IS-SENA 2025
JANNAR
Għad-Dritt għall-Edukazzjoni
Nitolbu għall-migranti,
għar-refuġjati u dawk milqutin mill-gwerra, biex
id-dritt tagħhom għall-edukazzjoni, li huwa neċessarju
għall-bini ta’ dinja aħjar, ikun dejjem rispettat
-
klikkja ...
FRAR
Għall-Vokazzjonijiet għas-Saċerdozju u għall-Ħajja
Reliġjuża
Nitolbu biex il-komunità
ekkleżjali tilqa’ x-xewqat u d-dubji ta’ dawk
iż-żgħażagħ li jħossuhom imsejħin jaqdu l-missjoni ta’
Kristu fis-Saċerdozju u fil-Ħajja Reliġjuża
-
klikkja ...
MARZU
Għall-Familji fi kriżi
Nitolbu biex il-familji
mkissra jsibu l-kura għall-weġgħat tagħhom fil-maħfra,
billi jerġgħu jiskopru l-kwalitajiet ta’ xulxin anke
fost id-differenzi ta’ bejniethom.
-
klikkja ...
APRIL
Għar-Użu Tajjeb tat-Teknoloġiji l-ġodda
Nitolbu biex l-użu
tat-teknoloġiji ġodda ma jieħux il-post
tar-relazzjonijiet umani, jirrispetta d-dinjità
tal-persuna, u jgħinna naffaċċjaw il-kriżijiet ta’
żmienna.
-
klikkja ...
MEJJU
Għall-Kondizzjonijiet tajba tax-Xogħol
Nitolbu sabiex ix-xogħol
jagħti sodisfazzjon sħiħ lil kull persuna, isostni
bid-dinjità lill-familji, ħalli jkollna soċjetà aktar
umana.
-
klikkja ...
IS-SENA 2024
Jannar -
Għar-Rigal tad-Diversità fil-Knisja
Nitolbu
l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu ħalli nagħrfu r-rigal tal-kariżmi
differenti fil-komunità Nisranija u biex niskopru r-rikkezza
tat-tradizzjonijiet ritwali diversi fil-Knisja Kattolika -
klikkja ...
Frar -
Għall-Pazjenti b’Mard Terminali
Nitolbu biex
il-pazjenti b’mard terminali u l-familji tagħhom jirċievu l-kura u
l-akkumpanjament meħtieġ kemm fiżiku kif ukoll spiritwali -
klikkja ...
Marzu -
Għall-Martri Ġodda
Nitolbu
sabiex dawk li jissugraw ħajjithom għall-Vanġelu f’diversi naħat
tad-dinja jħeġġu l-Knisja bil-kuraġġ u bl-entużjażmu tagħhom -
klikkja ...
April -
Għar-Rwol tan-Nisa
Nitolbu biex
kull kultura tagħraf id-dinjità u l-valur kbir tan-nisa ħalli tintemm
id-diskriminazzjoni li jġarrbu f’diversi partijiet tad-dinja
-
klikkja ...
Mejju -
Għall-Formazzjoni tar-Reliġjużi u tas-Seminaristi
Nitolbu
sabiex ir-reliġjużi nisa u rġiel, u s-seminaristi, jikbru fil-vokazzjoni
tagħhom permezz tal-formazzjoni umana, pastorali, spiritwali u
komunitarja li twassalhom ikunu xhieda kredibbli tal-Vanġelu
-
klikkja ...
Ġunju -
Għall-Migranti li Jaħarbu minn Djarhom
Nitolbu
għall-migranti li jaħarbu mill-gwerra u l-ġuħ, u li jkollhom jivvjaġġaw
fost perikli kbar u vjolenza, biex il-pajjiżi li jirċevuhom jilqgħuhom
tajjeb u joffrulhom opportunitajiet ġodda -
klikkja ...
Lulju -
Għall-Kura Pastorali tal-Morda
Nitolbu biex
is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda jwassal il-qawwa ta’ Alla lil dawk li
jirċevuh u lill-maħbubin tagħhom, u jkun dejjem aktar sinjal viżibbli
ta’ kompassjoni u tama għal kulħadd -
klikkja ...
Awwissu -
Għall-Mexxejja Politiċi
Nitolbu
għall-mexxejja politiċi biex ikunu għas-servizz tan-nies tagħhom, jaħdmu
għall-iżvilupp integrali tal-bniedem u għall-ġid komuni, b’mod speċjali
jieħdu ħsieb tal-fqar u ta’ dawk li tilfu x-xogħol -
klikkja ...
Settembru
– il-Karba tad-Dinja
Nitolbu li
kull persuna tisma’ u ġġarrab il-karba tad-dinja u tal-vittmi
tad-diżastri naturali u tal-kriżi klimatika, ħalli nimpenjaw ruħna
personalment biex nieħdu ħsieb tad-dinja li ngħixu fiha -
klikkja ...
Ottubru –
Għal Missjoni Flimkien
Nitolbu biex
il-Knisja tibqa’ ssostni b’kull mod stil ta’ ħajja sinodali, billi
tinkoraġġixxi lis-saċerdoti, lir-reliġjużi u ‘l-lajċi jkunu lkoll
responsabbli bil-parteċipazzjoni flimkien f’missjoni waħda -
klikkja
...
Novembru –
Għal min tilef it-tarbija
Nitolbu
sabiex il-ġenituri kollha li jibku t-telfa ta’ binhom jew ta’ binthom
isibu għajnuna mill-komunità tagħhom u jirċievu l-paċi tal-qalb
mill-Ispirtu tal-faraġ -
klikkja ...
Diċembru –
Pellegrini ta’ Tama
Nitolbu sabiex dan il-Ġublew issaħħaħ il-fidi tagħna, jgħinna nagħrfu
lil Kristu Rxoxt fil-qalba ta’ ħajjitna, u jagħmilna pellegrini ta' tama
Nisranija
-
klikkja ...
IS-SENA 2023
JANNAR
Għall-Edukaturi
Nitolbu biex l-edukaturi jkunu xhieda kredibbli,
jgħallmu l-fraternità aktar milli l-kompetittività u fuq
kollox jgħinu lil min hu l-iżgħar u l-aktar vulnerabbli.
FRAR
Għall-Parroċċi
Nitolbu biex il-parroċċi jikbru f’komunitajiet ta’ fidi
u ta’ fraternità u li jagħrfu jilqgħu lil dawk l-aktar
fil-bżonn.
MARZU
Għall-Vittmi tal-Abbuż
Nitolbu għal dawk li ġarrbu ħsara mill-membri tal-Knisja
biex isibu fi ħdan il-Knisja stess tweġiba konkreta
għall-weġgħat u t-tbatijiet tagħhom.
APRIL
Għal kultura ta’ Paċi u Non-vjolenza
Nitolbu biex tixtered il-paċi u n-non-vjolenza billi
jitnaqqas l-użu tal-armamenti mill-pajjiżi u
miċ-ċittadini.
MEJJU
Għall-Movimenti u Gruppi Ekkleżjali
Nitolbu biex il-movimenti u l-gruppi ekkleżjali jiskopru
kuljum il-missjoni tagħhom ta’ evanġelizzazzjoni, billi
jqiegħdu l-kariżmi tagħhom għas-servizz tal-bżonnijiet
tad-dinja.
ĠUNJU
Għat-Tneħħija tat-Tortura
Nitolbu ħalli l-komunità internazzjonali tintrabat
b’modi konkreti biex twaqqaf it-tortura u tiggarantixxi
għajnuna lill-vittmi u l-familji tagħhom.
LULJU
Għal Ħajja Ewkaristika
Nitolbu biex il-Kattoliċi jqiegħdu ċ-ċelebrazzjoni
tal-Ewkaristija fiċ-ċentru ta’ ħajjithom, jibdlu
fil-fond ir-relazzjonijiet tagħhom mal-oħrajn u jinfetħu
għal-laqgħa ma’ Alla u ma’ ħuthom kollha subien u bniet.
AWWISSU
Għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ
Nitolbu biex il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Lisbona jgħin
liż-żgħażagħ ikunu xhieda tal-Vanġelu fil-ħajja tagħhom.
SETTEMBRU
Għal Dawk li jgħixu fl-Emarġinazzjoni
Nitolbu għal dawk imwarrba fil-ġenb tas-soċjetà,
f’kundizzjonijiet diżumani, biex l-istituzzjonijiet
jagħtu kashom u qatt ma jqisuhom ta’ inqas importanza
minn oħrajn.
OTTUBRU
Għas-Sinodu
Nitolbu għall-Knisja biex tagħraf tisma’ u tiddjaloga
f’kull livell ta’ ħajjitha u tħalli lill-Ispirtu s-Santu
jmexxiha lejn il-periferiji tad-dinja.
NOVEMBRU
Għall-Papa
Nitolbu għall-Papa biex fil-qadi tal-missjoni tiegħu
jibqa’ viċin tal-merħla fdata f’idejh, bl-għajnuna
tal-Ispirtu s-Santu.
DIĊEMBRU
Għall-Persuni bi Bżonnijiet Speċjali
Nitolbu għall-persuni bi bżonnijiet speċjali biex
is-soċjetà tqegħedhom fiċ-ċentru tal-attenzjoni tagħha u
toffri programmi inklużivi li jagħtu importanza
lill-parteċipazzjoni attiva tagħhom
IS-SENA 2022
▪ Il-Fehma
tal-Papa Franġisku għat-talb
g ħal
kull xahar tas-Sena 2022 ...
JANNAR
2022: Nitolbu għal
dawk li qed ibatu għax huma ddiskriminati minħabba
r-reliġjon jew il-persekuzzjoni biex d-dinjità u
d-drittijiet tagħhom ikunu rikonoxxuti għax ilkoll aħwa
fil-familja umana.
FRAR 2022:
Nitolbu għan-nisa ta’ Ħajja Konsagrata b’radd ta’ ħajr
għall-missjoni u l-kuraġġ tagħhom, biex ikomplu jsibu
tweġibiet ġodda għall-isfidi ta’ żmienna.
MARZU
2022: Nitolbu
għall-Insara li qed jiffaċċjaw sfidi bioetiċi ġodda
sabiex ikomplu jiddefendu d-dinjità tal-ħajja umana kemm
bit-talb u kemm bl-azzjoni.
APRIL
2022: Nitolbu
għall-ħaddiema li jieħdu ħsieb il-morda u l-anzjani
fil-pajjiżi l-aktar fqar biex isibu l-għajnuna meħtieġa
mill-gvernijiet u l-komunitajiet lokali …
MEJJU
2022: Nitolbu
għaż-żgħażagħ imsejħin għall-ħajja fil-milja tagħha,
biex f’Marija jagħrfu t-triq tas-smigħ, tad-dixxerniment
għaqli, tal-kuraġġ li jiġi mill-fidi u tad-dedikazzjoni
għall-qadi.
ĠUNJU 2022:
Nitolbu
għall-familji Nsara fid-dinja kollha biex iħaddnu u
jipprattikaw l-imħabba bla ebda kundizzjoni.
LULJU 2022: Nitolbu għall-anzjani li
jirrapreżentaw l-għeruq u l-memorja ta’ kull poplu;
nitolbu sabiex l-esperjenza u l-għerf tagħhom jgħinu
liż-żgħażagħ iħarsu lejn il-futur b’tama u
responsabilità.
AWWISSU
2022: Nitolbu
għan-negozji żgħar u medji f’din il-kriżi ekonomika u
soċjali biex jinstab il-mod kif jibqgħu miftuħa u jaqdu
lil-lokalitajiet tagħhom.
SETTEMBRU 2022:
Nitolbu sabiex il-liġi tal-piena tal-mewt, li teħodha
kontra d-dinjità tal-bniedem, titneħħa minn kull pajjiż.
OTTUBRU
2022: Nitolbu
sabiex il-Knisja tkun dejjem fidila u qalbiena
fix-xandir tal-Vanġelu. Jalla l-Knisja tkun komunità ta’
solidarjetà u fraternità li tgħix dejjem fi spirtu ta’
sinodalità.
NOVEMBRU
2022: Nitolbu
għat-tfal li qed ibatu, l-aktar dawk bla dar, orfni u
vittmi tal-gwerra, biex ikollhom aċċess
għall-edukazzjoni u ċ-ċans li jgawdu l-għożża ta’
familja.
DIĊEMBRU
2022: Nitolbu
għall-organizzazjonijiet tal-volontarjat impenjati
fl-iżvilupp tal-bniedem biex isibu nies dedikati
għall-ġid komuni u jfittxu bla waqfien toroq ġodda ta’
kooperazzjoni fuq livell internazzjonali.
▪ Il-Fehma
tal-Papa Franġisku għat-talb
għal kull xahar tas-Sena 2021
(MT)
▪ Pope
Francis' prayer intentions for each month during the
Year 2021 (EN)
IS-SENA
2021
JANNAR 2021 : Nitolbu sabiex il-Mulej jagħtina
l-grazzja li ngħixu f’għaqda waħda ma’ ħutna li jħaddnu
reliġjonijiet oħra, billi nitolbu għal xulxin b’qalb
miftuħa.
FRAR 2021: Nitolbu għan-nisa li huma vittmi
tal-vjolenza, biex is-soċjetà tħarishom u tagħti
l-attenzjoni u l-importanza mistħoqqa lit-tbatijiet
tagħhom.
MARZU 2021: Nitolbu biex ngħixu l-esperjenza
tas-sagrament tar-rikonċiljazzjoni b’mod aktar profond,
ħalli nduqu l-ħniena bla qies ta’ Alla.
APRIL 2021:
Nitolbu għal kull min jissogra ħajtu sabiex jiġġieled
għad-drittijiet fundamentali fi stati li jinsabu taħt
dittatorjat jew f’demokraziji li għaddejin minn xi
kriżi.
MEJJU 2021:
Nitolbu għal dawk li qed
imexxu l-finanzi sabiex jaħdmu id f’id mal-gvernijiet
biex jirregolaw dan is-settur u jipproteġu ċ-ċittadini
mill-perikli f’dan il-qasam.
ĠUNJU 2021:
Nitolbu għaż-żgħażagħ li
qed iħejju ruħhom għaż-żwieġ bl-għajnuna tal-komunità
Nisranija: jalla jikbru fl-imħabba bil-ġenerożità,
il-fedeltà u s-sabar.
LULJU 2021:
Nitolbu ħalli
f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitti politiċi, ekonomiċi jew
soċjali, insibu l-ħeġġa u l-kuraġġ biex noħolqu klima
ta’ djalogu u ħbiberija.
AWWISSU
2021:
Nitolbu għall-Knisja biex
tirċievi mingħand l-Ispirtu s-Santu l-grazzja u l-forza
li ġġedded lilha nfisha fid-dawl tal-Vanġelu.
SETTEMBRU
2021:
Nitolbu sabiex ilkoll kemm aħna nagħmlu għażliet
kuraġġużi għal stil ta’ ħajja sempliċi u favur ambjent
sostenibbli, filwaqt li nifirħu biż-żgħażagħ tagħna li
qed jimpenjaw ruħhom b’mod determinat favur l-ambjent.
OTTUBRU
2021:
Nitolbu sabiex kull min hu
mgħammed jikkommetti ruħu fl-evanġelizzazzjoni, ikun
dispost biex jagħti sehmu f’din il-missjoni, billi jkun
xhieda ta’ ħajja mfassla fuq il-Vanġelu.
NOVEMBRU
2021:
Nitolbu sabiex kull min qed ibati minn xi depression jew
burn-out isib l-għajnuna li jeħtieġ u jsib xaqq dawl ta’
tama fil-ħajja.
DIĊEMBRU
2021:
Nitolbu għall-katekisti, imsejħa biex iħabbru l-Kelma
t’Alla: jalla jkunu xhieda tagħha, bil-kuraġġ u
l-kreatività, u bis-saħħa tal-Ispirtu s-Santu.
IS-SENA
2020
JANNAR
2020:
Nitolbu sabiex l-Insara, kif ukoll dawk ta’
reliġjonijiet oħra u l-bnedmin kollha ta’ rieda tajba,
jaħdmu favur il-paċi u l-ġustizzja fid-dinja. Ara aktar
...
FRAR 2020:
Nitolbu sabiex
il-krib ta’ ħutna l-immigranti, li huma vittmi ta’
traffikar kriminali, jinstema’ u jingħata l-importanza
li tixraqlu. Ara aktar ...
MARZU
2020:
Nitolbu sabiex il-Knisja fiċ-Ċina tippersevera
fil-fedeltà tagħha lejn il-Vanġelu u tikber fl-għaqda.
Ara aktar ...
MARZU 2020: Edizzjoni Speċjali: Video speċjali li
l-Papa Franġisku hareg apposta għal dan iż-żmien ta’
pandemija li d-dinja kollha għaddejja minnu …
APRIL
2020:
Nitolbu sabiex dawk li huma maqbuda f’xi vizzju jew
dipendenza qerrieda jsibu l-għajnuna u min jimxi magħhom
lejn il-fejqan.
MEJJU
2020:
Nitolbu sabiex id-djakni, fidili lejn is-servizz
lill-Kelma t’Alla u l-foqra, ikunu simbolu li jagħti
ħajja lill-Knisja kollha.
ĠUNJU 2020:
Nitolbu sabiex dawk kollha li qed ibatu, jsibu triqthom
fil-ħajja u jħallu lill-Qalb ta’ Ġesù tmiss lill-qalb
tagħhom.
LULJU 2020:
Nitolbu sabiex il-familji
tal-lum isibu min jimxi magħhom bl-imħabba, rispett u
sens ta’ direzzjoni.
AWWISSU
2020:
Nitolbu għal dawk kollha li jaħdmu jew jaqilgħu
l-għajxien tagħhom mill-baħar.
SETTEMBRU
2020:
Nitolbu s abiex
ir-riżorsi tal-pjaneta ma jiġux sfruttati bla rażan.
OTTUBRU
2020:
Nitolbu biex il-lajċi jkollhom sehem akbar f’diversi
risponsabbiltajiet fil-Knisja.
NOVEMBRU 2020:
Nitolbu sabiex il-progress fit-teknoloġija u apparat
b’intelliġenza artifiċjali jibqa’ dejjem għas-servizz
tal-bniedem.
DIĊEMBRU 2020:
Nitolbu sabiex ir-relazzjoni personali tagħna ma’ Ġesù
Kristu tkun sostnuta mill-Kelma ta’ Alla u minn ħajja
ta’ talb.
SENA
2019
Sena 2018
VIDEO
Diċembru
/ December 2018 -
Evanġelizzazzjoni: Għas-Servizz tat-Tixrid tal-Fidi -
Evangelization: In the Service of the Transmission of Faith.
Biex il-persuni li huma involuti fit-tixrid tal-fidi jsibu
fid-djalogu tagħhom mal-kultura l-lingwaġġ li jgħodd
għall-kundizzjonijiet taż-żminijiet tal-lum.
That people, who are involved in the service and transmission of
faith, may find, in their dialogue with culture, a language suited
to the conditions of the present time.
Poster bil-Fehma tal-Papa għal
Diċember 2018.
Poster with Pope's Prayer intention for December 2018.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar ta' Diċemru
2018.
VIDEO
Ara l-video bil-Malti -
Ara l-vidjo bL-Ingliż
Novembru
/ November 2018 -
Universali: Għas-Servizz tal-Paċi - Universal: In the Service of
Peace.
Biex il-lingwaġġ tal-imħabba u tad-djalogu jirbaħ dejjem fuq
il-lingwaġġ tal-konflitt.
That the language of love and dialogue may always prevail over the
language of conflict.
Poster bil-Fehma tal-Papa għal Novembru 2018.
Poster with Pope's Prayer intention for November 2018.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar ta'
Novembru 2018.
VIDEO
L-Ewwel vidjo ... |
It-Tieni vidjo ...
Ottubru
/ October 2018 -
Evanġelizzazzjoni: Il-Missjoni tar-Reliġjużi - Evangelization: The
Mission of Religious.
Biex ir-reliġjużi kkonsagrati, irġiel u nisa, iħeġġu lilhom
innifishom biex ikunu preżenti qalb il-fqar, l-emarġinati u dawk li
m’għandhomx vuċi fis-soċjetà.
That consecrated religious men and women may bestir themselves, and
be present among the poor, the marginalized, and those who have no
voice.
Poster bil-Fehma tal-Papa għal Ottubru 2018.
Poster with Pope's Prayer intention for October 2018.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar ta' Ottubru
2018.
VIDEO
Settembru
/ September 2018 -
Universali: Iż-Żgħażagħ fl-Afrika - Universal: Young People in
Africa.
Biex iż-żgħażagħ Afrikani jkollhom aċċess għall-edukazzjoni u
għax-xogħol f’pajjiżhom.
That young people in Africa may have access to education and work in
their own countries.
Poster Pope's intentions for September 2018 - Bl-Ingliż.
Poster bil-Feħma tal-Papa għal Settembru 2018 - bil-Malti.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar ta'
Settembru 2018.
VIDEO
Awwissu
/ August 2018 -
Universali: It-Teżor tal-Familji -
Universal: The treasure of Families.
Biex id-deċiżjonijiet importanti li jittieħdu mill-ekonomisti u
politikanti jipproteġu l-familja bħala waħda mit-teżori tal-umanità.
That any far-reaching decisions of economists and politicians may
protect the family as one of the treasures of humanity.
Poster Pope's intentions for August 2018 - Bl-Ingliż.
Poster bil-Feħma tal-Papa għal Awwissu 2018 - bil-Malti.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar ta' Awwissu
2018.
Ara l-Vidjo tal-Papa bl-Ingliż.
VIDEO
Lulju
/ July 2018 -
Evanġelizzazzjoni: Il-Qassisin u l-Ministeru Pastorali Tagħhom -
Evangelization: Priests and their Pastoral Ministry.
Sabiex dawk il-qassisin li jħossuhom għajjiena u weħidhom fix-xogħol
pastorali tagħhom isibu għajnuna u serħan fl-intimità tagħhom
mal-Mulej u fil-ħbiberija tagħhom ma’ ħuthom il-qassisin.
That priests, who experience fatigue and loneliness in their
pastoral work, may find help and comfort in their intimacy with the
Lord and in their friendship with their brother priests.
Poster Pope's intentions for July 2018 - Bl-Ingliż.
Poster bil-Feħma tal-Papa għal Lulju 2018 - bil-Malti.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar ta' Lulju
2018.
Ara l-Vidjo tal-Papa bl-Ingliż.
Sena 2017
Di ċembru / December 2017 -
Universali: L-Anzjani -
Sabiex l-anzjani, imwieżna mill-familji u
mill-komunitajiet Insara, jgħinu bl-għerf u l-esperjenza tagħhom
biex tixtered il-fidi u jkunu ffurmati il-ġenerazzjonijiet ġodda.
Poster għax-xahar ta' Diċembru 2017.
Biex l-anzjani, imwieżna mill-familji u
mill-komunitajiet Insara, jgħinu bl-għerf u l-esperjenza tagħhom
biex tinxtered il-fidi u jkunu ffurmati l-ġenerazzjonijiet ġodda.
That the elderly, sustained by families and
Christian communities, may apply their wisdom and experience to
spreading the faith and forming the new generations.
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa.
Il-Vidjo tal-Papa bil-Malti. 12-2017.
The Pope Video 12-2017.
Novembru / November
2017 -
Evanġeliżżazzjoni: L-Insara fl-Asja - Biex l-Insara fl-Asja, waqt
lijagħtu xhieda tal-Vanġelu bil-kliem u fl-għemil, iġibu ‘l quddiem
id-djalogu, il-paċi u l-ftehim ma’ kulħadd, speċjalment dawk ta’
reliġjonijiet differenti.
Poster għax-xahar ta' Novembru 2017.
Biex l-Insara fl-Asja, waqt li jagħtu xhieda
tal-Vanġelu bil-kliem u fl-għemil, iġibu ’l quddiem id-djalogu,
il-paċi u l-ftehim ma’ kulħadd, speċjalment dawk ta’ reliġjonijiet
differenti.
That Christians in Asia, bearing witness to
the Gospel in word and deed, may promote dialogue, peace, and mutual
understanding, especially with those of other religions.
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa.
The Pope Video 11-2017.
Ottubru / October 2017 -
Unversali: Il-Ħaddiema u n-Nies Bla Xogħol - Biex il-ħaddiema kollha
jirċievu r-rispett u l-ħarsien tad-drittijiet tagħhom, filwaqt li
dawk li m’għandhom xogħol isibu l-opportunitajiet biex jagħtu
s-sehem tagħhom għall-ġid komuni.
Poster għax-xahar ta' Ottubru 2017.
Biex il-ħaddiema kollha jirċievu r-rispett u
l-ħarsien tad-drittijiet tagħhom, filwaqt li dawk li m’għandhomx
xogħol isibu l-opportunitajiet biex jagħtu s-sehem tagħhom għall-ġid
komuni.
That all
workers may receive respect and protection of their rights, and that
the unemployed may receive the opportunity to contribute to the
common good.
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa.
The Pope Video 10-2017.
Settembru / September 2017 -
Evanġeliżżazzjoni: Il-Parroċċi -
Biex il-parroċċi tagħna, animati minn spirtu missjunarju, ikunu
l-post fejn il-komunità tkun xhieda ta’ fidi u ta’ karità.
Poster għax-xahar ta' Settembru 2017.
Biex il-parroċċi tagħna, animati minn spirtu
missjunarju, ikunu l-post fejn il-komunità tkun xhieda ta' fidi u
ta’ karità.
That our parishes, animated by a missionary
spirit, may be places where faith is communicated and charity is
seen.
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa.
The Pope Video 09-2017.
Awwissu
/ August 2017 -
Universali: In-Nies tal-Arti - Sabiex fi żminijietna, in-nies
tal-arti, permezz tad-doni tagħhom, jgħinu lil kulħadd jiskopri
s-sbuħija tal-ħolqien.
Poster g ħax-xahar
ta' Awwissu 2017.
Biex fi żminijietna, in-nies tal-arti, permezz
tad-doni tagħhom, jgħinu lil kulħadd jiskopri s-sbuħija tal-ħolqien.
That artists of our time, through their
ingenuity, may help everyone discover the beauty of creation.
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa.
The Pope Video 08-2017.
Lulju
/ July 2017 -
Evanġeliżżazzjoni: L-Insara li tbegħdu mill-Fidi - Sabiex
ħutna li tbiegħdu mill-Fidi, bil-għajnuna tat-talb flimkien
max-xhieda tagħna, jerġgħu jiskopru kemm hu qrib il-Mulej fil-ħniena
tiegħu u kemm hi sabiħa l-ħajja Nisranija.
Poster g ħax-xahar
ta' Lulju 2017.
Sabiex ħutna li tbiegħdu mill-Fidi,
bil-għajnuna tat-talb flimkien max-xhieda tagħna, jerġgħu jiskopru
kemm hu qrib il-Mulej fil-ħniena tiegħu u kemm hi sabiħa l-ħajja
Nisranija.
That our brothers and sisters who have strayed
from the faith, through our prayer and witness to the Gospel, may
rediscover the merciful closeness of the Lord and the beauty of the
Christian life.
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa.
The Pope Video 07-2017.
Ġunju
/ June 2017 -
Universali: Mexxejja tal-Pajjiżi - Biex il-mexxejja
tal-pajjiżi jikkommettu ruħhom bis-sħiħ biex iwaqqfu l-bejgħ
tal-armi, li jġibu tant qerda fost nies innoċenti.
Poster għax-xahar ta' Ġunju 2017.
Biex il-mexxejja tal-pajjiżi jikkommettu
ruħhom bis-sħiħ biex iwaqqfu l-bejgħ tal-armi, li jġibu tant qerda
fost nies innoċenti.
That national leaders may firmly commit
themselves to ending the arms trade, which victimizes so many
innocent people.
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa.
The Pope Video 06-2017.
Mejju
/ May2017 -
Evanġeliżżazzjoni: L-Insara fl-Afrika - Biex l-Insara
fl-Afrika, jimitaw lil Ġesù mimli ħniena u jagħtu xhieda profetika
ta’ rikonċiljazzjoni, ġusitizzja u paċi.
Poster għax-xahar ta' Mejju 2017.
Biex l-Insara fl-Afrika jimitaw lil Ġesù,
mimli ħniena, u jagħtu xhieda profetika ta’ rikonċiljazzjoni,
ġustizzja u paċi.
That Christians in Africa, in imitation of the
Merciful Jesus, may give prophetic witness to reconciliation,
justice and peace.
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa.
The Pope Video 05-2017.
April
2017 -
Universali: Iż-Żgħażagħ
Poster għax-xahar ta' April 2017.
Biex iż-żgħażagħ iwieġbu b’ġenerożità
għas-sejħiet tagħhom u jikkunsidraw bis-serjetà li joffru lilhom
infushom lil Alla fis-saċerdozju u l-ħajja kkonsagrata.
Adorazzjoni skont din il-fehma tal-Papa .
The Pope Video 04-2017. Youth.
Marzu / March 2017
-
Evanġeliżżazzjoni: Għajnuna għall-Insara Persegwitati
Poster għax-xahar ta' Marzu 2017.
Biex l-Insara persegwitati jsibu għajnuna
fit-talb u ħtiġijiet materjali mill-Knisja kollha.
That persecuted Christians may be supported by
the prayers and material help of the whole Church.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa: Sabiex
l-Insara persegwitati jsibu l-għajnuna fit-talb u l-ħtiġijiet
materjali mill-Knisja.
The Pope Video 03-2017. Help persecuted Christians.
Frar /
February 201 7
-
Universali: Faraġ għal Min Hu Batut
Il-Fehma tal-Papa
Biex dawk kollha li qed ibatu, speċjalment
il-fqar, ir-rifuġjati, l-imwarrbin, isib fil-komunitajiet tagħna min
jilqagħhom u jfarraġhom.
That all those who are afflicted, especially
the poor, refugees, and marginalized, may find welcome and comfort
in our communities.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa għal dan
ix-xahar.
The Pope Video 02-2017. Welcome the needy.
Jannar / January 2017 -
Evanġeliżżazzjoni: L-Għaqda
tal-Insara
Il-Fehma tal-Papa
Biex l-Insara kollha ikunu fidili
għat-tagħlim ta’ Kristu biex jirsistu bit-talb u
l-imħabba t’aħwa ħalli terġa sseħħ l-għaqda bejn
il-knejjes u flimkien jiffaċċjaw l-isfidi tal-umanità.
That all Christians may be
faithful to the Lord’s teaching by striving with prayer
and fraternal charity to restore ecclesial communion and
by collaborating to meet the challenges facing humanity.
Adorazzjoni skont il-fehma
tal-Papa Franġisku għall-Jannar 2017.
The Pope Video 01-2017. Christians serving humanity.
Sena 2016
Di ċembru / December 2016
N itolbu
sabiex titneħħa minn kull rokna tad-dinja l-pjaga tat-tfal suldati.
That the scandal of child soldiers may be
eliminated the world over.
The Pope Video 12 - Child Soldiers.
Novembru / November 2016
Biex il-pajjiżi li jirċievu numru kbir ta’
immigranti jsibu l-għajnuna fl-isforzi tagħhom ta’ solidarjetà.
That the countries which take in a great
number of displaced persons and refugees may find support for their
efforts which show solidarity.
The Pope Video 11 - Countries receiving refugees.
Ottubru
/ October 2016
Biex fil-ħidma tagħhom, il-ġurnalisti
jirrispettaw il-verità u jimxu dejjem fuq dak li hu sewwa.
That journalists, in carrying out their work,
may always be motivated by respect for truth and a strong sense of
ethics.
The Pope Video 10 - Journalists
Settembru / September 2016
Biex kulħadd jagħti s-sehem tiegħu għall-ġid
komuni u għall-bini ta’ soċjetà li tqiegħed il-persuna umana
fiċ-ċentru tagħha.
That each may contribute to the common good
and to the building of a society that places the person at the
centre.
The Pope Video 9 - For a more human society
Awwissu
/ August 2016
Biex l-isport ikun okkażjoni ta’ fraternità u
jagħti s-sehem tiegħu għall-paċi fid-dinja.
That sports may be an opportunity for friendly
encounters between peoples and may contribute to peace in the world.
The Pope Video 8 - Sports, a culture of encounter - August 2016.
Lulju /
July 2016
Biex il-popli indiġeni, li għandhom l-identità
u l-eżistenza tagħhom mhedda, jiġu rrispettati.
That indigenous peoples, whose identity and
very existence are threatened, will be shown due respect.
The Pope Video 7 - Respect for Indigenous Peoples - July 2016
Ġunju /
June 2016
Biex fl-ibliet il-kbar l-anzjani, l-emarġinati
u dawk li sfaw weħidhom jiltaqgħu ma’ nies li jagħtu kashom.
That the aged, marginalized, and those who
have no one may find – even within the huge cities of the world –
opportunities for encounter and solidarity.
The Pope Video 6 - Solidarity in Cities - June 2016.
Mejju /
May2016
Biex kull pajjiż jagħti ġieħ lill-mara u
jgħożż il-kontribut essenzjali tagħha fis-soċjetà.
That in every country of the world, women may
be honored and respected and that their essential contribution to
society may be highly esteemed.
The Pope Video 5 - Respect for Women - May 2016.
April
2016
Biex il-bdiewa jaqilgħu dak li ħaqqhom
għax-xogħol prezzjuż tagħhom.
That land cultivators may earn the profits
they deserve for their precious work.
The Pope Video 4 - Small farmers - April 2016.
Marzu /
March 2016
Biex il-familji fil-bżonn jirċievu l-għajnuna
meħtieġa u t-tfal jikbru f’ambjent ta’ sliem u paċi.
That families in need may receive the
necessary support and that children may grow up in healthy and
peaceful environments.
The Pope Video 3 - For children and families in difficulty - March
2016.
Frar /
February 2016
Biex il-ħolqien, mogħti lilna b’rigal, nieħdu
ħsiebu għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.
That we may take good care of creation–a gift
freely given–cultivating and protecting it for future generations.
The Pope Video 2 - Care for Creation - February 2016.
Jannar / January 2016
Biex id-djalogu sinċier bejn nies ta’ reliġjonijiet differenti
jħalli frott ta’ paċi u ġustizzja.
That sincere dialogue among men and women of
different faiths may produce the fruits of peace and justice.
The Pope Video – Inter-religious Dialogue - January 2016 .
Sena 2015
Diċembru
2015 -
Biex
ilkoll inġarrbu l-ħniena ta’ Alla, li qatt ma jgħejja jaħfer.
Novembru
2015 -
Ħalli
niftħu qalbna biex niltaqgħu u niddjalogaw ma’ kulħadd, anke ma’ min
jifhimha xorta oħra.
Ottubru
2015 -
Biex
it-traffikar tal-bnedmin, li huwa forma moderna ta’ jasar, jitwaqqaf
darba għal dejjem.
Settembru 2015 -
Biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ skola u
xogħol għaż-żgħażagħ kollha.
Awwissu
2015 -
Sabiex
il-volontiera jagħtu lilhom infushom b’ġenerożità biex jaqdu lil
dawk li għandhom bżonn.
Lulju
2015 -
Sabiex fil-livelli kollha tar-responsabbiltà
politika ngħixu l-imħabba fl-aqwa tagħha .
Ġunju
2015 -
Biex
l-immigranti u r-refuġjati jsibu min jilqagħhom u jirrispettahom
fil-pajjiżi li jaslu fihom.
Mejju
2015
-
Biex
niċħdu l-kultura tal-indifferenza u nieħdu ħsieb ta’ min ibati,
speċjalment il-morda u l-fqar.
April
2015 -
Biex
il-popli jitgħallmu jirrispettaw il-ħolqien u jieħdu ħsiebu bħala
rigal ta’ Alla.
Marzu
2015 -
Biex dawk
involuti fir-riċerka xjentifika jfittxu l-ġid tal-persuna umana
kollha kemm hi.
Frar 2015 -
Biex il-ħabsin, speċjalment dawk żgħażagħ, ikunu jistgħu jerġgħu
jibnu ħajjithom b’dinjità.
Jannar 2015 - Sabiex ir-Reli ġ jonijiet
differenti ja ħ dmu
flimkien g ħ all-pa ċ i.
01/01/2015.
Sena 2014
Diċembru 2014 - Biex it-twelid
tas-Salvatur iġib il-paċi u t-tama lill-bnedmin kollha ta’ rieda
tajba.
Novembru 2014 - Biex kull min ibati
bis-solitudni jħoss lil Alla viċin tiegħu u l-wens tal-oħrajn.
Ottubru 2014 - Biex il-Mulej jagħti
paċi lil dawk in-naħat tad-dinja mifluġin bil-gwerra u bil-vjolenza.
Settembru 2014 - Biex persuni li qed
ibatu minn xi nuqqas ta’ saħħa mentali jirċievu l-imħabba u
l-għajnuna meħtieġa għall-ħajja dinjituża.
Awwissu 2014 - Biex ir-refuġjati,
imġegħlin jitilqu ’l djarhom minħabba l-vjolenza, isibu qalb kbira
li tilqagħhom u tipproteġi d-drittijiet tagħhom.
Lulju 2014 - Biex l-isport ikun dejjem okkażjoni ta’
fraternità fejn il-bnedmin jikbru flimkien.
Ġunju 2014 - Ħalli kull min hu qiegħed,
jingħata l-għajnuna u x-xogħol li għandu bżonn biex jgħix
bid-dinjità.
Mejju 2014 - Biex il-mezzi ta’ komunikazzjoni jkunu strumenti
għas-servizz tal-verità u l-paċi.
April 2014 - Biex il-gvernijiet jieħdu ħsieb tal-ħarsien
tal-ħolqien u tat-tqassim ġust tar-riżorsi naturali.
Marzu 2014 - Biex il-kulturi kollha
jirrispettaw id-drittijiet u d-dinjità tal-mara.
Frar 2014 - Biex il-Knisja u s-soċjetà jirrispettaw
l-għerf u l-esperjenza tal-anzjani.
Jannar
2014 - Biex ilkoll nippromovu żvilupp ekonomiku awtentiku, li
jirrispetta d-dinjità tal-popli kollha.