Laikos

 

MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU, 
MOQRI MILL-KARDINAL SEGRETARJU TAL-ISTAT PIETRO PAROLIN, 
LILL-PARTEĊIPANTI FIL-PELLEGRINAĠĠ TAL-MOVIMENT GĦALL-ĦAJJA

[8 ta�  Marzu, 2025]

 

Għeżież ħuti tal-Moviment għall-ħajja!

Irroddilkom ħajr li tiftakru fija fit-talb tagħkom.  Grazzi minn qalbi!  Insellmilkom ilkoll, partikolarment lis-Sinjura President, Marina Casini, u lill-membri tad-direzzjoni.

Jien konxju mill-valur tas-servizz li tagħtu lill-Knisja u lis-soċjet�.  Flimkien mas-solidarjet� konkreta, mgħejxa bl-istil tal-qrubija u s-sapport li tagħtu lill-ommijiet f�diffikult� minħabba tqala diffiċli jew mhux mistennija, intom tippromwovu l-kultura tal-ħajja fl-aktar sens wiesa�.  U tfittxu li tagħmlu dan bl-onest�, bl-imħabba u bil-perseveranza, waqt li żżommu rabta sfiqa bejn il-verit� u l-karit� ma� kulħadd.  F�dan imexxukom l-eżempji u t-tagħlim ta� Carlo Casini, li das-servizz għall-ħajja kien għamlu ċ-ċentru tal-appostolat lajkali u tal-impenn politiku tiegħu.

L-okkażjoni li laqqgħetkom f�Ruma hija importanti: il-ħamsin anniversarju tal-Moviment għall-Ħajja, li l-ewwel rimja tiegħu kienet iċ-Ċentru tal-Għajnuna għall-Ħajja li nibet f�Firenze fl-1975.  Minn dakinhar �l hawn, fl-Italja kollha, tkattru ħafna ċ-Ċentri tal-Għajnuna għall-Ħajja.  U magħhom żdiedu d-Djar tal-Akkoljenza, is-servizzi SOS Ħajja, il-Proġett Ġemma u l-Bennieni għall-ħajja.  Tniedew għadd kbir ta� inizjattivi biex fil-livelli kollha tas-soċjet� jippromwovu l-kultura tal-akkoljenza u tad-drittijiet tal-bniedem.  Għalhekk inħeġġiġkom biex isseddqu l-ħarsien soċjali tal-maternit� u l-akkoljenza tal-ħajja umana f�kull fażi tagħha.

Tul dan-nofs seklu, filwaqt li naqsu xi preġudizzji ideoloġiċi u fost iż-żgħażagħ kibret is-sensibbilt� għall-kura tal-ħolqien, sfortunatament infirxet ukoll il-kultura tal-iskart.  Għalhekk hemm il-bżonn, aktar minn qatt qabel, li persuni ta� kull et� jaħdmu bla heda u konkretament favur is-servizz tal-ħajja umana, speċjalment meta din hi fraġli u bla difiża; għax il-ħajja hi sagra, maħluqa minn Alla għal destin kbir u sabiħ; u għax soċjet� ġusta ma tinbeniex billi jkunu eliminati t-trabi mhux mixtieqa, l-anzjani li m�għadhomx awtonomi jew il-morda li m�għandhomx fejqan.

Għeżież ħuti, ġejtu minn bosta nħawi tal-Italja biex għal darb�oħra ġġeddu �l-iva� tagħkom għaċ-ċivilt� tal-imħabba, konxji mill-prinċipju ta� tiġdid tas-soċjet� ċivili, li lin-nisa teħilsuhom mill-influwenzi li jimbuttawhom biex ma jwelldux il-wild ta� ġufhom.  Hu quddiem għajnejn kulħadd, infatti, kif il-kejl tal-istruttura tas-soċjet� tal-lum hu l-kategoriji tal-pussess, tal-azzjoni, tal-produzzjoni, tad-dehra.  L-impenn tagħkom f�armonija ma� dak tal-Knisja, juri proġettwalit� differenti, proġettwalit� li fiċ-ċentru tqiegħed id-dinjit� tal-persuna u taġevola lil min hu l-aktar dgħajjef.  Il-konċeput hu eżempju eċċellenti tar-raġel u l-mara bla siwi ta� xejn, li m�għandhomx vuċi.  Li tkun fuq in-naħa tagħhom ifisser li tkun solidali ma� kull min hu skartat fid-dinja.  U l-ħarsa tal-qalb li tagħrafhom bħala wieħed u waħda minna, hi l-fus li fuqu ddur din il-proġettwalit�.

Komplu emmnu sfiq fin-nisa, fil-ħila tagħhom li jilqgħu, fil-ġenerożit� u l-kuraġġ tagħhom.  In-nisa għandhom iħossuhom mimlijin fiduċja sħiħa fis-sapport mogħti lilhom mis-soċjet� ċivili u ekkleżjali u ċ-Ċentri tal-Għajnuna għall-Ħajja jistgħu jsiru punt ta� riferiment għalihom kollha.  Irroddilkom ħajr għall-paġni ta� tama u tenerezza li bl-għajnuna tagħkom jinkitbu fil-ktieb tal-istorja u li qatt ma jistgħu jitħassru: qed jagħtu u għad jagħtu ħafna frott

Il-Mulej iberikkom u l-Verġni Mqaddsa tħariskom.  Nafda lil kull wieħed u waħda minnkom, lill-grupppi tagħkom u l-impenn tagħkom fl-interċessjoni ta� Santa Tereża ta� Kalkutta, president spiritwali tal-Movimenti għall-Ħajja fid-dinja.  U tinsewx titolbu għalija.

 

Ruma, Poliklinika Gemelli, 5 ta� Marzu 2025

FRANĠISKU

 

Miġjub għall-Malti minn Joe Huber