Laikos

 

MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
LILL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA� FRANZA, EMMANUEL MACRON
FL-OKKAŻJONI TAS-SUMMIT GĦAL AZZJONI DWAR L-INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI
 

[Parigi, 10-11 ta� Frar, 2025]

 

Sur President,
Eċċellenzi, distinti parteċipanti,

 

Sirt naf bl-inizjattiva ta� min ifaħħarha li tlaqqgħu summit dwar l-intelliġenza artifiċjali, f�Pariġi, bejn l-10 u l-11 ta� Frar, 2025.  Sirt naf li int, Sur President, ridt tiddedika dan is-summit għal azzjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali.

Meta ltqajna f�Puglia fil-qafas tal-G7 (1), kelli okkażjoni nisħaq dwar l-urġenza li �jkun garantit spazju sinifikattiv ta� kontroll mill-bniedem fuq il-proċess tal-għażla tal-programmi tal-intelliġenza artifiċjali�.  Fil-fatt nemmen li mingħajr dawn il-mekkaniżmi, l-intelliġenza artifiċjali, minkejja li hi strument �affaxxinanti�, tista� tikxef in-naħa l-aktar �tremenda� tagħha u ssir theddida għad-dinjit� umana (cfr Diskors lis-sessjoni tal-G7 dwar l-intelliġenza artifiċjali).

Għalhekk nifraħlek għall-isforzi li qed tagħmel b�kuraġġ u determinazzjoni, biex tniedi mixja politika mmirata lejn il-protezzjoni tal-umanit� fl-użu tal-intelliġenza artifiċjali li �tillimita l-viżjoni tad-dinja għal realtajiet li jesprimu ruħhom f�numri u magħluqin f�gaġeġ ready made, waqt li jeskludu l-kontribut ta� forom oħra ta� veritajiet u jimponu unformit� tal-mudelli antropoloġiċi, soċjo-ekonomiċi u kulturali� (ibid); u għall-fatt li fis-summit ta� Pariġi ridtu tiġbru magħkom l-akbar għadd possibbli ta� atturi u esperti f�riflessjoni li timmira biex tasal għal riżultati konkreti.

Fl-aħħar Ittra Enċiklika tiegħi Dilexit nos, ridt nagħmel distinzjoni bejn il-kategorija tal-algoritmi u �l-qalb�, kunċett muftiħ sostnut mill-kbir filosofu Blaise Pascal, li lilu kont iddedikajt Ittra Appostolika fl-okkażjoni tar-raba ċentinarju minn twelidu (cfr Sublimitas et miseria hominis, 2023), bl-għan li nisħaq illi, jekk l-algoritmi jistgħu jintużaw biex jingannaw lill-bniedem, �il-qalb� mifhuma bħala s-sede tal-aktar sentimenti intimi u veri, (lill-bniedem) qatt tista� tingannah� (cfr Ittra Enċiklika Dilexit nos nn.14.20).

Lil dawk kollha li se jieħdu sehem fis-summit ta� Pariġi nitlobhom ma jinsewx li hu biss �mill-qalb� tal-bniedem li jitnissel is-sens tal-eżistenza tiegħu (cfr Blaise Pascal, Pensieri).  Nagħmel stedina biex il-prinċipju mfisser b�tant eleganza minn filosfu kbir ieħor franċiż, Jacques Maritain, isir assjoma: �L-imħabba tiswa aktar mill-intelliġenza� (Jacques Maritain, Riflessioni sull�intelligenza, 1938).

l-isforzi tagħkom, għeżież parteċipanti, huma eżempju brillanti ta� politika sana li trid tnaqqax in-novitajiet tekonoolġiċi fi proġett immirat lejn il-ġid komuni biex �niftħu t-triq għal opportunitajiet differenti, li ma jfissrux li se nwaqqfu l-kreattivit umana u l-ħolma tal-bniedem għall-progress, imma pjuttost li se nagħtu direzzjoni ġdida lil din l-enerġija tiegħu tal-progress� (Laudato si� n. 191).

Jien konvint li l-intelliġenza artfiċjali tista� ssir strument qawwi ħafna għax-xjenzjati u għall-esperti li flimkien ifittxu soluzzjonijiet innovattivi u kreattivi favur l-ekosostenibbilt� tal-pjaneta tagħna.  Bla ma ninsew li l-konsum tal-enerġija li jolqot it-tħaddim tal-infrastrutturi tal-intelliġenza artifiċjali fih innifsu hu għoli ħafna.

Diġ� fil-messaġġ tiegħi għall-Jum Dinji tal-Paċi 2024, iddedikat lill-intelliġenza artifiċjali, sħaqt li �fid-dibattiti dwar ir-regolamentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali, hemm bżonn jinstama l-leħen tal-partijiet kollha interessati, inkluz il-foqra, l-emarġinati u oħrajn li spiss leħinhom ma jasalx fil-proċessi deċiżjonali globali� (Messaġġ għall-57 Jum Dinji tal-Paċi, 1 ta� Jannar, 2024).  F�dil-perspettiva nawgura li s-summit ta� Pariġi jimpenja ruħu biex tinħoloq pjattaforma ta� interess pubbliku dwar l-intelliġenza artifiċjali; u sabiex kull nazzjon fl-intelliġenza artifiċjali jkun jista� jsib strument ta� żvilupp u ta� ġlieda kontra l-faqar min-naħa, u tal-ħarsien tal-kulturi u tal-lingwi lokali mill-oħra.  Hekk biss il-popli kollha tad-dinja jkunu jistgħu jagħtu sehemhom fil-ħolqien tad-data, li mbagħad tintuża mill-intelliġenza artifiċjali, li tkun tirrappreżenta l-veru diversit� u għana li jikkaratterizzaw lill-umanit� kollha kemm hi.

Dis-sena d-Dikasteru għad-Duttrina tal-Fidi flimkien mad-Dikasteru għall-Kultura u l-Edukazzjoni ikkollaboraw biex jiktbu Nota dwar �l-intelliġenza artifiċjali u l-intelliġenza umana�.  F�dan id-dokument li kien ippubblikat fit-28 ta� Jannar li għadda, ġew eżaminati diversi kwistjonijiet speċifiċi marbutin mal-intelliġenza artifiċjali, suġġett li qed jaffronta s-summiit, u oħrajn li jħassbuni b�mod partikolari.  Għall-ġejjieni nittama li l-ħidma tas-summits li għad iridu jsiru, li għandhom ikunu segwitu għal dan li qed isir issa, jeżaminaw f�dettall akbar l-effetti soċjali tal-intelliġenza artifiċjali fuq ir-relazzjonijiet umani, fuq l-informazzjoni u fuq l-edukazzjoni.  Il-kwistjoni fundamentali, għadha u tibqa� dejjem antropoloġika, jiġifieri: �jekk il-bniedem, bħala bniedem  fil-kuntest tal-progress tekonoloġiku �jitjiebx verament, jiġifieri jsirx aktar matur spiritwalment u aktar koxjenti tad-dinjit� tal-umanit� tiegħu, aktar responsabbli, aktar miftuh għall-oħrajn partikolarment lejn min u fil-bżonn u lejn l-aktar dgħajfa� (Ittra Enċiklika Redemptor hominis, n. 15).  L-aħħar sfida tagħna hija l-bniedem u tibqa� dejjem il-bniedem; ma ninsewh qatt dan.  Grazzi sur President, u grazzi likom ilkoll li tajtu sehmekom f�dan is-Summit.

 

Mill-Vatikan, 7 ta�Frar, 2025

FRANĠISKU

Miġjub għall-Malti minn Joe Huber

 

(1) Strument affaxxinanti u tremend, Diskors tal-Papa Franġisku lill-G7 dwar l-Intelliġenza Artifiċjali. fil-Puglia. 14/06/2024.