Laikos

 

MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
LILL-ORGANIZZATURI U L-PARTEĊIPANTI
TAS-VII LAQGĦA TAL-FORUM TAL-POPLI INDIĠENI

[Fond Internazzjonali għall-Iżvilupp Agrikolu (IFAD) li sar f�Ruma fl-10 u l-11 ta� Frar, 2025]

 

Lill-Eċċellenza Tagħha
Is-Sinjura MYRNA CUNNINGHAM
President tal-Kumitat Direttiv tal-Forum tal-Popli Indiġeni
fi ħdan il-Fond Internazzjonali għall-iżvilupp agrikolu (IFAD)

 

Eċċellenza,

Nixtieq insellem lil kull min qed jieħu sehem f�dil-laqgħa u nawgura li tkun spazju sinifikattiv ta� dibattitu, studju u riflessjoni dwar il-prijoritajiet, il-preokkupazzjonijiet u l-aspirazzjonijiet ġusti tal-komunitajiet oriġinarji.

It-tema magħżula, �Id-dritt tal-Popli indiġeni li jiddeterminaw liberament: mogħdija lejn is-sigurt� u s-sovranit� alimentari�, tistedinna biex nagħrfu l-valur tal-popli oriġinarji, kif ukoll il-wirt anċestrali ta� għarfien u drawwiet li jgħanu b�mod pożittiv il-familja kbira umana, u jlewnuha b�diversi aspetti tat-tradizzjonijiet tagħhom.  Dan jiftaħ xefaq ta� tama fis-siegħa li ninsabu fiha, immarkata bi sfidi kbar u kumplessi biex ma nsemmux ukoll il-bosta tensjonijiet.

Id-difiża tad-dritt li wieħed jippreserva l-kultura propja u l-identit� propja, bilfors trid tagħti għarfien lill-valur tal-kontribut li jagħtu lis-soċjet� u biex tkun imħarsa l-eżistenza tagħhom u tar-riżorsi naturali li jeħtieġu għall-għixien tagħhom.  Ħaġa li hi mhedda bil-kbir mit-tkabbir u l-ħtif ta� artijiet kultivabbli min-naħa tal-multinazzjonali, investituri kbar u Stati.  Huma prattiċi li qed iġibu ħsarat, u jqiegħdu f�riskju d-dritt ta� ħajja dinjituża għal dawn il-komunitajiet.

L-art, l-ilma u l-ikel mhumiex sempliċiment merċa, imma l-bażi nfisha tal-ħajja u tar-rabta ta� dawn il-popli man-natura.  Għaldqstant , dawn id-drittijiet mhumiex biss kwistjoni ta� ġustizzja imma wkoll garanzija ta� ġejjieni sostenibbli għal kulħadd.  Imqanqlin min das-sens ta� appartenenza fil-familja umana nistgħu nagħmluha possibbli li l-ġenerazzjonijet tal-futur igawdu dinja fl-armonija bis-sbuħija u t-tjubija li mexxew idejn Alla meta ħalaqhom.

Nitlob b�ħeġġa kbira lil Alla Omnipotenti sabiex dawn l-isforzi jagħtu l-frott u jkunu ta� ispirazzjoni għal min nu responsabbli fi ħdan in-nazzjonijiet, b�mod li jittieħdu miżuri xierqa ħalli l-familja umana timxi magħquda flimkien lejn il-kisba tal-ġid komuni, bla ħadd ma jibqa� barra jew jintefa� lura.

 

 

Mill-Vatikan, 10 ta�Frar, 2025

FRANĠISKU

Miġjub għall-Malti minn Joe Huber