Laikos

 

 

Digriet tal-Qdusija Tiegħu Franġisku

li bih jiddikjara lil San Irinew ta’ Lyons bħala Duttur tal-Knisja

 

San Irinew ta’ Lyons, li ġie mil-Lvant, eżerċita l-ministeru episkopali tiegħu fil-Punent: kien pont spiritwali u teoloġiku bejn l-insara tal-Lvant u dawk tal-Punent. L-isem, Irinew, jfisser il-paċi li tiġi mill-Mulej u li tirrikonċilja, terġa’ ġġib il-għaqda. Għal dawn ir-raġunijiet, wara li rċevejt l-opinjoni tal-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin, bl-Awtorità Appostolika tiegħi jiena

 

NIDDIKJARAH

 

Duttur tal-Knisja bit-titlu ta' Doctor unitatis – Duttur tal-għaqda

 

Jalla d-duttrina ta’ Mgħallem daqshekk kbir tinkoraġġixxi dejjem aktar it-triq tad-dixxipli kollha tal-Mulej lejn għaqda sħiħa.

 

Mogħti mill-Vatikan, 21 ta’ Jannar 2022

 

Franġisku

 

 

Ara wkoll katekeżi li kien ta l-Papa Benedittu XVI fuq San Irinew ta' Lyons fit-28 ta' Marzu 2007 ...