jgħix u jsaltan glorjuz. Il-mewt inbidlet f�rebħa u hawn tinsab il-fidi u t-tama kbira tal-insara: fil-qawmien mill-mewt ta� Kristu!
Din hi t-tielet sejħa għall-konverżjoni: dik tat-tama, tal-fiduċja f�Alla u fil-wegħda kbira tiegħu, il-ħajja ta� dejjem. Għandna nsaqsu lilna nfusna: għandi fija l-konvinzjoni li Alla jaħfrili dnubieti? Jew inkella b�imġiebti jidhrili li nista� nsalva b�ħilti biss? Nixxennaq għas-salvazzjoni u ninvoka l-għajnuna t�Alla biex nilqagħha? Ngħix konkretament it-tama li tgħinni naqra l-ġrajjiet tal-istorja u tixprunani biex nimpenja ruħi għall-ġustizzja, għall-fraternit�, għall-kura tad-dar komuni, u nara li ħadd ma jitħalla lura?
Ħuti, grazzi għall-imħabba t�Alla f�Ġes� Kristu, aħna ħarriesa tat-tama li ma tqarraqx (cfr Rum 5,5). It-tama hi �bħal ankra tar-ruħ�, sħiħa u qawwija [8]. Bit-tama l-Knisja titlob sabiex �il-bnedmin kollha jsalvaw� (1Tim 2,4) u tistenna li tkun fil-glorja tas-sema magħquda ma� Kristu, l-għarus tagħha. Hekk kienet tesprimi ruħha Santa Tereża ta� Ġes�: �Ittama ruħ tiegħi, ittama. Int ma tafx il-jum u s-siegħa. Ishar bil-ħrara, kollox jgħaddi bħal żiffa riħ, minkejja li n-nuqqas ta� paċenzja tiegħek jista� jagħmel inċert dak li hu ċert, u jtawwal żmien li hu ferm qasir� (Stqarrijiet tar-ruħ lil Alla,15,3) [9].
Il-Verġni Marija, Omm it-Tama, tinterċedi għalina u takkumpanjana fil-mixja tagħna tar-Randan.
Ruma, San Giovanni in Laterano, 6 ta� Frar, 2025, tifkira ta� San Pawl Miki u sħabu martri.
FRANĠISKU
______________________________________________
[1] Cfr Enċ. Dilexit nos (24 ta� Ottubru, 2024), 220.
[2] Cfr Omelija fil-Quddiesa tal-kanonizzazzjoni tal-Beati Giovanni Battista Scalabrini u Artemide Zatti, 9 ta� Ottubru, 2022.
[5] Cfr Bolla Spes non confundit, 1.
[6] Enċ. Spe salvi (30 novembre 2007), 26.
[7] Cfr Sequenza ta� Ħadd il-Għid.
Miġjub għall-Malti minn Joe Huber