|
ITTRA ENĊIKLIKA
DILEXIT NOS
TAL-QDUSIJA TIEGĦU
FRANĠISKU
DWAR L-IMĦABBA UMANA U DIVINA
TAL-QALB TA� ĠES� KRISTU
1. �Huwa ħabbna�, jgħid San Pawl għal Kristu (Rum 8:37), biex jgħinna niskopru li xejn �ma jista� qatt jifridna� (Rum 8:39) minn din l-imħabba. Pawlu dan stqarru b�ċertezza għax Kristu nnifsu kien żgura lid-dixxipli tiegħu: �Jiena ħabbejtkom� (Ġw 15:9,12). Qalilna wkoll: �Sejjaħtilkom ħbieb� (Ġw 15:15). Il-qalb miftuħa tiegħu timxi qabilna u tistenniena bla ma tpoġġi kundizzjonijiet, bla ma tippretendi xi rekwiżit biex tista� tħobbna u biex toffrilna l-ħbiberija tagħha: Hu ħabbna l-ewwel (ara 1 Ġw 4:10). Grazzi għal Ġes�, �aħna għarafna l-imħabba li Alla għandu għalina u emminnieha� (1 Ġw 4:16).
I.
L-IMPORTANZA TAL-QALB
2. Biex nesprimu l-imħabba ta� Ġes� spiss ninqdew bis-simbolu tal-qalb. Xi wħud jistaqsu jekk dan għadx għandu tifsira valida. Imma meta niġu ttentati li nibqgħu ngħumu fil-wiċċ, li ngħaddu ħajjitna niġru mingħajr fl-aħħar mill-aħħar ma nafu għalfejn, li nsiru konsumisti bla xaba� u lsiera tal-ingranaġġi ta� suq li ma jinteressahx mis-sens tal-ħajja tagħna, allura jeħtieġ nirkupraw l-importanza tal-qalb.[1]
Xi rridu nfissru bil-kelma �qalb�?
3. Fil-Grieg klassiku profan it-terminu kard�a jindika dak li hu l-iżjed ġewwieni fil-bnedmin, fl-annimali u fil-pjanti. F�Omeru jindika mhux biss iċ-ċentru tal-ġisem, imma anki r-ruħ u l-qalba spiritwali tal-essri uman. Fl-Illjade l-ħsieb u s-sentiment jappartienu lill-qalb u huma ħafna qrib ta� xulxin.[2] Hawn il-qalb tidher bħala ċentru tax-xewqa u post li fih jissawru d-deċiżjonijiet importanti tal-persuna.[3] Fi Platun il-qalb tassumi funzjoni b�xi mod �sintetizzanti� ta� dak li hu razzjonali u tat-tendenzi ta� kull persuna, għax kemm il-mandat tal-fakultajiet superjuri u kemm il-passjonijiet jgħaddu mill-vini li jiltaqgħu fil-qalb.[4] Hekk, sa mill-qedem intbaħna bl-importanza li nqisu lill-bniedem mhux bħala l-ġabra ta� diversi ħiliet, imma bħala dinja magħmula minn ruħ u ġisem b�ċentru li jgħaqqadha, li jagħti lil dak kollu li tgħix il-persuna l-isfond ta� sens u ta� orjentament.
4. Il-Bibbja tgħid li �l-kelma ta� Alla hi ħajja u qawwija, [�] tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet tal-qalb� (Lhud 4:12). B�dan il-mod tkellimna fuq qalba, il-qalb, li hemm wara kull ħaġa li tidher, anki wara l-ħsibijiet superfiċjali li jħawduna. Id-dixxipli ta� Għemmaws, tul il-mixja misterjuża tagħhom ma� Kristu Rxoxt, għexu mument ta� fixla, konfużjoni, qtigħ il-qalb, delużjoni. Imma, lil hemm minn dan kollu u minkejja kollox, seħħet xi ħaġa fil-fond: �Ma kinitx imkebbsa qalbna ġewwa fina huwa u jkellimna fit-triq?� (Lq 24:32).
5. Fl-istess waqt, il-qalb hija l-post tas-sinċerit�, fejn ma tistax tqarraq u lanqas taħbi xi tħoss. Normalment tindika l-intenzjonijiet veri, dak li wieħed jaħseb, jemmen u jrid tabilħaqq, is-�sigrieti� li ma ngħidu lil ħadd, f�kelma waħda sewwasew il-verit� għerja. Hawn għandna dak li mhux apparenza u lanqas gidba imma hu awtentiku, reali, totalment personali. Għalhekk lil Sansun, li ma riedx itarrfilha s-sigriet ta� mnejn kienet ġejja s-saħħa tiegħu, Dalila staqsietu: �Kif tgħidli: �Inħobbok�, meta int ma tiftaħx qalbek miegħi?� (Mħ 16:15). Kien biss meta għarrfilha s-sigriet moħbi tiegħu, li hi �ntebħet li fetaħ qalbu magħha għalkollox� (Mħ 16:18).
6. Din il-verit� ta� kull persuna hi spiss moħbija taħt kwantit� kbira ta� �qxur� li jgħattuha, u dan iwassal biex diffiċilment naslu għaċ-ċertezza li nagħrfu lilna nfusna u iktar u iktar li nagħrfu persuna oħra: �Fuq kollox qalb il-bniedem kollha qerq u mħassra. Min jifhimha?� (Ġer 17:9). U hekk nifhmu għaliex il-ktieb tal-Proverbji jitlobna: �Ħares lil qalbek bir-reqqa kollha, għax minnha ġejja l-ħajja. Warrab minnek ħażen il-fomm, biegħed minnek qerq ix-xufftejn� (4:23-24). Is-sempliċi apparenza, il-ħabi u l-qerq jagħmlu ħsara lill-qalb u jgħawġu l-qalb. Lil hemm mill-ħafna tentattivi biex nuru jew nesprimu xi ħaġa li m�aħniex, kollox jiddependi mill-qalb: hemmhekk, li jiswa mhux dak li nuru minn barra jew dak li naħbu, għax hemmhekk aħna dak li aħna. U din hija l-bażi ta� kull proġett b�saħħtu għall-ħajja tagħna, għax xejn validu ma nistgħu nibnu mingħajr il-qalb. L-apparenzi u l-gideb joffru biss il-vojt.
7. Bħala metafora, ippermettuli nfakkar ħaġa li diġ� rrakkontajt f�okkażjoni oħra: �Għall-Karnival, meta konna tfal, in-nanna kienet tagħmlilna l-ftajjar tal-isfinġa moqlija, u l-għaġina li kienet tagħmel kienet ratba ħafna. Imbagħad kienet tixħitha fiż-żejt u dik l-għaġina kienet tintefaħ, kienet tintefaħ� U meta aħna konna nibdew ninkluha, kienet tkun vojta minn ġewwa. Dawk il-ftajjar fid-djalett tagħna konna ngħidulhom �bugie�. U kienet proprju n-nanna li tfissrilna għaliex: �Dawn il-ftajjar qishom gidbiet, jidhru kbar, imma ma għandhom xejn ġo fihom, ma hemm xejn veru fihom, ma hemm xejn ta� sustanza��.[5]
8. Flok ma nfittxu s-sodisfazzjon tal-qoxra jew nirreċtaw parti quddiem l-oħrajn, l-aħjar ħaġa hi li nħallu jixirfu mistoqsijiet li jagħmlu sens: Min jien tassew? X�qed infittex? X�sens irrid li jkollhom ħajti, l-għażliet tiegħi jew l-azzjonijiet tiegħi? Għaliex u għal liema għan ninsab f�din id-dinja? Kif se niżen il-ħajja tiegħi meta tasal fl-aħħar tagħha? X�tifsira rrid li jkollu dak kollu li qed ngħix? Min irrid li nkun quddiem l-oħrajn? Min jien quddiem Alla? Dawn il-mistoqsijiet idaħħluni fil-qalb tiegħi.
Nerġgħu lura għall-qalb
9. F�din id-dinja �likwida� hemm bżonn nerġgħu nibdew nitkellmu fuq il-qalb; nimmiraw hemm fejn kull persuna, ta� kull kategorija u kundizzjoni, issib is-sintesi tagħha; hemm fejn il-persuni konkreti jsibu l-għajn u l-għerq tal-forzi, il-konvinzjonijiet, il-passjonijiet, l-għażliet l-oħra kollha tagħhom. Imma aħna qed ngħixu f�soċjetajiet ta� serje ta� konsumaturi li jgħixu ġurnata b�ġurnata u huma maħkuma mir-ritmi u mill-ħsejjes tat-teknoloġija, mingħajr ħafna paċenzja għall-proċessi li titlob l-interjorit�. Fis-soċjet� tal-lum, il-bniedem �jirriskja li jitlef iċ-ċentru, iċ-ċentru tiegħu nnifsu�.[6] �Il-bniedem tal-lum, fil-fatt, spiss isib ruħu mifxul, mifrud, kważi sajjem minn prinċipju interjuri li joħloq għaqda u armonija fl-essri tiegħu u fl-aġir tiegħu. Mudelli ta� mġiba li b�xorti ħażina huma pjuttost mifruxa jkabbru wisq id-dimensjoni razzjonali-teknoloġika jew, bil-maqlub, dik tal-istint tiegħu�.[7] Jonqos il-qalb.
10. Issa, il-problema tas-soċjet� likwida hi waħda attwali, imma l-iżvalutazzjoni taċ-ċentru intimu tal-bniedem � il-qalb � ġejja iktar mill-bogħod: insibuha diġ� fir-razzjonaliżmu Grieg u Prekristjan, fl-idealiżmu Postkristjan u fil-materjaliżmu fid-diversi xejriet tiegħu. Il-qalb ftit sabet spazju fl-antropoloġija u spiċċat kunċett barrani għall-ħsieb filosofiku għoli. Ġew ippreferuti kunċetti oħra bħal dawk tar-raġuni, ir-rieda jew il-libert�. It-tifsira tagħha mhix preċiża u ma ngħatalhiex post speċifiku fil-ħajja tal-bniedem. Forsi għaliex ma kienx faċli jinstabilha post qalb l-ideat �ċari u distinti�, jew minħabba d-diffikult� li jġib miegħu l-għarfien tagħna nfusna: donnu li r-realt� l-aktar intima hija wkoll l-aktar imbiegħda għall-għarfien tagħna. Aktarx għax il-laqgħa mal-ieħor ma tikkonsolidax ruħha bħala triq biex insibu lilna nfusna, ladarba l-ħsieb inixxi għal darb�oħra f�individwaliżmu perikoluż. Biex jibnu s-sistemi tal-ħsieb tagħhom, ħafna ħassewhom fiż-żgur fil-qasam iżjed kontrollabbli tal-intelliġenza u tar-rieda. U mingħajr post għall-qalb, distinta mill-fakultajiet u mill-passjonijiet umani meqjusa separatament waħda mill-oħra, baqgħet ma ġietx żviluppata fil-wisa� lanqas l-idea ta� ċentru personali li fih l-unika realt� li tista� tgħaqqad kollox flimkien hi, bla dubju ta� xejn, l-imħabba.
11. Jekk il-qalb hi mwarrba għall-ġenb, inkunu nwarrbu għall-ġenb ukoll dak li jfisser nitkellmu mill-qalb, naġixxu mill-qalb, nimmaturaw u nieħdu ħsieb tal-qalb. Meta ma jiġix apprezzat l-ispeċifiku tal-qalb, nitilfu t-tweġibiet li l-intelliġenza waħidha ma tistax tagħti, nitilfu l-laqgħa mal-oħrajn, nitilfu l-poeżija. U nitilfu l-istorja u l-ġrajjiet tagħna, għax il-vera avventura personali hi dik li tinbena billi nibdew mill-qalb. Fl-aħħar mill-aħħar dan biss hu li jiswa.
12. Jeħtieġ naffermaw li għandna qalb, li l-qalb tagħna tgħix fl-istess eżistenza mal-qlub l-oħra li jgħinuha tkun �int�. Billi ma nistgħux nidħlu żżejjed fuq din it-tema, ninqdew bil-persunaġġ ta� rumanz, Stavr�ghin ta� Dostoevskij.[8] Romano Guardini jpinġih bħala l-istess inkarnazzjoni tal-ħażen, għax il-karatteristika prinċipali tiegħu hi li ma għandux qalb: �Stavr�ghin hu bla qalb; għalhekk l-ispirtu tiegħu hu inġazzat u vojt, u ġismu jgħum fil-velenu tal-għażż u s-senswalit� �bestjali�. Għalhekk hu ma jistax jiltaqa� b�mod intimu ma� ħadd u ħadd ma jiltaqa� tassew miegħu. Għax hi l-qalb biss li toħloq l-intimit�, il-vera qrubija bejn żewġ ħlejqiet. Il-qalb biss taf tilqa� u tagħti patrija. L-intimit� hija l-att, l-isfera tal-qalb. Imma Stavr�ghin hu distanti. [�] Infinitament imbiegħed anki minnu nnifsu, għax il-bniedem jista� jkun interjuri għalih innifsu biss bil-qalb, mhux bl-ispirtu. Li l-bniedem ikun interjuri għalih innifsu bl-ispirtu mhuwiex fis-setgħa tiegħu. Issa, jekk il-qalb ma tgħixx, il-bniedem jibqa� barrani għalih innifsu�.[9]
13. Għandna bżonn li l-azzjonijiet kollha jitqiegħdu taħt il-�ħakma politika� tal-qalb, li l-aggressivit� u x-xewqat ossessivi jsibu l-paċi fil-ġid ikbar li l-qalb toffrilhom u fil-qawwa li għandha kontra l-ħażen; li anki l-intelliġenza u r-rieda joqogħdu għas-servizz tagħha, iħossu u jiggustaw il-veritajiet pjuttost milli jridu jaħkmuhom kif jagħmlu spiss ċerti xjenzi; li r-rieda tixtieq l-ogħla ġid li l-qalb taf, u li anki l-immaġinazzjoni u s-sentimenti jħallu timmoderahom it-taħbita tal-qalb.
14. Nista� ngħid ukoll li, fl-aħħar mill-aħħar, jiena l-qalb tiegħi, għax hi dik li tagħżilni, li ssawwarni fl-identit� spiritwali tiegħi u tqegħedni f�komunjoni mal-persuni l-oħra. L-algoritmu li jaħdem fid-dinja diġitali juri li l-ħsibijiet tagħna u d-deċiżjonijiet tar-rieda tagħna huma ħafna iżjed �standard� minn kemm nistgħu naħsbu. Huma faċilment prevedibbli u jistgħu jiġu mmanipulati. Mhux hekk il-qalb.
15. Hija kelma importanti għall-filosofija u t-teoloġija, li jaspiraw biex jilħqu sintesi sħiħa. Fil-fatt, il-kelma �qalb� ma tistax titfisser għalkollox mill-bijoloġija, mill-psikoloġija, mill-antropoloġija jew minn kull xjenza oħra. Hi waħda minn dawk il-kelmiet oriġinarji �li jindikaw ir-realt� li għandu l-bniedem kollu kemm hu bħala persuna korporja u spiritwali�.[10] Hekk il-bijologu mhuwiex iktar realista meta jitkellem fuq il-qalb, għax qed jara biss parti minnha, u l-ġabra flimkien mhijiex inqas reali, imma iktar. Lanqas il-lingwaġġ astratt ma jista� jkollu l-istess tifsira konkreta u fl-istess waqt kumplessiva. Jekk il-�qalb� teħodna lejn il-qalba ġewwenija tal-persuna tagħna, tippermettilna wkoll nagħrfu lilna nfusna fis-sħuħija tagħna u mhux biss f�xi aspett iżolat.
16. Min-naħa l-oħra, din il-qawwa waħdanija tal-qalb tgħinna nifhmu għaliex jingħad li meta tilqa� realt� b�qalbek tista� tifhimha aħjar u b�mod aktar sħiħ. Dan iwassalna bla dubju ta� xejn għall-imħabba li għaliha dik il-qalb hi kapaċi, għax �l-imħabba hi l-aktar fattur ġewwieni tar-realt��.[11] Għal Heidegger, skont l-interpretazzjoni li jagħti tiegħu ħassieb kontemporanju, il-filosofija ma tibdiex minn kunċett pur jew minn ċertezza, imma minn ċaqliqa tal-emozzjoni: �Il-ħsieb ġie mċaqlaq emottivament qabel ma ħadem bil-kunċetti jew huwa u jelaborahom. Mingħajr emozzjoni profonda, il-ħsieb ma jistax imidd l-ewwel pass. L-ewwel xbieha mentali hi t-tkexkixa mal-ġisem kollu. L-ewwel ħaġa li ġġagħalna naħsbu u nistaqsu hija l-emozzjoni profonda. Il-filosofija sseħħ dejjem f�burdata fundamentali (Stimmung)�.[12] U hawn titfaċċa l-qalb, li �tilqa� fiha l-kundizzjonijiet mentali, taħdem bħala �ħarriesa tal-kundizzjonijiet mentali�. Il-�qalb� b�mod metaforiku tagħti widen għal-�leħen sieket� tal-essri, u tħallih irażżanha jew jiddeterminaha�.[13]
Il-qalb li tiġbor flimkien il-biċċiet
17. Fl-istess waqt, il-qalb tagħmel possibbli kull rabta awtentika, għax relazzjoni li mhijiex mibnija permezz tal-qalb mhix kapaċi tegħleb il-frammentazzjoni tal-individwaliżmu: jibqgħu fuq riġlejhom biss żewġ dinjiet li jersqu lejn xulxin imma ma jintrabtux tassew. Il-maqlub tal-qalb hi soċjet� dejjem iżjed maħkuma min-narċisiżmu u mill-awtoreferenzjalit�. Fl-aħħar naslu biex �nitilfu x-xewqa�, għax l-ieħor jgħib mix-xefaq tagħna u aħna ningħalqu fil-jien tagħna, mingħajr il-ħila ta� relazzjonijiet sani.[14] B�konsegwenza ta� dan, ma nibqgħux kapaċi nilqgħu lil Alla. Kif jgħid Heidegger, biex nirċievu d-divin irridu nibnu �dar għall-mistiedna�.[15]
18. U hekk qed naraw kif fil-qalb ta� kull persuna tinħoloq din ir-rabta paradossali bejn il-valorizzazzjoni tal-persuna nfisha u l-ftuħ tagħha għall-oħrajn, bejn il-laqgħa tassew personali magħna nfusna u l-għotja tagħna nfusna lill-oħrajn. Insiru tassew u biss min aħna meta niksbu l-ħila li nagħrfu lill-ieħor, u jiltaqa� mal-ieħor min għandu l-ħila jagħraf u jilqa� l-identit� tiegħu.
19. Il-qalb hi kapaċi wkoll tiġbor u tpoġġi f�armonija l-istorja personali, li tidher maqsuma f�elf biċċa, imma fejn kollox jista� jkollu sens. Dan hu li jesprimi l-Evanġelju fil-ħarsa ta� Marija, li kienet tara b�qalbha. Kienet taf tiddjaloga mal-esperjenzi li kienet tgħożż billi timmeditahom fil-qalb tagħha, u tagħtihom iż-żmien: tirrappreżentahom u tħarishom ġewwa fiha biex iżżomm ħajja t-tifkira. Fl-Evanġelju, l-aqwa espressjoni ta� dak li taħseb qalb huma ż-żewġ siltiet ta� San Luqa li jgħidulna li Marija �baqgħet tgħożż (syneterei) f�qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha, u taħseb fuqhom (symballousa) bejnha u bejn ruħha� (Lq 2:19; ara 2:51). Il-verb symballein (li minnu għandna �simbolu�) jfisser taħseb u tixtarr, tiġbor flimkien żewġ affarijiet fil-moħħ u tgħarbel lilek innifsek, tirrifletti, tiddjaloga miegħek innifsek. F�Lq 2:51 dieterei tfisser �tħares xi ħaġa bl-għożża�, u dak li hi kienet tħares ġo fiha ma kinitx biss �ix-xena� li kienet tara, imma anki dak li ma kinitx għadha qed tifhem u madankollu kien jibqa� preżenti u ħaj fiha fl-istennija li tpoġġi kollox flimkien fil-qalb tagħha.
20. Fl-epoka tal-intelliġenza artifiċjali, ma nistgħux ninsew li biex insalvaw l-uman għandna bżonn tal-poeżija u l-imħabba. L-ebda algoritmu ma jista� qatt jġorr fih, ngħidu aħna, dak il-mument tat-tfulija li niftakruh bi ħlewwa u li, minkejja li jgħaddu s-snin, jibqa� jseħħ f�kull rokna tad-dinja. Qed jiġini f�moħħi l-użu tal-furketta biex nagħlqu bil-piegi l-ġnub ta� dawk il-ftajjar maħduma d-dar ma� ommijietna u nannietna. Huwa dak il-mument ta� apprentistat kulinari, nofs triq bejn il-logħob u l-et� adulta, li fih nassumu r-responsabbilt� tax-xogħol biex ngħinu lill-ieħor. Bħal dan tal-furketta, nista� nsemmi mijiet ta� dettalji ċkejkna li jsawru l-bijografiji ta� kulħadd: inqanqlu t-tbissim b�xi battuta, inħażżu disinn kontra d-dawl dieħel minn xi tieqa, nilagħbu l-ewwel partita futbol b�ballun taċ-ċarruta, nerfgħu d-dud tal-ħarir f�kaxxa taż-żraben, innixxfu fjura qalb il-paġni ta� ktieb, nieħdu ħsieb ta� għasfur li waqa� mill-bejta, nesprimu xewqa aħna u naqilgħu l-petali ta� margerita żgħira. Dawn id-dettalji ċkejkna kollha, l-ordinarju-straordinarju, ma jistgħu qatt joqogħdu qalb l-algoritmi. Għax il-furketta, il-battuti, it-tieqa, il-ballun, il-kaxxa taż-żraben, il-ktieb, l-għasfur, il-fjura� jistrieħu fuq il-ħlewwa li nżommu ħajja fit-tifkiriet tal-qalb.
21. Il-qalba ta� kull bniedem, l-aktar ċentru intimu tiegħu, mhijiex il-qalba tar-ruħ imma tal-persuna sħiħa fl-identit� waħdanija tagħha, li għandha ruħ u ġisem. Kollox hu miġbur flimkien fil-qalb, li tista� tkun is-sede tal-imħabba bil-komponenti spiritwali, psikiċi u anki fiżiċi kollha tagħha. Żgur mhux forsi, jekk fiha ssaltan l-imħabba, il-persuna tilħaq l-identit� tagħha b�mod sħiħ u mdawwal, għax kull bniedem ġie maħluq qabelxejn għall-imħabba, ġewwa nett hu magħmul biex iħobb u jkun maħbub.
22. Għal din ir-raġuni, meta naraw kif qed jinqalgħu gwerer ġodda, bil-kompliċit�, it-tolleranza jew l-indifferenza ta� pajjiżi oħra, jew b�sempliċi ġlidiet ta� poter madwar l-interessi tal-ftit, jagħtina li naħsbu li s-soċjet� dinjija qed titlef il-qalb tagħha. Biżżejjed inħarsu u nisimgħu lin-nisa anzjani � mid-diversi partijiet fil-ġlied � li sfaw ilsiera ta� dawn il-kunflitti qerrieda. X�għafsa ta� qalb tarahom jibku lin-neputijiet maqtula, jew tismagħhom jixtiequ li jmutu għax tilfu d-dar fejn għexu sa minn dejjem. Huma, li tant drabi kienu mudelli ta� qawwa u reżistenza tul ħajjiet diffiċli u sagrifikati, issa li waslu fl-aħħar tappa tal-ħajja tagħhom mhumiex jirċievu l-paċi li jimmeritaw, imma t-tbatija, il-biża� u l-għadab. Li noqogħdu nixħtu l-ħtija fuq l-oħrajn mhux se jsolvi din it-traġedja tal-mistħija. Li naraw lin-nanniet jibku mingħajr ma dan isir ħaġa intollerabbli hu sinjal ta� dinja bla qalb.
23. Meta kull wieħed u waħda jirrifletti, ifittex, jimmedita fuq ħajtu u fuq l-identit� tiegħu, jew jistħarreġ il-kwistjonijiet l-aktar għolja; meta jaħseb fuq is-sens ta� ħajtu u wkoll jekk ifittex lil Alla, meta anki jħoss il-gost li lemaħ l-iċken ħjiel tal-verit�, dan kollu jesiġi li jsib il-qofol tiegħu fl-imħabba. Meta tħobb, persuna tħoss li taf għaliex u għal liema skop qed tgħix. Hekk kollox jiltaqa� fi stat ta� rabta u ta� armonija. Għalhekk, quddiem il-misteru personali tiegħu, forsi l-mistoqsija l-aktar deċiżiva li kull wieħed jista� jagħmel hi din: jien għandi qalb?
In-nar
24. Dan għandu konsegwenzi fuq l-ispiritwalit�. Ngħidu aħna, it-teoloġija tal-Eżerċizzi spiritwali ta� Sant�Injazju ta� Loyola għandha bħala prinċipju tagħha l-affectus. Id-dimensjoni tad-diskors tinbena fuq valur fundamentali (bil-qawwa kollha tal-qalb), li jagħti enerġija u riżorsi lid-dmir li wieħed jorganizza ħajtu mill-ġdid. Ir-regoli u l-kompożizzjonijiet tal-post li jfassal Injazju jiffunzjonaw fuq il-bażi ta� �fundament� differenti minnhom, il-moħbi tal-qalb. Michel de Certeau jurina kif il-�movimenti� li dwarhom jitkellem Sant�Injazju huma l-irruzzjonijiet ta� rieda ta� Alla u ta� rieda tal-qalb tagħna li tibqa� differenti mill-ordni evidenti. Xi ħaġa mhux mistennija tibda titkellem fil-qalb tal-persuna, xi ħaġa li titwieled minn dak li ma nafux, tneħħi l-qoxra ta� dak li hu magħruf u teħodha kontrih. Dan hu l-bidu ta� �ordinament tal-ħajja� ġdid li jibda mill-qalb. Mhumiex diskorsi razzjonali li rridu npoġġuhom fil-prattika billi nittraduċuhom f�ħajjitna, bħallikieku l-affettivit� u l-prattika kienu sempliċiment konsegwenzi � dipendenti � ta� għarfien żgurat.[16]
25. Hemm fejn il-filosfu jieqaf bil-ħsieb tiegħu, il-qalb ta� min jemmen tħobb, tadura, titlob maħfra u toffri li ssir qaddejja fil-post li l-Mulej jagħtiha biex tagħżel ħalli timxi warajh. Hawn tifhem li hi l-�int� ta� Alla u li tista� tkun �jien� għax Alla huwa �int� għaliha. Il-fatt hu li l-Mulej biss joffrilna li jittrattana bħala �int� dejjem u għal dejjem. Li nilqgħu l-ħbiberija tiegħu hi kwistjoni tal-qalb u tibnina bħala persuni fis-sens sħiħ tal-kelma.
26. San Bonaventura kien jgħid li jekk inħarsu mill-qrib irridu nfittxu �mhux id-dawl, imma n-nar�.[17] U kien jgħallem li �l-fidi qiegħda fl-intellett, b�mod li tqanqal l-affezzjoni. Ngħidu aħna: li nafu li Kristu miet għalina ma jibqax biss għarfien, imma neċessarjament isir affezzjoni, imħabba�.[18] F�din il-perspettiva, San John Henry Newman għażel bħala motto tiegħu l-frażi �Cor ad cor loquitur�, għax, lil hemm minn kull djalettika, il-Mulej isalvana billi mill-Qalb Imqaddsa tiegħu jkellem lil qalbna. Din l-istess loġika wasslitu biex għalih, li kien ħassieb kbir, il-post tal-laqgħa l-aktar profonda miegħu nnifsu u mal-Mulej ma jkunx il-qari jew ir-riflessjoni, imma d-djalogu fit-talb, qalb ma� qalb, ma� Kristu ħaj u preżenti. Għalhekk Newman sab fl-Ewkaristija l-Qalb ta� Ġes� ħaj, li kapaċi teħles, tagħti sens lil kull mument u ssawwab fil-bniedem is-sliem veru: �O Qalb l-aktar qaddisa u maħbuba ta� Ġes�, int li tinsab moħbija fl-Ewkaristija mqaddsa, u hawn tħabbat dejjem għalina. [�] Jiena nadurak bl-imħabba kollha tiegħi u bil-qima kollha tiegħi, bl-affezzjoni mħeġġa tiegħi u bir-rieda tiegħi l-aktar ubbidjenti u soda. O Alla tiegħi, meta int tiġi għandi fit-tqarbin imqaddes u tgħammar fija, agħmel li l-qalb tiegħi tħabbat bl-istess taħbita ma� tiegħek. Saffiha minn dak kollu li hu kburi u senswali, li hu qalil u kiefer, minn kull ħażen, minn kull diżordni, minn kull bruda. Imlieha tant bik, li la l-ġrajjiet tal-ħajja ta� kuljum, u lanqas iċ-ċirkustanzi tal-ħajja ma jirnexxilhom iħawduha, u fil-biża� tiegħek u fl-imħabba tiegħek tista� ssib il-paċi�.[19]
27. Quddiem il-Qalb ta� Ġes� ħaj u preżenti, il-ħsieb tagħna, imdawwal mill-Ispirtu, jifhem il-kliem ta� Ġes�. Hekk ir-rieda tagħna tibda tagħmel xi ħaġa biex tpoġġih fil-prattika. Imma dan jista� jibqa� għamla ta� moraliżmu awtosuffiċjenti. Li nisimgħu u niggustaw lill-Mulej u nagħtuh ġieħ hu ħaġa tal-qalb. Il-qalb biss kapaċi tpoġġi lill-fakultajiet u l-passjonijiet l-oħra u l-persuna kollha tagħna f�atteġġjament ta� qima u ta� ubbidjenza kollha mħabba lill-Mulej.
Id-dinja tista� tinbidel jekk nibdew mill-qalb
28. Huwa biss jekk nibdew mill-qalb li l-komunitajiet tagħna jista� jirnexxilhom jgħaqqdu d-diversi intelliġenzi u ridiet u jippaċifikawhom, sa ma l-Ispirtu jmexxina bħal xibka ta� aħwa, għax anki l-paċifikazzjoni hi ħidma tal-qalb. Il-Qalb ta� Kristu hi estasi, hija ħruġ, hija don, hija laqgħa. Fiha nsiru tassew kapaċi nidħlu f�relazzjoni ma� xulxin b�mod san u hieni u nibnu f�din id-dinja s-Saltna tal-imħabba u tal-ġustizzja. Il-qalb tagħna marbuta ma� dik ta� Kristu tkun kapaċi tasal għal dan il-miraklu soċjali.
29. Meta nieħdu l-qalb bis-serjet�, dan għandu konsegwenzi soċjali. Kif jgħallem il-Konċilju Vatikan II, �jeħtieġ li aħna lkoll inbiddlu qalbna billi nżommu quddiem għajnejna d-dinja kollha u dawk ix-xogħlijiet kollha li aħna, ilkoll flimkien, nistgħu nagħmlu biex l-umanit� timxi �l quddiem lejn qagħda aħjar�.[20] Għax �il-ħafna nuqqas ta� ekwilibriju li jinsab fid-dinja tal-lum huwa magħqud ma� dak in-nuqqas ta� ekwilibriju iżjed fundamentali li għandu għeruqu fil-qalb tal-bniedem�.[21] Quddiem it-traġedji tad-dinja, il-Konċilju jistedinna nerġgħu lura għall-qalb, u jfisser li l-bniedem �b�dak li jġib ġo fih [�] jisboq il-kotra tal-ħolqien, jerġa� lura f�din l-interjorit� profonda tiegħu meta jerġa� jidħol fil-qalb tiegħu fejn ikun jistennieh Alla li jara x�hemm fil-qlub (ara 1 Sam 16:7; Ġer 17:10) u fejn jieħu d-deċiżjonijiet dwar id-destin personali tiegħu taħt il-ħarsa ta� Alla�.[22]
30. Dan ma jfissirx li għandna nafdaw wisq fina nfusna. Noqogħdu attenti: ejjew nintebħu li l-qalb tagħna mhix awtosuffiċjenti, hi dgħajfa u hi midruba. Għandha dinjit� ontoloġika, imma fl-istess waqt għandha tfittex ħajja iżjed dinjituża.[23] Jgħid mill-ġdid il-Konċilju Vatikan II li �l-ħmira tal-Evanġelju, imbagħad, qajmet u tqajjem fil-qalb tal-bniedem esiġenza, li ma tistax tinżamm, ta� dinjit��,[24] madankollu biex ngħixu skont din id-dinjit� mhux biżżejjed inkunu nafu l-Evanġelju u lanqas nagħmlu b�mod mekkaniku dak li hu jikkmanda. Għandna bżonn tal-għajnuna tal-imħabba divina. Immorru għand il-Qalb ta� Kristu, il-qalb ta� dak li hu, li hi forn imħeġġeġ ta� mħabba divina u umana u hi l-ogħla milja li l-bniedem jista� jilħaq. Huwa hemm, f�dik il-Qalb, li sa fl-aħħar nagħrfu lilna nfusna u nitgħallmu nħobbu.
31. Fl-aħħar nett, din il-Qalb Imqaddsa hija l-prinċipju li jgħaqqad ir-realt�, għax �Kristu huwa l-qalb tad-dinja; l-Għid tal-mewt u l-qawmien tiegħu huwa l-qalba tal-istorja, li grazzi għalih hija storja ta� salvazzjoni�.[25] Il-ħlejjaq kollha huma �miexja, flimkien magħna u permezz tagħna, lejn destinazzjoni komuni, li hu Alla, f�milja traxxendenti fejn Kristu Rxoxt iħaddan miegħu u jdawwal kollox�.[26] Quddiem il-Qalb ta� Kristu, nitlob lill-Mulej biex għal darb�oħra tiġih ħniena minn din l-art midruba, li hu ried jgħammar fiha bħala wieħed minna. Ħa jsawwab it-teżori tad-dawl u tal-imħabba tiegħu, biex id-dinja tagħna, li qed tipprova żżomm sħiħa qalb il-gwerer, l-iżbilanċi ekonomiċi, il-konsumiżmu u t-tħaddim anti-uman tat-teknoloġija, tista� tirkupra dak li hu l-iżjed importanti u meħieġ: il-qalb.
II.
ĠESTI U KLIEM TA� MĦABBA
32. Il-Qalb ta� Kristu, li tissimbolizza ċ-ċentru personali tiegħu li minnu tgelgel l-imħabba tiegħu għalina, hija l-qalba ħajja tal-ewwel tħabbira. Hemmhekk hemm mnejn bdiet il-fidi tagħna, l-għan li jżomm ħajja l-konvinzjonijiet Insara tagħna.
Ġesti li jirriflettu l-qalb
33. Il-mod kif Kristu jħobbna hu xi ħaġa li hu ma kellux għalfejn ifissrilna wisq. Urihulna fil-ġesti tiegħu. Meta nħarsu lejn kif iġib ruħu hu, nistgħu niskopru kif hu jittratta lil kull wieħed u waħda minna, anki jekk dan inbatu ftit biex nifhmuh. Ejjew mela mmorru nfittxu hemm fejn il-fidi tagħna tista� tagħrfu: fl-Evanġelju.
34. L-Evanġelju jgħid li Ġes� �ġie f�daru� niesu� (Ġw 1:11). Niesu huma aħna, għax hu ma jittrattaniex bħal xi ħaġa barranija. Iqisna ħaġa tiegħu, li hu jħarisha bl-għożża, bl-imħabba. Jittrattana bħala tiegħu. Mhux fis-sens li aħna lsiera tiegħu, dan hu stess jiċħdu: �Ma nsejħilkomx aktar qaddejja� (Ġw 15:15). Dak li hu jipproponi hu l-appartenenza reċiproka tal-ħbieb. Huwa ġie, għeleb id-distanzi kollha, ġie qrib tagħna bħall-ħwejjeġ l-aktar sempliċi u ta� kuljum ta� ħajjitna. Fil-fatt, hu għandu isem ieħor, li hu �Għimmanu-El� u jfisser �Alla magħna�, Alla qrib tal-ħajja tagħna, li jgħix f�nofsna. L-Iben ta� Alla inkarna u �xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta� lsir� (Fil 2:7).
35. Dan huwa ċar fl-aġir tiegħu. Hu dejjem ifittex, dejjem qrib, il-ħin kollu miftuħ għal-laqgħa. Nikkontemplawh meta jieqaf jitkellem mas-Samaritana ħdejn il-bir fejn hi kienet tmur biex ittella� l-ilma (ara Ġw 4:5-7). Narawh, f�nofs ta� lejl, jiltaqa� ma� Nikodemu, li kien jibża� jidher flimkien ma� Ġes� (ara Ġw 3:1-2). Nammirawh meta bla mistħija ta� xejn iħalli prostituta taħsillu riġlejh (ara Lq 7:36-50); meta lill-mara adultera, għajnejh f�tagħha, jgħidilha: �Lanqas jien ma nikkundannak� (ara Ġw 8:11); jew meta jaffronta l-indifferenza tad-dixxipli tiegħu u lill-agħma mixħut fit-triq jgħidlu bi mħabba: �Xi tridni nagħmillek?� (Mk 10:51). Kristu jurina li Alla hu qrubija, ħniena u ħlewwa.
36. Meta kien ifejjaq lil xi ħadd, kien jippreferi joqrob lejh: �Medd idu fuqu, messu� (Mt 8:3); �missilha idha� (Mt 8:15); �messilhom għajnejhom� (Mt 9:29). U jieqaf saħansitra jfejjaq il-morda bl-istess riq tal-bżieq tiegħu (ara Mk 7:33), bħal omm, biex ma jħossuhx barrani għall-ħajja tagħhom. Għax �il-Mulej jaf dik ix-xjenza sabiħa taż-żegħil. Il-ħlewwa ta� Alla: ma jħobbniex bit-tpaċpiċ, imma joqrob lejna u hekk jagħtina l-imħabba tiegħu bil-ħlewwa kollha possibbli�.[27]
37. Billi għalina diffiċli nafdaw lil xulxin, għax sfajna midruba minn tant qerq, vjolenza u delużjonijiet, hu jpespsilna f�widnejna: �Agħmel il-qalb, ibni� (Mt 9:2); �Agħmel il-qalb, binti� (Mt 9:22). Irridu negħlbu l-biża� u nintebħu li miegħu ma għandna xejn x�nitilfu. Lil Pietru, li sabha iebsa jafda, �Ġes� medd idu u qabdu: �[�] Għaliex iddubitajt?�� (Mt 14:31). La tibżax. Ħallih jiġi qrib tiegħek, ħallih ipoġġi bilqiegħda ħdejk. Nistgħu niddubitaw minn ħafna persuni, imma mhux minnu. U la tiqafx minħabba fi dnubietek. Ftakar li ħafna midinbin �qagħdu madwar il-mejda ma� Ġes�� (Mt 9:10) u hu ma skandalizza ruħu b�ħadd minnhom. Il-kbarat tar-reliġjon kienu jgemgmu u kienu jittrattawh bħal wieħed �wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin� (Mt 11:19). Meta l-Fariżej kienu jikkritikaw din il-qrubija tiegħu lejn il-persuini meqjusa ta� kundizzjoni baxxa jew nisa tat-triq, Ġes� kien jgħidilhom: �Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju� (Mt 9:13).
38. Dak l-istess Ġes� llum qed jistenna li int tagħtih il-possibbilt� li jdawwallek ħajtek, li jerfgħek, li jimliek bil-qawwa tiegħu. Fil-fatt, qabel ma miet, hu qal lid-dixxipli tiegħu: �Ma nħallikomx iltiema. Nerġa� niġi għandkom. Ftit ieħor, u d-dinja ma taranix aktar. Iżda intom għad tarawni� (Ġw 14:18-19). Hu dejjem se jsib mod kif juri ruħu fil-ħajja tiegħek, biex int tista� tiltaqa� miegħu.
Il-ħarsa
39. L-Evanġelju jirrakkonta kif wieħed għani ġie għandu, mimli b�ideali imma bla saħħa biex jibdel ħajtu. Hawn �Ġes� xeħet fuqu ħarsa ta� mħabba� (Mk 10:21). Jirnexxilek tistħajlu dak il-mument, dik il-laqgħa bejn l-għajnejn ta� dan ir-raġel u l-ħarsa ta� Ġes�? Jekk isejjaħlek, jekk jistiednek għal missjoni, l-ewwel hu jħares lejk, jgħarbel il-ġewwieni tiegħek, jara u jagħraf dak kollu li hemm fik, jixħet ħarstu fuqek: �Huwa u jdur ma� xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ żewġt aħwa [�]. Wara li mexa minn hemm ra żewġt aħwa oħra� (Mt 4:18,21).
40. Ħafna testi tal-Evanġelju juruna Ġes� li jagħti l-attenzjoni kollha tiegħu lill-persuni, lit-tħassib tagħhom, lit-tbatijiet tagħhom. Ngħidu aħna: �Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa� (Mt 9:36). Meta f�għajnejna jidher li kulħadd qed jinjorana, li ħadd ma interessa ruħu f�dak li għaddejjin minnu, li m�aħniex importanti għal ħadd, huwa attent għalina. Dan hu dak li nnota lil Natanjel, waħdu u ħosbien: �Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu� (Ġw 1:48).
41. Proprju għaliex hu attent għalina, hu jista� jagħraf kull intenzjoni tajba li għandek, kull azzjoni ċkejkna tajba li tagħmel. L-Evanġelju jirrakkonta li �ra wkoll waħda armla fqira titfa� biċċtejn żgħar tal-flus [fit-teżor tat-Tempju]� (Lq 21:2) u minnufih ġibed fuqha l-attenzjoni tal-Appostli tiegħu. Ġes� huwa attent b�mod li jammira l-ħwejjeġ tajba li jagħraf fina. Meta ċ-ċenturjun talbu b�fiduċja sħiħa, �Ġes� baqa� mistagħġeb meta sama� dan� (Mt 8:10). Kemm hu sabiħ meta nafu li mqar jekk l-oħrajn jinjoraw l-intenzjonijiet tajba tagħna jew il-ħwejjeġ pożittivi li stajna għamilna, dawn lil Ġes� ma jaħarbulux, anzi jammirahom.
42. Hu, bħala bniedem, kien tgħallem dan mingħand Marija, ommu. Hi, li kienet tikkontempla kollox b�tant għożża u �tgħożż f�qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha� (Lq 2:19,51), sa minn ċkunitu, flimkien ma� San Ġużepp, għallmitu jagħti kas.
Il-kelmiet
43. Imqar jekk fl-Iskrittura għandna l-Kelma tiegħu dejjem ħajja u attwali, xi drabi Ġes� jkellimna ġewwa fina u jsejħilna biex jeħodna fl-aħjar post. U l-aħjar post huwa dak tal-Qalb tiegħu. Isejħilna biex idaħħalna hemm fejn nistgħu nerġgħu niksbu saħħitna u l-paċi: �Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom� (Mt 11:28). Għalhekk hu talab lid-dixxipli tiegħu: �Ibqgħu fija� (Ġw 15:4).
44. Il-kelmiet li Ġes� kien jgħid kienu juru li l-qdusija tiegħu ma kinitx ixxejjen is-sentimenti. F�xi okkażjonijiet kienu juru mħabba kollha passjoni, li tbati għalina, titqanqal, tilmenta, u tasal sal-punt tad-dmugħ. Huwa ċar li ma kinux iħalluh indifferenti l-preokkupazzjonijiet u l-ansjet� komuni tan-nies, bħall-għeja u l-ġuħ. �Nitħassarhom lil dawn in-nies; [�] ma għandhom xejn x�jieklu. [�] Żgur iħosshom ħażin fit-triq, għax xi wħud minnhom ġew mill-bogħod� (Mk 8:2-3).
45. L-Evanġelju ma jaħbix is-sentimenti ta� Ġes� għal Ġerusalemm, il-belt il-maħbuba: �Wasal qrib il-belt u, kif raha, beda jibkiha� (Lq 19:41) u esprima l-ikbar xewqa tiegħu: �Mhux li għaraft imqar int ukoll f�dan il-jum x�inhu ta� ġid għalik!� (19:42). L-evanġelisti, imqar jekk xi drabi juruh qawwi jew glorjuż, ma jonqsux li juru s-sentimenti tiegħu quddiem il-mewt u n-niket ta� ħbiebu. Qabel ma jirrakkonta li quddiem il-qabar ta� Lazzru �Ġes� beka� (Ġw 11:35), l-Evanġelju jieqaf biex jgħid li �Ġes� kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lazzru� (Ġw 11:5) u li, meta ra lil Marija u dawk li kienu magħha jibku, �ħass ruħu mqanqal u tħawwad ħafna� (Ġw 11:33). Ir-rakkont ma jħallilniex dubji dwar il-fatt li dan kien biki sinċier, ħiereġ minn tqanqil ġewwieni. Fl-aħħar, lanqas ried jaħbi d-diqa li ħass Ġes� quddiem il-mewt vjolenti b�idejn dawk li hu tant kien iħobb: �Bdew jaħkmuh il-biża� u d-dwejjaq� (Mk 14:33), sa ma jgħid: �Inħossni mnikket għall-mewt� (Mk 14:34). Dan it-taħwid ġewwieni jesprimi ruħu bil-qawwa kollha tiegħu fil-karba tal-Imsallab: �Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?� (Mk 15:34).
46. Dan kollu, b�ħarsa fuq fuq, jista� jidher sempliċiment romantiċiżmu reliġjuż. Madankollu, huwa l-aktar ħaġa serja u deċiżiva. Isib l-ogħla espressjoni tiegħu fi Kristu msammar ma� salib. Hija l-kelma ta� mħabba l-aktar għolja. Mhix xi qoxra vojta, mhix sempliċi sentiment, mhix xi ħarba spiritwali. Hi mħabba. Għalhekk San Pawl, meta ried ifittex l-aħjar kliem biex ifisser ir-relazzjoni tiegħu ma� Kristu, qal: �Ħabbni u ta lilu nnifsu għalija� (Gal 2:20). Din kienet l-ikbar konvinzjoni tiegħu: li jaf li hu maħbub. L-għotja ta� Kristu fuq is-salib rebħitu għalih, imma kellha sens biss għax kien hemm xi ħaġa ikbar minn dik l-għotja: �Ħabbni�. Waqt li ħafna persuni fittxew is-salvazzjoni, il-ġid u s-sigurt� f�diversi proposti reliġjużi, Pawlu, imqanqal mill-Ispirtu li mess lil qalbu, għaraf iħares lil hemm u jistagħġeb bl-ikbar u l-aktar ħaġa fundamentali: �Ħabbni�.
47. Wara li kkontemplajna lil Kristu, u rajna dak li l-ġesti u l-kelmiet tiegħu jħalluna naraw mill-Qalb tiegħu, ejjew issa niftakru kif il-Knisja tirrifletti fuq il-misteru qaddis tal-Qalb tal-Mulej.
III.
DIN HIJA L-QALB LI TANT ĦABBET
48. Id-devozzjoni lejn il-Qalb ta� Kristu mhijiex il-kult ta� organu separat mill-Persuna ta� Ġes�. Dak li nikkontemplaw u naduraw huwa Ġes� Kristu sħiħ, l-Iben ta� Alla magħmul bniedem, irrappreżentat fi xbieha tiegħu fejn tidher il-qalb tiegħu. F�dan il-każ il-qalb tal-laħam tittieħed bħala xbieha u sinjal ipprivileġġjat tal-qalba l-aktar ġewwenija tal-Iben inkarnat u tal-imħabba tiegħu divina u umana, għax aktar minn kull membru ieħor tal-ġisem tiegħu hi �l-werrej naturali, jew aħjar is-simbolu tal-imħabba bla tarf tiegħu�.[28]
L-adorazzjoni ta� Kristu
49. Ma nistgħux ma nenfasizzawx li r-relazzjoni tagħna mal-Persuna ta� Kristu, fil-ħbiberija u fl-adorazzjoni, isseħħ għax ninġibdu mill-imħabba rrappreżentata fix-xbieha tal-Qalb tiegħu. Inqimu din ix-xbieha li tirrappreżentaha, imma l-adorazzjoni nagħtuha biss lil Kristu ħaj, fid-divinit� tiegħu u fl-umanit� sħiħa tiegħu, biex inħallu l-imħabba umana u divina tiegħu tħaddanna magħha.
50. Lil hemm mix-xbieha użata, hija ħaġa żgura li l-Qalb ħajja ta� Kristu � u qatt xi xbieha � hi l-oġġett ta� adorazzjoni, għax hi parti mill-ġisem imqaddes u rxuxtat tiegħu, li ma jinfiridx mill-Iben ta� Alla li għamlu tiegħu darba għal dejjem. Hi meqjuma bħala �Qalb tal-Persuna tal-Verb, li magħha hi magħquda b�mod li jinfiridx�.[29] Ma nadurawhiex għaliha waħidha, imma għax b�din il-Qalb hu l-istess Iben inkarnat li jgħix, iħobb u jirċievi l-imħabba tagħna. Għalhekk, kull att ta� mħabba jew adorazzjoni tal-Qalb tiegħu fir-realt� hu �verament u realment magħmul lil Kristu nnifsu�,[30] għax din il-figura minnufih tibgħatna għandu u hi �simbolu u xbieha espressiva tal-imħabba bla tarf ta� Ġes� Kristu�.[31]
51. Għal din ir-raġuni ħadd ma għandu jaħseb li din id-devozzjoni tista� tifridna jew taljenana minn Ġes� Kristu u mill-imħabba tiegħu. B�mod spontanju u dirett tindirizzana lejh u lejh biss, hu li jsejħilna għal ħbiberija prezzjuża magħmula minn djalogu, imħabba, fiduċja, adorazzjoni. Dan Kristu tal-qalb minfuda u mkebbsa huwa l-istess wieħed li twieled f�Betlehem għall-imħabba tagħna; huwa dak li mexa fil-Galilija jfejjaq, iżiegħel, isawwab il-ħniena; huwa dak li ħabbna għall-aħħar sa ma fetaħ dirgħajh beraħ fuq is-salib. Fl-aħħar nett, huwa l-istess wieħed li qam mill-mewt u jgħammar glorjuż f�nofsna.
Il-qima tax-xbieha tiegħu
52. Ta� min jinnota li x-xbieha ta� Kristu bil-qalb tiegħu, għalkemm bl-ebda mod ma hi oġġett ta� adorazzjoni, mhix waħda qalb il-ħafna li nistgħu nagħżlu. Mhix xi ħaġa vvintata fuq skrivanija jew imħażża minn xi artista, �mhijiex simbolu mistħajjel, imma hija simbolu reali, li jirrappreżenta ċ-ċentru, l-għajn li minnha ħarġet is-salvazzjoni għall-umanit� kollha�.[32]
53. Hemm esperjenza umana universali li tagħmel minn din ix-xbieha waħda unika. Fil-fatt, ma hemmx dubju li matul l-istorja u f�diversi rkejjen tad-dinja l-qalb saret simbolu tal-intimit� l-aktar personali u anki tal-affezzjoni, tal-emozzjonijiet, tal-ħila li wieħed iħobb. Lil hemm minn kull spjegazzjoni xjentifika, id imqiegħda fuq il-qalb ta� ħabib tesprimi affezzjoni speċjali; meta xi ħadd jinnamra u joqgħod qrib tal-persuna li jħobb, il-qalb tibda tħabbat b�iktar ħeffa; meta xi ħadd iħossu abbandunat jew ittradut minn persuna għażiża, iħoss bħal għafsa kbira fuq qalbu. Mill-bqija, biex nesprimu li xi ħaġa hi sinċiera, li ġejja tassew mill-qalb tal-persuna, ngħidu: �Qed ngħidhielek minn qalbi�. Il-lingwaġġ poetiku ma jistax jinjora l-qawwa ta� dawn l-esperjenzi. Għalhekk hi ħaġa inevitabbli li matul l-istorja l-qalb kisbet kapaċit� simbolika unika, u mhux waħda sempliċiment konvenzjonali.
54. Għalhekk hawn nifhmu għaliex il-Knisja għażlet ix-xbieha tal-qalb biex tirrappreżenta l-imħabba umana u divina ta� Ġes� Kristu u l-qalba l-aktar ġewwenija tal-Persuna tiegħu. Madankollu, imqar jekk ix-xbieha ta� qalb bil-fjammi tan-nar ħerġin minnha tista� tkun simbolu elokwenti li jfakkarna fl-imħabba ta� Ġes�, hemm bżonn li din il-qalb tkun tagħmel parti minn xbieha ta� Ġes� Kristu. Hekk tkun aktar sinifikattiva s-sejħa tiegħu għal relazzjoni personali, ta� laqgħa u ta� djalogu.[33] Dik ix-xbieha meqjuma ta� Kristu, fejn tispikka l-qalb kollha mħabba, għandha fl-istess waqt ħarsa li ssejjaħ għal-laqgħa, għad-djalogu, għall-fiduċja; għandha dirgħajn b�saħħithom li kapaċi jweżnuna; għandha fomm li jlissnilna l-kelma b�mod uniku u personali ħafna.
55. Il-qalb għandha l-preġju li nħarsu lejha mhux bħala organu separat, imma bħala ċentru intimu li jgħaqqad kollox flimkien u, fl-istess waqt, bħala espressjoni tat-totalit� tal-persuna, ħaġa li ma għandhomx organi oħra tal-ġisem uman. Jekk hija l-qalba ġewwenija tal-persuna sħiħa, u allura parti li tirrappreżenta l-kollox, faċilment nistgħu niżnaturawha jekk nikkontemplawha separatament mill-figura tal-Mulej. Ix-xbieha tal-qalb għandha ddaħħalna f�relazzjoni mat-totalit� ta� Ġes� Kristu fil-qalba tiegħu li tiġbor kollox fiha u, fl-istess waqt, minn dik il-qalba li tgħaqqad, għandha torjentana biex nikkontemplaw lil Kristu fil-ġmiel u l-għana kollu tal-umanit� u tad-divinit� tiegħu.
56. Dan imur lil hemm mill-attrazzjoni li jista� jkollhom id-diversi xbihat li jinħadmu tal-Qalb ta� Kristu, għax, quddiem ix-xbihat ta� Kristu, ma �għandniex nitolbuhom xi ħaġa�, lanqas �inqiegħdu l-fiduċja tagħna fix-xbihat, kif kienu jagħmlu l-pagani fiż-żminijiet tal-qedem�, imma �permezz tax-xbihat li nbusu u li quddiemhom nikxfu rasna u nbaxxuha, aħna naduraw lil Kristu�.[34]
57. Barra minn hekk, xi wħud minn dawn ix-xbihat f�għajnejna jistgħu jidhru ftit li xejn attraenti u ma jqanqluniex daqshekk għall-imħabba u għat-talb. Din hi ħaġa sekondarja, għax ix-xbieha hi biss figura li tħeġġiġna u, kif jgħidu l-Orjentali, ma rridux nieqfu fuq is-suba� li qed juri l-qamar. Filwaqt li l-Ewkaristija hi preżenza reali li għandna nadurawha, f�dan il-każ għandna biss xbieha li, imqar jekk hi mbierka, tistedinna biex immorru lil hemm, torjentana biex nerfgħu qalbna lejn dik ta� Kristu ħaj u biex norbtuha miegħu. Ix-xbieha meqjuma tistieden, tindika, temozzjona, biex nistgħu niddedikaw ħin għal-laqgħa ma� Kristu u għall-adorazzjoni tiegħu, kif jidhrilna l-aħjar li nistħajluh. B�dan il-mod, aħna u nħarsu lejn ix-xbieha, noqogħdu quddiem Kristu, u quddiemu �l-imħabba tinġabar, tikkontempla l-misteru u dduqu fis-skiet�.[35]
58. Minkejja dan, ma rridux ninsew li x-xbieha tal-qalb tkellimna fuq laħam tal-ġisem uman, fuq art, u allura tkellimna wkoll fuq Alla li ried jidħol fil-kundizzjoni storika tagħna, isir parti mill-istorja u jaqsam fil-mixja tagħna fuq din l-art. Mod ta� devozzjoni iktar astratt jew stilizzat mhux neċessarjament ikun iktar fidil lejn l-Evanġelju, għax f�dan is-sinjal sensibbli u aċċessibbli jidher il-mod li bih Alla ried juri lilu nnifsu u jkun qrib tagħna
Imħabba sensibbli
59. Imħabba u qalb mhumiex neċessarjament magħqudin, għax f�qalb ta� bniedem jistgħu jsaltnu l-mibegħda, l-indifferenza, l-egoiżmu. Imma ma nistgħux nilħqu l-umanit� sħiħa tagħna jekk ma noħorġux minna nfusna, u ma nistgħux insiru għalkollox dak li aħna jekk ma nħobbux. Għalhekk il-qalba ġewwenija tal-persuna tagħna, maħluqa għall-imħabba, tista� biss twettaq il-pjan ta� Alla jekk tħobb. Hekk, is-simbolu tal-qalb jissimbolizza fl-istess waqt l-imħabba.
60. L-Iben etern ta� Alla, li jittraxxendini mingħajr limiti, ried iħobbni anki b�qalb umana. Is-sentimenti umani tiegħu jsiru sagrament ta� mħabba infinita u defenittiva. Il-qalb tiegħu allura mhix simbolu fiżiku li jesprimi biss realt� spiritwali jew mifruda mill-materja. Il-ħarsa tagħna lejn il-Qalb tal-Mulej tikkontempla realt� fiżika, il-ġisem uman tiegħu, u din tagħmilha possibbli li Kristu jkollu emozzjonijiet u sentimenti umani, bħalna, imqar jekk ittrasformati għalkollox mill-imħabba divina tiegħu. Id-devozzjoni għandha tilħaq l-imħabba bla qies tal-persuna tal-Iben ta� Alla, imma rridu ngħidu li din ma tistax tinfired mill-imħabba umana tiegħu, u għal dan il-għan tgħinna x-xbieha tal-qalb tiegħu tal-laħam.
61. Jekk sal-lum fis-sentiment popolari l-qalb għadna nħarsu lejha bħala ċ-ċentru affettiv ta� kull bniedem, hija dik li l-aħjar tista� tfisser l-imħabba divina ta� Kristu magħquda għal dejjem u b�mod li ma jinfiridx mal-imħabba tiegħu integralment umana. Diġ� Piju XII kien fakkar li l-Kelma ta� Alla, fejn tfisser �l-imħabba tal-Qalb ta� Ġes� Kristu, ma tifhimx biss l-imħabba divina, imma titwessa� għas-sentimenti tal-affezzjoni umana. [�] Għalhekk il-Qalb ta� Ġes� Kristu, magħquda ipostatikament mal-Persuna divina tal-Verb, kellha bla dubju ta� xejn tħabbat bl-imħabba u b�kull affezzjoni oħra sensibbli�.[36]
62. Fil-Missirijiet tal-Knisja, quddiem xi wħud li kienu jiċħdu jew jirrelativizzaw il-vera umanit� ta� Kristu, insibu stqarrija qawwija tar-realt� konkreta u tanġibbli tal-affezzjonijiet umani tal-Mulej. Hekk, San Bażilju jisħaq li l-inkarnazzjoni tal-Mulej mhix xi ħaġa tal-fantasija, imma li �l-Mulej kellu l-affezzjonijiet naturali tiegħu�.[37] San Ġwann Kriżostmu jipproponi eżempju: �Li kieku ma kellux in-natura tagħna, ma kienx iduq iżjed minn darba n-niket�.[38] Sant�Ambroġ jafferma: �Ladarba ħa r-ruħ tagħna, ħa wkoll il-passjonijiet tar-ruħ�.[39] U Santu Wistin jippreżenta l-affezzjonijiet umani bħala realt� li, ladarba Kristu ħadha fuqu, ma għadhiex iżjed barranija għall-ħajja tal-grazzja: �Il-Mulej Ġes� ħa fuqu dawn il-konsegwenzi kollha proprji għad-dgħufija umana (kif ħa wkoll il-mewt tal-ġisem), u dan mhux minħabba xi ħtieġa imposta fuqu, imma minħabba r-rieda tal-ħniena tiegħu. [�] Hekk, jekk xi ħadd kellu jiġrilu li jitnikket u li jbati qalb it-tentazzjonijiet umani, allura, ma kellux iqis ruħu abbandunat mill-grazzja ta� Kristu�.[40] Fl-aħħar nett, San Ġwann Damaxxenu jżomm li din l-esperjenza reali affettiva ta� Kristu fl-umanit� tiegħu hija l-prova li hu ħa fuqu n-natura tagħna b�mod sħiħ u mhux f�biċċa, biex jifdiha u jittrasformaha kollha kemm hi. Kristu allura għamel tiegħu l-elementi kollha li jsawru n-natura umana, biex kollha jiġu mqaddsin.[41]
63. Ta� min hawn jerġa� jaqbad ir-riflessjoni ta� teologu, li jirrikonoxxi li, �taħt l-influwenza tal-ħsieb Grieg, it-teoloġija għal ħafna żmien xeħtet il-ġisem u s-sentimenti fid-dinja tal-pre-uman, tal-infra-uman jew tat-tentazzjoni tal-veru uman, imma dak li t-teoloġija ma solvietx fit-teorija, solvietu l-ispiritwalit� fil-prattika. Hi u r-reliġjożit� popolari żammew ħajja r-rabta mal-aspetti somatiċi, psikoloġiċi u storiċi ta� Ġes�. Il-Via Crucis, id-devozzjoni lejn il-pjagi tiegħu, l-ispiritwalit� tad-demm prezzjuż, id-devozzjoni lejn il-qalb ta� Ġes�, il-prattiċi Ewkaristiċi [�]. Dan kollu mela l-vojt tat-teoloġija u tema� l-immaġinazzjoni u l-qalb, l-imħabba u s-sens ta� ħlewwa għal Kristu, it-tama u l-memorja, ix-xewqa u n-nostalġija. Ir-raġuni u l-loġika qabdu toroq oħra�.[42]
Imħabba triplika
64. Lanqas ma nieqfu fuq is-sentimenti umani tiegħu, huma kemm huma sbieħ u kommoventi, għax meta nikkontemplaw il-Qalb ta� Kristu nagħrfu kif fis-sentimenti nobbli u sani tiegħu, fil-ħlewwa tiegħu, fit-tqanqil tal-imħabba umana tiegħu, tidher il-verit� kollha tal-imħabba divina u bla tarf tiegħu. Hekk esprimieha Benedittu XVI: �Mix-xefaq infinit tal-imħabba tiegħu, Alla ried jidħol fil-limitazzjonijiet tal-istorja u tal-qagħda umana, ħa ġisem u qalb; hekk li aħna nistgħu nikkontemplaw u niltaqgħu mal-infinit fil-finit, mal-Misteru inviżibbli u ineffabbli fil-Qalb umana ta� Ġes�, in-Nazzarenu�.[43]
65. Fir-realt�, hemm imħabba triplika li tinsab u ssaħħarna fix-xbieha tal-Qalb tal-Mulej. Qabelxejn, l-imħabba divina infinita li nsibu fi Kristu. Imma ejjew naħsbu wkoll fid-dimensjoni spiritwali tal-umanit� tal-Mulej. Minn din il-perspettiva, il-qalb �hija s-simbolu ta� dik l-imħabba tassew tħeġġeġ, li, imsawba fir-ruħ tiegħu, tikkostitwixxi d-don prezzjuż tar-rieda umana tiegħu�. Fl-aħħar nett, �hija s-simbolu tal-imħabba sensibbli tiegħu�.[44]
66. Dawn it-tliet imħabbiet mhumiex ħiliet mifruda minn xulxin, li jiffunzjonaw b�mod parallel jew maħlul minn xulxin, imma jaġixxu u jesprimu ruħhom flimkien u f�nixxiegħa kontinwa ta� ħajja: �Fil-fatt, fid-dawl tal-fidi, li biha nemmnu li fil-Persuna ta� Kristu hemm l-għaqda bejn in-natura umana u dik divina, il-ħsieb tagħna jikseb il-ħila li jikkonċepixxi r-rabtiet l-aktar stretti li jeżistu bejn l-imħabba sensibbli tal-qalb fiżika ta� Ġes� u l-imħabba spiritwali doppja tiegħu, l-umana u d-divina�.[45]
67. Għalhekk, meta nidħlu fil-Qalb ta� Kristu, inħossuna maħbuba minn qalb umana, mimlija affezzjonijiet u sentimenti bħal tagħna. Ir-rieda umana tiegħu trid tħobbna b�mod ħieles, u din ir-rieda spiritwali hi mdawla b�mod sħiħ mill-grazzja u mill-imħabba. Meta nilħqu l-ġewwieni ta� dik il-Qalb, niġu mfawra bil-glorja bla tarf tal-imħabba bla tarf tiegħu ta� Iben etern, li ma nistgħux nifirdu iżjed mill-imħabba tiegħu ta� bniedem. Huwa proprju fl-imħabba tiegħu ta� bniedem, u mhux jekk nitbiegħdu minnha, li nsibu l-imħabba divina tiegħu: insibu �dak li ma jintemm qatt f�dak li jintemm�.[46]
68. Huwa tagħlim kontinwu u defenittiv tal-Knisja li l-adorazzjoni tagħna lill-Persuna tiegħu hija unika u tħaddan b�mod inseparabbli kemm in-natura divina tiegħu u kemm in-natura umana. Sa mill-qedem il-Knisja tgħallimna li rridu �naduraw Kristu wieħed u l-istess, Bin Alla u Bin il-bniedem, f�żewġ naturi li ma jinfirdux minn xulxin u mhumiex maqsuma�.[47] U dan �b�adorazzjoni waħda [�], għax il-Verb sar bniedem�.[48] B�ebda mod Kristu ma hu �meqjum fiż-żewġ naturi, li minnhom jiġu żewġ adorazzjonijiet�, imma �l-Verb ta� Alla inkarnat bil-ġisem tiegħu hu meqjum b�adorazzjoni waħda�.[49]
69. San Ġwann tas-Salib ried jesprimi li fl-esperjenza mistika l-imħabba bla qies ta� Kristu Rxoxt ma ħassithiex barranija għall-ħajja tagħna. L-Infinit b�xi mod jitbaxxa biex permezz tal-Qalb miftuħa ta� Kristu nistgħu ngħixu laqgħa ta� mħabba tassew reċiproka: �Fil-fatt hu possibbli li għasfur li jtir fil-baxx jaqbad ajkla vera li ttir fil-għoli, jekk din, xewqana li tiġi maqbuda, tinżel ittir fil-baxx�.[50] U jfisser li �meta jilmaħ lill-għarusa midruba minn imħabbtu u jisma� l-krib tagħha, hu jisfa midrub minn imħabbitha ladarba bejn in-namrati l-ġerħa ta� wieħed hi ġerħa tal-ieħor u s-sentiment li għandhom huwa wieħed�.[51] Dan il-mistiku qed jifhem il-figura tal-kustat miġruħ ta� Kristu bħala sejħa għall-għaqda sħiħa mal-Mulej. Huwa l-għażżiela midruba, miġruħa meta għadna ma ħallejniex l-imħabba tiegħu tmissna, li jinżel fejn in-nixxigħat tal-ilma biex jaqta� l-għatx u jsib il-wens kull darba li nduru lejh:
�Erġa� lura, o ħamiema.
L-għażżiela midruba
tfaċċat fuq l-għolja,
ħasset iż-żiffa tat-tajran frisk tiegħek�.[52]
Perspettivi Trinitarji
70. Id-devozzjoni lejn il-Qalb ta� Ġes� hi tabilħaqq Kristoloġika; hija kontemplazzjoni diretta ta� Kristu li jistedinna għall-għaqda miegħu. Dan hu leġittimu jekk inżommu quddiem għajnejna dak li titlob l-Ittra lil-Lhud: niġru l-ġirja tagħna b��għajnejna merfugħa lejn Ġes�� (12:2). Madankollu, ma nistgħux ninjoraw li, fl-istess waqt, Ġes� jippreżenta ruħu bħala t-triq biex naslu għand il-Missier: �Jiena hu t-Triq [�]. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi� (Ġw 14:6). Hu jrid iwassalna għand il-Missier. Għalhekk il-predikazzjoni tal-Knisja, sa mill-bidu, ma tridniex nieqfu ma� Ġes� Kristu, imma twassalna għand il-Missier. Huwa hu li fl-aħħar mill-aħħar, bħala għajn u milja, għandu jiġi gglorifikat.[53]
71. Ħa nieqfu, ngħidu aħna, fuq l-Ittra lill-Efesin, fejn nistgħu naraw b�qawwa u ċarezza kif l-adorazzjoni tagħna għandha ssir lill-Missier: �Jiena ninżel għarkupptejja quddiem il-Missier� (Efes 3:14). �Alla wieħed u Missier ta� kulħadd, li hu fuq kulħadd, b�kulħadd u f�kulħadd� (Efes 4:6). �Roddu dejjem ħajr għal kollox lil Alla u l-Missier� (Efes 5:20). Il-Missier hu Dak li għalih aħna ddestinati (ara 1 Kor 8:6). Għal din ir-raġuni, San Ġwanni Pawlu II qal li �l-ħajja Nisranija kollha hi bħal pellegrinaġġ kbir lejn id-dar tal-Missier�.[54] Hu dak li ħass Sant�Injazju ta� Antjokja fi triqtu lejn il-martirju: �Hemm ilma ħaj li bla heda jgħidli: �Ejja għand il-Missier!��.[55]
72. Huwa qabelxejn il-Missier ta� Ġes� Kristu: �Imbierek Alla, Missier Sidna Ġes� Kristu� (Efes 1:3). Hu �Alla ta� Sidna Ġes� Kristu, il-Missier tal-glorja� (Efes 1:17). Meta l-Iben sar bniedem, ix-xewqat u l-aspirazzjonijiet kollha tal-qalb umana tiegħu kienu indirizzati lejn il-Missier. Jekk naraw kif Kristu kien jirriferi għall-Missier, nistgħu nifhmu dan is-seħer tal-qalb umana tiegħu, dan l-orjentament perfett u kostanti lejn il-Missier.[56] L-istorja tiegħu fuq din l-art tagħna kienet mixja li fiha ħass fil-qalb umana tiegħu sejħa bla waqfien biex imur għand il-Missier.[57]
73. Aħna nafu li l-kelma Aramajka li biha hu kien isejjaħ lill-Missier kienet �Abb��, li tfisser �pa�. Fi żmienu xi wħud din il-familjarit� kienet tagħtihom fastidju (ara Ġw 5:18). Hi l-espressjoni li Ġes� uża biex jikkomunika mal-Missier meta nħakem mid-diqa tal-mewt: �Abb� (pa)! Kollox jista� jkun għalik: biegħed minni dan il-kalċi! Imma mhux dak li rrid jien, imma dak li trid int� (Mk 14:36). Hu dejjem għaraf li hu kien maħbub mill-Missier: �Int ħabbejtni sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja� (Ġw 17:24). U Ġes�, fil-qalb umana tiegħu, imtela bil-ferħ xħin sema� lill-Missier jgħidlu: �Int Ibni, il-maħbub: fik sibt l-għaxqa tiegħi� (Mk 1:11).
74. Ir-raba� Evanġelju jgħid li l-Iben etern tal-Missier hu sa minn dejjem �fi ħdan il-Missier� (Ġw 1:18).[58] Sant�Irinew jistqarr li �l-Iben ta� Alla kien sa minn dejjem għand il-Missier�.[59] U Oriġene jisħaq li l-Iben jippersevera �fil-kontemplazzjoni bla heda tal-abbiss patern�.[60] Għalhekk, meta l-Iben sar bniedem, kien iqatta� ljieli sħaħ jikkomunika ma� Missieru l-maħbub, fuq il-quċċata tal-muntanja (ara Lq 6:12). Kien jgħid: �Għandi nagħmel dak li hu ta� Missieri� (Lq 2:49). Ejjew naraw x�kienu l-espressjonijiet tiegħu ta� tifħir: �Ġes� mtela bil-ferħ fl-Ispirtu s-Santu u qal: �Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art�� (Lq 10:21). U l-aħħar kelmiet tiegħu, kollha fiduċja, kienu: �Missier, f�idejk nerħi ruħi� (Lq 23:46).
75. Indawru ħarsitna issa fuq l-Ispirtu s-Santu, li jimla l-Qalb ta� Kristu u jħeġġeġ fih. Għax, kif qal San Ġwanni Pawlu II, il-Qalb ta� Kristu hija �l-kapolavur tal-Ispirtu s-Santu�.[61] Mhijiex biss xi ħaġa tal-passat, għax �fil-Qalb ta� Kristu hi ħajja l-azzjoni tal-Ispirtu s-Santu, li lilu Ġes� attribwixxa t-tnebbiħ tal-missjoni tiegħu (ara Lq 4:18; Iż 61:1) u li fl-Aħħar Ċena kien wiegħed li jibagħtu. Huwa l-Ispirtu li jgħinna nilqgħu l-għana tas-sinjal tal-kustat minfud ta� Kristu, li minnu ħarġet il-Knisja (ara Kostituzzjoni Sacrosanctum Concilium, 5)�.[62] Bla dubju ta� xejn, �huwa biss l-Ispirtu s-Santu li jista� jiftaħ quddiemna din is-sħuħija tal-�bniedem ta� ġewwa�, li tinsab fil-Qalb ta� Kristu. Hu biss jista� jagħmel li minn din is-sħuħija jiksbu l-qawwa tagħhom, ftit ftit, anki l-qlub tagħna�.[63]
76. Jekk infittxu li nidħlu fil-misteru tal-azzjoni tal-Ispirtu, naraw li hu jokrob fina u jlissen �Abb��: �Li intom ulied jurih il-fatt li Alla bagħat fi qlubna l-Ispirtu ta� Ibnu, jgħajjat: �Abb�! Missier!�� (Gal 4:6). Fil-fatt, �l-Ispirtu nnifsu, flimkien mal-ispirtu tagħna, jixhed li aħna wlied Alla� (Rum 8:16). L-azzjoni tal-Ispirtu s-Santu fil-qalb umana ta� Kristu kienet tqanqal bla waqfien din il-ġibda lejn il-Missier. U meta bi grazzja hi torbotna mas-sentimenti ta� Kristu, u tagħtina sehem fir-relazzjoni tal-Iben mal-Missier, huwa �l-Ispirtu li jagħmilna wlied adottivi, li permezz tiegħu ngħajtu: �Abb�! Missier!�� (Rum 8:15).
77. Għalhekk ir-relazzjoni tagħna mal-Qalb ta� Kristu tinbidel bil-qawwa tal-Ispirtu, li jorjentana lejn il-Missier, għajn tal-ħajja u dak li fl-aħħar mill-aħħar minnu tiġi l-grazzja. Kristu nnifsu ma jixtieqx li nieqfu biss fih. L-imħabba ta� Kristu hi �rivelazzjoni tal-ħniena tal-Missier�.[64] Ix-xewqa tiegħu hi li, xprunati mill-Ispirtu li jgelgel mill-Qalb tiegħu, �miegħu u fih� immorru għand il-Missier. Il-glorja tingħata lill-Missier �bi� Kristu,[65] �ma�� Kristu[66] u �fi� Kristu.[67] San Ġwanni Pawlu II għallem li �l-Qalb tas-Salvatur tistedinna nerġgħu naslu għall-imħabba tal-Missier, li hu l-għajn ta� kull imħabba awtentika�.[68] Huwa sewwasew dan li l-Ispirtu s-Santu, li jiġi għandna mill-Qalb ta� Kristu, ifittex li jseddaq fil-qlub tagħna. Għalhekk il-Liturġija, imqanqla mill-għemil tal-Ispirtu li jagħti l-ħajja, iddur dejjem lejn il-Missier mill-Qalb irxuxtata ta� Kristu.
Espressjonijiet tal-Maġisteru riċenti
78. Il-Qalb ta� Kristu kienet preżenti b�diversi modi fl-istorja tal-ispiritwalit� Nisranija. Fil-Bibbja u fl-ewwel sekli tal-Knisja dehret fil-figura tal-kustat minfud tal-Mulej, bħala għajn tal-grazzja jew bħala sejħa għal laqgħa intima ta� mħabba. Hekk reġgħet dehret kontinwament fix-xhieda ta� ħafna qaddisin sal-lum. Fl-aħħar sekli din l-ispiritwalit� ħadet il-bixra ta� kult veru u proprju tal-Qalb tal-Mulej.
79. Xi predeċessuri tiegħi tkellmu fuq il-Qalb ta� Kristu u b�espressjonijiet differenti ħafna stednuna nintrabtu magħha. Lejn l-aħħar tas-seklu 19, Ljun XIII stedinna nikkonsagraw ruħna lilha u fil-proposta tiegħu rabat flimkien fl-istess waqt l-istedina għall-għaqda ma� Kristu u l-ammirazzjoni għall-ġmiel tal-imħabba bla tarf tiegħu.[69] Xi tletin sena wara, Piju XI ppreżenta din id-devozzjoni bħala kompendju tal-esperjenza tal-fidi Nisranija.[70] Fuq kollox, Piju XII afferma li l-kult tal-Qalb Imqaddsa jesprimi b�mod eċċellenti, bħala l-ogħla ġabra fil-qosor, il-qima tagħna lejn Ġes� Kristu.[71]
80. Eqreb lejn żmienna, San Ġwanni Pawlu II ppreżenta l-iżvilupp ta� dan il-kult fis-sekli l-imgħoddija bħala tweġiba għall-mod kif xi xejriet ta� spiritwalit� rigoristi u maqtugħin mir-realt� li kienu qed joktru, kienu qed jinsew il-ħniena ta� Alla, imma fl-istess waqt bħala sejħa attwali quddiem dinja li kienet qed tipprova tibni lilna nfisha mingħajr Alla: �Id-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa, hekk kif żviluppat fl-Ewropa fl-aħħar żewġ sekli, imqanqla mill-esperjenzi mistiċi ta� Santa Margerita Marija Alacoque, kienet it-tweġiba għar-rigoriżmu Ġansenista, li kien spiċċa biex qara b�mod żbaljat il-ħniena bla tarf ta� Alla. [�] Il-bniedem tas-seklu 21 għandu bżonn tal-Qalb ta� Kristu biex jagħraf lil Alla u biex jagħraf lilu nnifsu; għandu bżonnha biex jista� jibni ċ-ċivilt� tal-imħabba�.[72]
81. Benedittu XVI stedinna biex nagħrfu fil-Qalb ta� Kristu l-preżenza intima u ta� kuljum fil-ħajja ta� kull wieħed u waħda minna: �Kull persuna għandha bżonn li jkollha �ċentru� fil-ħajja tagħha, għajn ta� verit� u ta� ġid li minnha tixrob biex tista� tħabbat wiċċha mad-diversi sitwazzjonijiet u t-taħbit tal-ħajja ta� kuljum. Kull wieħed u waħda minna, meta joqgħod fis-skiet, għandu bżonn jisma� mhux biss it-taħbita ta� qalbu, imma anki, b�mod iżjed profond, it-taħbita ta� preżenza affidabbli, li tista� tinħass bis-sensi tal-fidi u li madankollu hi ħafna iżjed reali: il-preżenza ta� Kristu, qalb tad-dinja�.[73]
Approfondiment u attwalit�
82. Ix-xbieha espressiva u simbolika tal-Qalb ta� Kristu mhijiex l-unika riżorsa li jagħtina l-Ispirtu s-Santu biex niltaqgħu mal-imħabba ta� Kristu, u dejjem ħa jkollha bżonn tiġi mogħnija, imdawla u mġedda permezz tal-meditazzjoni, il-qari tal-Evanġelju u l-maturazzjoni spiritwali. Diġ� Piju XII kien jgħid li l-Knisja ma tippretendix �li ħa tara u tadura fil-Qalb ta� Ġes� x-xbieha hekk imsejħa formali, jiġifieri s-sinjal proprju u perfett tal-imħabba divina tiegħu, għax mhux possibbli li l-essenza intima ta� din tiġi rrappreżentata b�mod xieraq minn xi xbieha maħluqa�.[74]
83. Id-devozzzjoni lejn il-Qalb ta� Kristu hi essenzjali għall-ħajja Nisranija tagħna għax tfisser il-ftuħ sħiħ tal-fidi u tal-adorazzjoni għall-misteru tal-imħabba divina u umana tal-Mulej, tant li nistgħu naffermaw għal darb�oħra li l-Qalb Imqaddsa hija ġabra fil-qosor tal-Evanġelju kollu.[75] Irridu niftakru li l-viżjonijiet u l-manifestazzjonijiet mistiċi rrakkuntati minn xi qaddisin li pproponew b�passjoni d-devozzjoni lejn il-Qalb ta� Kristu ma humiex xi ħaġa li n-nies ta� fidi huma obbligati jemmnu bħallikieku kienet il-Kelma ta� Alla.[76] Huma tqanqil sabiħ li jista� jimmotivana biex nagħmlu ħafna ġid, imqar jekk ħadd ma għandu jħossu obbligat jimxi magħhom jekk ma jsibx li qed jgħinuh fil-mixja spiritwali tiegħu. Mill-bqija, irridu dejjem infakkru, kif afferma Piju XII, li ma jistax jingħad li dan il-kult �jaf l-oriġni tiegħu lil rivelazzjonijiet privati�.[77]
84. Il-proposta tat-Tqarbin Ewkaristiku fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar, ngħidu aħna, kienet messaġġ qawwi fi żmien meta ħafna persuni ma baqgħux jersqu għat-Tqarbin għax ma kellhomx fiduċja fil-maħfra divina, fil-ħniena ta� Alla, u kienu jqisu t-Tqarbin bħala xi għamla ta� premju għall-perfetti. F�dak il-kuntest Ġansenista, it-tħeġġiġ ta� dik il-prattika għamel ħafna ġid, għax għen biex fl-Ewkaristija tidher l-imħabba tal-Qalb ta� Kristu, mogħtija b�xejn u dejjem qrib tagħna, li ssejħilna għall-għaqda tagħna miegħu. Nistgħu naffermaw li anki llum dan jista� jiswa ta� ħafna ġid għal raġuni oħra: għax qalb it-taħwid tad-dinja tal-lum u l-ossessjoni tagħna bil-ħin liberu, il-konsum u d-divertiment, il-mobiles u l-media soċjali, qed ninsew insostnu lil ħajjitna bil-qawwa tal-Ewkaristija.
85. Bl-istess mod, ħadd ma għandu jħossu obbligat jagħmel siegħa adorazzjoni nhar ta� Ħamis. Imma kif nistgħu ma nirrakkomandawhiex? Meta xi ħadd jagħmel din il-prattika b�ħeġġa flimkien ma� tant aħwa u jsib fl-Ewkaristija l-imħabba kollha tal-Qalb ta� Kristu, �ikun jadura flimkien mal-Knisja s-simbolu u kważi t-tifkira tal-Imħabba Divina, li waslet biex saħansitra tħobb lill-bnedmin bil-Qalb tal-Verb Inkarnat�.[78]
86. Dan ħafna Ġansenisti kienu jsibuha bi tqila jifhmuh, għax kienu jħarsu minn fuq għal isfel lejn dak kollu li kien uman, affettiv, korporju, u bla dubju ta� xejn kienu jżommu li din id-devozzjoni kienet tbiegħed mill-aktar adorazzjoni safja ta� Alla l-Aktar Għoli. Piju XII ddefinixxa bħala �mistika falza�[79] l-atteġġjament elitarjan ta� xi gruppi li kienu jaraw lil Alla hekk għoli, hekk separat, hekk imbiegħed, li kienu jqisu l-espressjonijiet sensibbli tal-pjet� popolari bħala perikolużi u fil-bżonn tal-kontroll ekkleżjastiku.
87. Nistgħu nsostnu li llum, iktar milli quddiem il-Ġanseniżmu, ninsabu quddiem l-iżvilupp qawwi tas-sekularizzazzjoni, li jfittex dinja ħielsa minn Alla. Ma� dan inżidu li qed joktru fis-soċjet� diversi xejriet ta� reliġjożit� mingħajr ebda riferiment għal relazzjoni personali ma� Alla ta� mħabba, li huma manifestazzjonijiet ġodda ta� �spiritwalit� mingħajr ġisem�. Dan huwa minnu. Madankollu, irrid ngħid li fi ħdan il-Knisja nfisha d-duwaliżmu perikoluż Ġansenista reġa� tfaċċa taħt uċuħ ġodda. Kiseb qawwa ġdida fl-aħħar għexieren ta� snin, imma hu manifestazzjoni ta� dak in-Njostiċiżmu li diġ� kien qed jagħmel ħsara lill-ispiritwalit� fl-ewwel sekli tal-fidi Nisranija, u li kien jinjora l-verit� tas-�salvazzjoni tal-ġisem�. Għalhekk jiena nħares lejn il-Qalb ta� Kristu u nagħmel stedina biex inġeddu d-devozzjoni lejha. Nittama li tista� tkun attraenti wkoll għas-sensibbilt� tal-lum u b�dan il-mod tgħinna naffrontaw dawn id-duwaliżmi qodma u ġodda li għalihom toffri tweġiba adegwata.
88. Nixtieq inżid li l-Qalb ta� Kristu teħlisna fl-istess waqt minn duwaliżmu ieħor: dak ta� komunit� u ragħajja kkonċentrati biss fuq attivitajiet esterni, riformi strutturali sajma mill-Evanġelju, organizzazzjonijiet ossessivi, proġetti mondani, riflessjonijiet sekularizzati, fuq diversi proposti ppreżentati bħala rekwiżiti li xi drabi nippretendu li nimponu fuq kulħadd. Minn dawn spiss joħroġ Kristjaneżmu li nesa l-ħlewwa tal-fidi, il-ferħ tad-dedikazzjoni għall-qadi, il-ħeġġa tal-missjoni minn persuna għal oħra, biex nintrebħu mill-ġmiel ta� Kristu, mill-gratitudni emozzjonanti għall-ħbiberija li huwa joffri u għas-sens aħħari li jagħti lill-ħajja personali tagħna. F�kelma waħda, għamla oħra ta� traxxendentaliżmu qarrieq, u daqstant ieħor maqtugħ mir-realt�.
89. Dawn il-mardiet tant attwali, li minnhom, meta ħallejniehom jaħkmuna, mank inħossu x-xewqa li nfiqu, iwassluni biex nipproponi lill-Knisja kollha approfondiment ġdid fuq l-imħabba ta� Kristu rrappreżentata fil-Qalb qaddisa tiegħu. Hemm nistgħu nsibu l-Evanġelju kollu, hemm hi miġbura fil-qosor il-verit� li nemmnu, fiha hemm dak li naduraw u nfittxu fil-fidi, dak li l-aktar għandna bżonn.
90. Quddiem il-Qalb ta� Kristu nistgħu nerġgħu lura għas-sintesi inkarnata tal-Evanġelju u ngħixu dak li pproponejt ftit taż-żmien ilu, meta fakkart lill-maħbuba Santa Tereża tal-Bambin Ġes�: �L-aktar atteġġjament xieraq hu li nqiegħdu l-fiduċja ta� qalbna barra minna nfusna: fil-ħniena bla qies ta� Alla li jħobb bla limiti u li fis-Salib ta� Ġes� tana kollox�.[80] Hi għexitu b�mod intens għax kienet skopriet fil-Qalb ta� Kristu li Alla hu mħabba: �Lili tani l-Ħniena bla qies tiegħu; u huwa permezz tagħha li jien nikkontempla u nadura l-perfezzjonijiet divini l-oħra!�.[81] Għalhekk it-talba l-aktar popolari, qisha bħal vleġġa ħierġa sparata mill-Qalb ta� Kristu, sempliċiment tgħid: �Jien nafda fik�.[82] Ma hemmx bżonn ta� kliem ieħor.
91. Fil-kapitli li ġejjin se nuru żewġ aspetti fundamentali li llum id-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa għandha żżomm magħquda flimkien biex tkompli trejjaqna u tqarribna lejn l-Evanġelju: l-esperjenza spiritwali personali u l-imħabba komunitarja u missjunarja.
IV.
L-IMĦABBA LI TISQI
92. Nerġgħu lura għall-Iskrittura Mqadda, għall-kitbiet imnebbħa li huma l-imkien ewlieni li fih insibu r-Rivelazzjoni. Fihom u fit-Tradizzjoni ħajja tal-Knisja hemm dak li l-Mulej innifsu ried jgħidilna mal-medda tal-istorja kollha. Ibda mill-qari tat-testi tat-Testment il-Qadim u tal-Ġdid, naraw xi effetti tal-Kelma li jidhru fil-mixja twila spiritwali tal-Poplu ta� Alla.
L-għatx għall-imħabba ta� Alla
93. Il-Bibbja turina li l-poplu li kien qasam id-deżert u li kien qed jistenna l-ħelsien, irċieva l-aħbar ta� kotra ta� ilma ħaj: �Kollkom ferħana timlew l-ilma mill-għejun tas-salvazzjoni� (Iż 12:3). It-tħabbiriet messjaniċi ħadu l-bixra ta� għajn ta� ilma safi: �U rroxx fuqkom ilma safi, u tissaffew mit-tinġis kollu tagħkom. [�] U ruħ ġdida nqiegħed ġo fikom� (Eżek 36:25-26). Hu l-ilma li se jrodd lill-poplu ħajja sħiħa, bħal għajn li tgelgel mit-Tempju u mnejn tgħaddi xxerred ħajja u saħħa: �U ara, kif konna rieġgħa lura, rajt ħafna siġar ma� xatt ix-xmara, fuq naħa u fuq oħra. [�] U jiġri li, kull fejn tgħaddi dik ix-xmara, kull ħaġa ħajja li tiċċaqlaq tgħix; [�] minn kull fejn jgħaddi dak l-ilma, l-ilma jitjieb u jkun hemm il-ħajja minn kull fejn tgħaddi x-xmara� (Eżek 47:7,9).
94. Il-festa Lhudija tal-Għerejjex (Sukkot), li kienet tfakkar l-erbgħin sena fid-deżert, ftit ftit kienet ħadet is-simbolu tal-ilma bħala element ċentrali u fiha kien isir rit ta� offerta tal-ilma kull filgħodu, li kien isir b�mod solenni ħafna fl-aħħar jum tal-festa: kienet issir purċissjoni kbira sat-Tempju fejn, fl-aħħar, kienu jsiru seba� dawriet madwar l-altar u qalb storbju kbir joffru l-ilma lil Alla.[83]
95. It-tħabbira tal-miġja taż-żmien messjaniku kienet ippreżentata bħala għajn miftuħa għall-poplu: �U fuq id-dar ta� David u fuq dawk li jgħammru f�Ġerusalemm insawwab spirtu ta� ħniena u talb. U huma jħarsu lejn dak li jkunu nifdu. [�] Dakinhar jiġri li tinfetaħ għajn għad-dar ta� David u għan-nies ta� Ġerusalemm, biex jindafu mill-ħtijiet u mit-tinġis� (Żak 12:10; 13:1).
96. Bniedem minfud, għajn miftuħa, spirtu ta� grazzja u ta� talb. L-ewwel Insara din il-wegħda kienu jarawha mwettqa b�mod ċar fil-kustat miftuħ ta� Kristu, għajn li minnha toħroġ il-ħajja ġdida. Jekk inqallbu l-Evanġelju ta� Ġwanni naraw kif dik il-profezija seħħet fi Kristu. Nikkontemplaw il-kustat miftuħ tiegħu, li minnu gelgel l-ilma tal-Ispirtu: �Wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu b�lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma� (Ġw 19:34). Imbagħad l-evanġelista jżid: �Huma għad iħarsu lejn min nifdu� (Ġw 19:37). Hekk jerġa� jaqbad it-tħabbira tal-profeta li wiegħed lill-poplu għajn miftuħa f�Ġerusalemm, meta għad iħarsu lejn dak li ġie minfud (ara Żak 12:10). L-għajn miftuħa hija l-ġenb minfud ta� Ġes�.
97. Ninnutaw li l-Evanġelju stess ħabbar dan il-mument qaddis, preċiżament �fl-aħħar jum tal-festa� tal-Għerejjex (Ġw 7:37). Hemm Ġes� qam jgħid b�leħen għoli quddiem il-poplu li kien qed jiċċelebra fil-purċissjoni kbira: �Min jieħdu l-għatx, jiġi għandi u jixrob [�] minnu joħorġu xmajjar ta� ilma ħaj� (Ġw 7:37-38). Biex iseħħ dan, riedet tasal is-�siegħa� tiegħu, għax Ġes� �kien għadu ma ġiex igglorifikat� (Ġw 7:39). Kollox seħħ fl-għajn imfawra tas-Salib.
98. Fil-Ktieb tal-Apokalissi jerġgħu jidhru kemm il-Minfud: �L-għajnejn kollha jarawh, ukoll dawk li kienu nifduh� (Apok 1:7), kemm l-għajn miftuħa: �Min hu bil-għatx, ħa jiġi, ħa jieħu b�xejn min irid l-ilma tal-Ħajja� (Apok 22:17).
99. Il-kustat minfud huwa fl-istess waqt is-sede tal-imħabba, imħabba li Alla ddikjara lill-poplu tiegħu b�tant kelmiet differenti li tajjeb infakkruhom:
�Għax int kont għażiż f�għajnejja, kollok ġieħ u jien ħabbejtek� (Iż 43:4).
�Tista� mara tinsa t-tarbija tagħha, u ma tħennx għal bin ġufha? Imqar jekk din tinsa, jien ma ninsiek qatt! Ara! Naqqaxtek fuq kefef idejja� (Iż 49:15-16).
�Jistgħu jitħarrku l-muntanji, jitheżżu l-għoljiet, imma mħabbti minn miegħek ma titħarrikx, u s-sliem tal-patt tiegħi ma jitheżżiżx� (Iż 54:10).
�Bi mħabba ta� dejjem ħabbejtek, għalhekk il-ħlewwa tiegħi rfajt għalik� (Ġer 31:3).
�Il-Mulej, Alla tiegħek, qiegħed f�nofsok, gwerrier li jsalva; minħabba fik jithenna b�hena kbir, fi mħabbtu jġeddek, jinfexx minħabba fik f�għajat ta� ferħ� (Sof 3:17).
100. Il-profeta Hosegħa jasal biex jitkellem fuq il-qalb ta� Alla: �Bi ħbula ta� bnedmin jien ġbidthom, b�rabtiet ta� mħabba� (11:4). Minħabba din l-istess imħabba mkasbra, seta� jgħid: �Daret għalija qalbi, tqanqlet bil-bosta ħnienti� (11:8). Imma dejjem tirbaħ il-ħniena (ara Hos 11:9), li tilħaq l-ogħla espressjoni tagħha fi Kristu, il-kelma aħħarija u dejjiema ta� mħabba.
101. Fil-Qalb minfuda ta� Kristu jingħaqdu flimkien, miktuba fuq il-laħam, l-espressjonijiet kollha ta� mħabba fl-Iskrittura. Mhix imħabba sempliċiment iddikjarata, imma l-kustat miftuħ tiegħu hu għajn ta� ħajja għal dawk kollha li huma maħbuba, hi dik l-għajn li taqta� l-għatx tal-poplu tiegħu. Kif għallem San Ġwanni Pawlu II, �għalhekk, l-elementi essenzjali ta� din id-devozzjoni jappartienu b�mod permanenti lill-ispiritwalit� tal-Knisja matul l-istorja tagħha, għax sa mill-bidu l-Knisja xeħtet ħarsitha fuq il-qalb ta� Kristu minfuda fuq is-salib�.[84]
Kif dwiet il-Kelma fl-istorja
102. Ejjew inħarsu lejn xi effetti li din il-Kelma ta� Alla ħalliet fl-istorja tal-fidi Nisranija. Diversi Missirijiet tal-Knisja, fuq kollox tal-Asja Minuri, semmew il-ġerħa fil-kustat ta� Ġes� bħala l-għajn tal-ilma tal-Ispirtu: tal-Kelma, tal-grazzja tiegħu u tas-sagramenti li jwassluha. Il-qawwa tal-martri tgħix mill-�għajn smewwija tal-ilma ħaj li jgelgel mill-ġewwieni ta� Kristu�,[85] jew, kif jittraduċi Rufinu, mill-�għejun smewwija u eterni li ġejjin mill-ġewwieni ta� Kristu�.[86] Aħna li nemmnu, li aħna mwielda mill-ġdid mill-Ispirtu, ġejjin minn dik il-qasma fil-blat, �aħna ħriġna minn ħdan Kristu�.[87] Il-kustat miġruħ tiegħu, li aħna ninterpretawh bħala l-qalb tiegħu, hu mimli bl-Ispirtu s-Santu u minnu jasal għandna bħala xmajjar ta� ilma ħaj: �L-għajn tal-Ispirtu hi kollha kemm hi fi Kristu�.[88] Imma l-Ispirtu li nirċievu ma jbegħedniex mill-Mulej Irxoxt, imma jimliena bih, għax meta nixorbu mill-Ispirtu nkunu nixorbu minn Kristu nnifsu: �Ixrob minn Kristu, għax huwa l-blata li ssawwab l-ilma. Ixrob minn Kristu, għax hu l-għajn tal-ħajja. Ixrob minn Kristu, għax hu x-xmara li l-qawwa tagħha tferraħ il-belt ta� Alla. Ixrob minn Kristu, għax huwa l-paċi. Ixrob minn Kristu, għax minn ħdanu jnixxi ilma ħaj�.[89]
103. Santu Wistin fetaħ it-triq għad-devozzjoni tal-Qalb Imqaddsa bħala post ta� laqgħa personali mal-Mulej. Fil-fatt, għalih is-sider ta� Kristu mhuwiex biss l-għajn tal-grazzja u tas-sagramenti, imma jippersonalizzah, u jippreżentah bħala simbolu tal-għaqda intima ma� Kristu, bħala post ta� laqgħa ta� mħabba. Hemmhekk hemm il-bidu tal-għerf l-aktar prezzjuż, li huwa dak li nagħrfu lilu. Fil-fatt, Santu Wistin jikteb li Ġwanni, il-maħbub, meta fl-Aħħar Ċena mejjel rasu fuq sider Ġes�, resaq lejn il-lok mistur tal-għerf.[90] Hawn ma aħniex quddiem sempliċi kontemplazzjoni intellettwali ta� verit� teoloġika. San Ġirolmu fisser li persuna li kapaċi tikkontempla, �ma tgawdix mill-ġmiel tan-nixxiegħa ta� ilma, imma tixrob mill-ilma ħaj tal-kustat tal-Mulej�.[91]
104. San Bernard reġa� qabad dan is-simboliżmu tal-kustat minfud tal-Mulej, u fehmu espliċitament bħala rivelazzjoni u don tal-imħabba tal-Qalb tiegħu. Mill-ġerħa jsir aċċessibbli għalina u nistgħu nagħmlu tagħna l-misteru kbir tal-imħabba u tal-ħniena: �Niġbor għalija mill-ġewwieni tal-Mulej dak li jonqosni, għax hu kotran fil-ħniena, u lanqas huma nieqsa x-xquq li minnhom jista� jċarċar sa għandi. Taqqbulu jdejh u riġlejh, nifdulu ġenbu bil-lanza, u minn dawn ix-xquq jiena nista� niġbed l-għasel mill-ġebla u ż-żejt mill-blat iebes tassew, jiġifieri niggosta u nara kemm hu ħelu l-Mulej. [�] Il-ħadid ċarrat lil ruħu, u resaq lejn qalbu biex issa ma tistax iżjed ma tagħdirx id-dgħufijiet tiegħi. Mill-ġrieħi tal-ġisem hi miftuħa d-daħla għall-moħba tal-qalb, u jfeġġ dak is-sagrament kbir tat-tjieba, jinkixef il-ġewwieni tal-ħniena ta� Alla tagħna�.[92]
105. Dan jerġa� jidher b�mod partikulari f�Guliermu ta� Saint-Thierry, li jistedinna nidħlu fil-Qalb ta� Ġes�, li jitmagħna minn ħdanu stess.[93] Ma nistagħġbux b�dan, jekk niftakru li għal dan l-awtur �l-arti ta� kull arti hija l-arti tal-imħabba. [�] L-imħabba hi mqanqla mill-Ħallieq tan-natura [�]. L-imħabba hi qawwa tar-ruħ, li tmexxiha b�piż naturali lejn il-post u l-fini li huma tagħha�.[94] U l-post li hu tagħha, fejn l-imħabba ssaltan b�mod sħiħ, huwa l-Qalb ta� Kristu: �Mulej, fejn teħodhom lil dawk li tħaddan u tross ma� dirgħajk, jekk mhux fil-qalb tiegħek? Il-qalb tiegħek, Ġes�, hija l-manna ħelwa tad-divinit� tiegħek (ara Lhud 9:4), li żżomm fik fil-ġarra tad-deheb tar-ruħ tiegħek, li tmur lil hemm minn kull għerf ieħor. Henjin dawk li t-tħaddina tiegħek twassalhom sa hemm. Henjin dawk li, mgħaddsa f�dan il-fond kollu, int ħbejthom fis-satra tal-qalb tiegħek�.[95]
106. San Bonaventura jiġbor flimkien iż-żewġ linji spiritwali madwar il-Qalb ta� Kristu: waqt li jippreżentaha bħala għajn tas-sagramenti u tal-grazzja, jipproponi li din il-kontemplazzjoni ssir relazzjoni ta� ħbiberija, laqgħa personali ta� mħabba.
107. Minn naħa, jgħinna nagħrfu l-ġmiel tal-grazzja u tas-sagramenti li joħorġu minn dik l-għajn tal-ħajja li hi l-kustat miġruħ tal-Mulej: �Biex mill-kustat ta� Kristu rieqed fuq is-salib tissawwar il-Knisja u sseħħ l-Iskrittura li tgħid: �Huma għad iħarsu lejn min nifdu�, wieħed mis-suldati nifdu b�lanza u fetaħlu l-kustat. U dan kien mogħti mill-providenza divina, biex, hekk kif mill-ġerħa joħorġu demm u ilma, jissawwab ir-rahan tal-fidwa tagħna, li, ħiereġ mill-għajn moħbija tal-qalb, jagħti lis-sagramenti tal-Knisja l-virtujiet li jagħtu l-ħajja tal-grazzja, u jkun għal dawk li jgħixu fi Kristu bħal kalċi mimli mill-għajn ħajja, li tibqa� tnixxi sal-ħajja ta� dejjem�.[96]
108. Imbagħad jistedinna nagħmlu pass ieħor, biex l-aċċess għall-grazzja ma jsirx xi ħaġa maġika, xi għamla ta� emanazzjoni ta� bixra Neoplatonika, imma relazzjoni diretta ma� Kristu, li tgħix fil-Qalb tiegħu, għax min jixrob hu ħabib ta� Kristu, hu qalb li tħobb: �Qum, mela, ruħ ħabiba ta� Kristu, u kun il-ħamiema li tbejjet fix-xquq tal-blat; kun il-ħuttaf li sab dar u ma jehdiex iħarisha; kun il-gamiema li taħbi l-frieħ tal-imħabba safja tagħha f�dak ix-xaqq l-aktar qaddis�.[97]
It-tixrid tad-devozzjoni lejn il-Qalb ta� Kristu
109. Ftit ftit, il-kustat miġruħ, fejn tgħammar l-imħabba ta� Kristu, li minnu mbagħad toħroġ il-ħajja tal-grazzja, ħa l-figura tal-qalb, fuq kollox fil-ħajja monastika. Nafu li matul l-istorja l-kult tal-Qalb ta� Kristu ma deherx bl-istess mod u li l-aspetti żviluppati fl-epoka moderna, marbuta ma� diversi esperjenzi spiritwali, ma nistgħux naqilgħuhom u npoġġuhom ħdejn il-forom Medjevali u wisq inqas ħdejn dawk bibliċi li fihom nistgħu nilmħu ż-żerriegħa ta� dan il-kult. Madankollu, illum il-Knisja ma twarrab xejn mill-ġid li l-Ispirtu s-Santu tana matul is-sekli, fl-għarfien li hu dejjem possibbli nagħrfu tifsira iżjed ċara u sħiħa ta� xi dettalji tad-devozzjoni, jew nifhmu u nikxfu aspetti ġodda tagħha.
110. Bosta nisa qaddisa rrakkontaw esperjenzi tal-laqgħa tagħhom ma� Kristu, ikkaratterizzata mill-mistrieħ fil-Qalb tal-Mulej, għajn ta� ħajja u ta� paċi interjuri. Dan hu l-każ ta� Santa Lutgarda, ta� Santa Matilde ta� Hackeborn, ta� Sant�Anġela ta� Foligno, ta� Ġuljana ta� Norwich, fost l-oħrajn. Santa Ġertrude ta� Helfta, monaka Ċisterċensi, irrakkontat mument ta� talb li fih hi mejlet rasha fuq il-Qalb ta� Kristu u setgħet tħoss it-taħbita tagħha. Fi djalogu ma� San Ġwann l-Evanġelista staqsietu għaliex fl-Evanġelju tiegħu ma kienx tkellem dwar dak li ħass meta kellu l-istess esperjenza. Ġertrude tikkonkludi li �l-ħlewwa ta� dawn it-taħbitiet kienet irriservata għaż-żminijiet moderni, biex, meta jisimgħuhom, tista� ġġedded id-dinja li xjaħet u birdet fl-imħabba ta� Alla�.[98] Nistgħu forsi naħsbu li din hi bxara għal żminijietna, sejħa biex nagħrfu kemm din id-dinja �xjaħet�, u għandha bżonn tifhem il-messaġġ dejjem ġdid tal-imħabba ta� Kristu? Santa Ġertrude u Santa Matilde kienu meqjusa fost �l-aktar ħbieb intimi tal-Qalb Imqaddsa�.[99]
111. Iċ-Ċertosini, imqawwija fuq kollox minn Ludolfu tas-Sassonja, sabu fid-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa triq biex jimlew bl-affezzjoni u bil-qrubija r-relazzjoni tagħhom ma� Ġes� Kristu. Min jgħaddi mill-ġerħa tal-Qalb tiegħu jitkebbes bl-imħabba. Santa Katarina ta� Siena kitbet li t-tbatijiet li bata l-Mulej mhumiex xi ħaġa li jista� jkollna sehem fiha, imma li l-Qalb miftuħa ta� Kristu hi għalina l-possibbilt� ta� laqgħa attwali u personali ma� tant imħabba: �Dan hu li wrejtkom b�ġenbi miftuħ, fejn issibu s-sigriet tal-qalb tiegħi: urejtkom li ħabbejtkom wisq iżjed milli qatt stajt nurikom bit-tbatija li batejt�.[100]
112. Id-devozzjoni lejn il-Qalb ta� Kristu ftit ftit għaddiet mill-ħajja monastika biex żejnet l-ispiritwalit� ta� tant mgħallma, predikaturi u fundaturi qaddisa ta� kongregazzjonijiet reliġjużi li xerrduha fil-postijiet l-aktar imbiegħda tad-dinja.[101]
113. Ta� interess partikulari kienet l-inizjattiva ta� San Ġwann Eudes, li �wara li flimkien mal-missjunarji tiegħu wettaq missjoni mħeġġa tassew f�Rennes, kiseb mingħand Monsinjur Isqof l-approvazzjoni biex f�dik id-djoċesi tiġi ċċelebrata l-festa tal-Qalb adorabbli ta� Sidna Ġes� Kristu. Din kienet l-ewwel darba li din il-festa ġiet awtorizzata uffiċjalment fil-Knisja. Wara dan, l-Isqfijiet ta� Coutances, Evreux, Bayeux, Lisieux u Rouen bejn l-1670 u l-1671 awtorizzaw l-istess festa għad-djoċesijiet rispettivi tagħhom�.[102]
San Franġisk de Sales
114. Fiż-żminijiet moderni ta� min jinnota l-kontribut ta� San Franġisk de Sales. Hu spiss ikkontempla l-Qalb miftuħa ta� Kristu, li tistedinna ngħammru fiha f�relazzjoni personali ta� mħabba, li fiha jiddawlu l-misteri tal-ħajja. Fil-ħsieb ta� dan il-qaddis Duttur nistgħu naraw kif, quddiem morali rigorista jew reliġjożit� ta� sempliċi osservanza, il-Qalb ta� Kristu dehritlu bħala sejħa mill-ġdid għall-fiduċja sħiħa fl-azzjoni misterjuża tal-grazzja tiegħu. Hekk esprimieh dan fil-proposta tiegħu lill-Barunessa ta� Chantal: �Huwa ċar ħafna għalija li aħna m�aħniex se nibqgħu fina nfusna [�] u li għad ngħammru għal dejjem fil-ġenb minfud tal-Feddej; mingħajru, fil-fatt, aħna mhux biss ma nistgħux, imma mqar kieku stajna, ma rridu nagħmlu xejn�.[103]
115. Għalih din id-devozzjoni kienet bogħod sew milli ssir xi għamla ta� superstizzjoni jew oġġettivizzazzjoni żbaljata tal-grazzja, għax kienet tfisser l-istedina għal relazzjoni personali li fiha kulħadd iħossu uniku quddiem Kristu, magħruf fir-realt� irrepetibbli tiegħu, maħsub minn Kristu u meqjus b�mod dirett u esklussiv: �Din il-qalb l-aktar adorabbli u maħbuba tal-Imgħallem tagħna, imkebbsa bl-imħabba li għandha għalina, qalb li fiha naraw imnaqqxa l-ismijiet kollha tagħna [�]. Ċertament hu argument ta� faraġ kbir il-fatt li aħna maħbuba tant mis-Sinjur Tagħna li jġorrna dejjem fil-Qalb tiegħu�.[104] Dak l-isem imnaqqax sewwasew fuq il-Qalb ta� Kristu kien il-mod li bih San Franġisk de Sales kien ifittex jissimbolizza sa liema punt l-imħabba ta� Kristu għal kull wieħed u waħda minna mhix xi ħaġa astratta jew ġenerika, imma timplika personalizzazzjoni li biha min jemmen iħossu vvalorizzat jew rikonoxxut għal dak li hu: �Kemm hu sabiħ dan is-sema issa li l-Feddej sar ix-xemx tiegħu u s-sider tiegħu hu għajn ta� mħabba li minnha l-henjin jixorbu sa ma jaqtgħu l-għatx. Kull wieħed imur jikkontemplah u jilmaħ miktub, ġo fih, l-isem tiegħu b�karattri ta� mħabba li l-imħabba biss taf taqra u l-imħabba biss naqqxithom. Aħ, binti, mhux sa jidhru hemm l-ismijiet tagħna? Iva, bla dubju li jidhru, għax imqar jekk il-qalb tagħna ma għandhiex l-imħabba, imma għandha x-xewqa għall-imħabba u l-bidu tal-imħabba�.[105]
116. Hu tant kien iqis din l-esperjenza bħala xi ħaġa fundamentali għal ħajja spiritwali li kien iqiegħed din il-konvinzjoni qalb il-veritajiet kbar tal-fidi: �Iva, binti l-għażiża, hu jaħseb fik, u mhux biss fik, imma mqar fl-inqas xagħra ta� fuq rasek: hija verit� tal-fidi li assolutament ma nistgħux inpoġġu fid-dubju�.[106] Minn hawn joħoroġ li dak li jemmen isir kapaċi jintelaq kompletament fil-Qalb ta� Kristu, fejn isib il-mistrieħ, il-faraġ u l-qawwa: �O Alla, x�ferħ hu dan li jiena nkun hekk fid-dirgħajn u fuq is-sider [tas-Salvatur]. [�] Ibqa� hekk, binti l-għażiża, u bħal San Ġwann ieħor ċkejken, waqt li l-oħrajn jieklu bosta ikel mill-mejda tas-Salvatur, int, b�fiduċja l-aktar sempliċi, strieħ u mejjel ir-ras tiegħek, ir-ruħ tiegħek, l-ispirtu tiegħek fuq is-sider kollu mħabba tal-Mulej l-għażiż�.[107] �Nittama li bl-ispirtu tiegħek int tinsab fix-xaqq fejn tistkenn il-gamiema u fil-ġenb miftuħ tal-għażiż Feddej tagħna. [�] Kemm hu twajjeb dan il-Mulej, għażiża binti! Kemm hi ta� min iħobbha l-qalb tiegħu! Nibqgħu hemm, f�dik l-għamara mqaddsa�.[108]
117. Madankollu, fidil lejn it-tagħlim tiegħu fuq it-tqaddis fil-ħajja ta� kuljum, hu ppropona li dan jingħax qalb l-attivitajiet, il-ħidmiet u d-doveri tal-ħajja ta� kuljum: �Tistaqsuni kif għandhom iġibu ruħhom fl-azzjonijiet kollha tagħhom l-erwieħ li huma miġbuda fit-talb lejn din is-sempliċit� mqaddsa u lejn dan l-abbandun perfett f�Alla? Inwieġeb li, mhux biss fit-talb, imma fl-imġiba tal-ħajja kollha tagħhom, għandhom bla dubju ta� xejn jimxu fi spirtu ta� sempliċit�, abbandun u jagħtu ruħhom kollha, l-azzjonijiet u s-suċċessi kollha tagħhom lir-rieda ta� Alla, bi mħabba ta� fiduċja perfetta u assoluta, u jintelqu fil-grazzja u l-kura tal-imħabba eterna li l-Providenza Divina għandha għalihom�.[109]
118. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, meta ġie biex jaħseb f�simbolu li seta� jiġbor fih il-proposta tiegħu ta� ħajja spiritwali, hu kkonkluda: �Ħsibt għalhekk, għażiża Madre, jekk taqbel, li għandna nagħżlu bħala stemma tagħna qalb waħda minfuda minn żewġ vleġeġ, imdawra b�kuruna tax-xewk�.[110]
Dikjarazzjoni ġdida ta� mħabba
119. Kien taħt l-influwenza tajba ta� din l-ispiritwalit� ta� San Franġisk de Sales li seħħu l-ġrajjiet ta� Paray-le-Monial fi tmiem is-seklu 17. Santa Margerita Marija Alacoque rrakkontat dehriet importanti li seħħu bejn tmiem Diċembru 1673 u Ġunju 1675. Fundamentalment hi dikjarazzjoni ta� mħabba li tispikka fl-ewwel dehra kbira. Ġes� jgħid: �Il-Qalb divina tiegħi hi tant appassjonata bl-imħabba għall-bnedmin u għalik b�mod partikulari, li, billi ma tistax iżżomm magħluqa iżjed fiha nfisha l-fjammi tal-Imħabba mħeġġa tagħha, tħoss il-ħtieġa li tqassamhom permezz tiegħek u li turi ruħha lill-bnedmin biex tagħnihom bit-teżori prezzjużi li se nurik�.[111]
120. Santa Margerita Marija tiġbor kollox b�mod qawwi u mħeġġeġ: �Tarrafli l-għeġubijiet ta� Mħabbtu u s-sigrieti bla qies tal-Qalb Imqaddsa tiegħu, li kien żammli moħbija sa dak il-waqt, li fih hu fetaħhieli għall-ewwel darba. U dan għamlu b�mod hekk reali u sensibbli li ma ħallilix l-iċken dell ta� dubju�.[112] Fil-manifestazzjonijiet li ġew wara nerġgħu nsibu enfasi fuq il-ġmiel ta� dan il-messaġġ: �Kixifli l-għeġubijiet bla tarf tal-Imħabba safja tiegħu u sa liema punt dan kien wasslu biex iħobb lill-bnedmin�.[113]
121. Dan l-għarfien intens tal-imħabba ta� Ġes� li għadditilna Santa Margerita Marija joffrilna stimoli prezzjużi għall-għaqda tagħna miegħu. Dan ma jfissirx li nħossuna obbligati naċċettaw jew nagħmlu tagħna d-dettalji kollha ta� din il-proposta spiritwali, fejn, kif spiss jiġri, mal-azzjoni divina jitħalltu elementi umani marbuta max-xewqat, mal-preokkupazzjonijiet u mal-immaġni interjuri li jkollu s-suġġett.[114] Din il-proposta għandna nerġgħu naqrawha dejjem fid-dawl tal-Evanġelju u tat-tradizzjoni għanja spiritwali kollha tal-Knisja, waqt li nagħrfu kemm ġid għamlet lil tant aħwa. Dan jippermettilna nagħrfu d-doni tal-Ispirtu s-Santu fi ħdan din l-esperjenza ta� fidi u ta� mħabba. Iktar importanti mid-dettalji hi l-qalba tal-messaġġ li qed jiġi mgħoddi lilna u li nistgħu niġbruh f�dawk il-kelmiet li Santa Margerita semgħet: �Araha dik il-Qalb li tant ħabbet lill-bnedemin u li xejn ma żammet għaliha sa ma xxejnet u ntemmet biex turihom Imħabbitha�.[115]
122. Din il-manifestazzjoni hi stedina biex nikbru fil-laqgħa tagħna ma� Kristu, grazzi għal fiduċja bla riservi, sa ma naslu għall-għaqda sħiħa u dejjiema: �Il-Qalb divina ta� Ġes� tant titwaħħad ma� tagħna li tgħix u taħdem biss fina u għalina. Ir-Rieda tagħha [�] tista� taħdem assolutament mingħajr xejn xi jżommha min-naħa tagħna; fl-aħħar nett, l-affezzjonijiet, ix-xewqat, il-ħsibijiet tagħha jieħdu post tagħna, imma fuq kollox l-imħabba tagħha maħbuba minnu stess fina u għalina. U hekk, la dik il-Qalb maħbuba ta� Ġes� tkun għalina f�kull ħaġa, nistgħu ngħidu ma� San Pawl li ma ngħixux iżjed aħna, imma li huwa hu li jgħix fina�.[116]
123. Fil-fatt, fl-ewwel messaġġ li rċiviet, hi ppreżentat din l-esperjenza b�mod iżjed personali, iżjed konkret, mimli nar u ħlewwa: �Talabni qalbi u jiena tkarrabtlu biex jeħodha. Ħadha u poġġieha fil-Qalb adorabbli tiegħu, li fiha wrihieli bħal atomu ċkejken, jintemm f�dak il-forn jikwi�.[117]
124. F�punt ieħor ninnotaw li Dak li jingħata għalina hu Kristu Rxoxt, mimli glorja, mimli ħajja u dawl. Imqar jekk f�diversi mumenti jitkellem fuq it-tbatijiet li ġarrab għalina u fuq l-ingratitudni li jirċievi, hawn mhumiex id-demm u l-ġrieħi tat-tbatija li jispikkaw, imma d-dawl u n-nar tal-Ħaj. Il-ġrieħi tal-Passjoni, li ma jgħibux, jiġu ttrasfigurati. Hekk, il-Misteru tal-Għid jidher hawn b�mod sħiħ: �Darba, [�] waqt li kien espost is-Sagrament Imqaddes, [�] Ġes� Kristu, l-Imgħallem ħelu tiegħi, deherli kollu dija tal-glorja bil-ħames pjagi tiegħu jgħammxu bħal ħamest ixmux. Minn kull naħa ta� dik l-Umanit� qaddisa kienu ħerġin fjammi, imma fuq kollox mis-sider adorabbli tiegħu, li kien jixbah forn jaqbad. Wara li rajtu, urieni l-Qalb tiegħu kollha mħabba, għajn ħajja ta� dawk il-fjammi. Kien hawn li hu wrieni l-għeġubijiet bla tarf tal-Imħabba safja tiegħu u sa liema punt wasslitu biex iħobb lill-bnedmin, li mingħandhom imbagħad ma rċiviex lura ħlief ingratitudni u indifferenza�.[118]
San Klawdju de La Colombi�re
125. Meta San Klawdju de La Colombi�re sar jaf bl-esperjenzi ta� Santa Margerita, minnufih sar difensur tagħhom u fittex li jxerridhom. Hu kellu rwol speċjali fl-għarfien u fit-tixrid ta� din id-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa, imma anki fl-interpretazzjoni tagħha fid-dawl tal-Evanġelju.
126. Waqt li xi espressjonijiet ta� Santa Margerita, jekk jinftiehmu ħażin, jistgħu jwassluna biex nafdaw iżżejjed fis-sagrifiċċji tagħna u fl-offerti tagħna, San Klawdju jurina li l-kontemplazzjoni tal-Qalb ta� Kristu, jekk tkun awtentika, ma tqanqalniex biex noqogħdu nieħdu pjaċir bina nfusna jew għal vanaglorja fl-esperjenzi jew fl-isforzi umani, imma għal abbandun bla tarf fi Kristu li jimla l-ħajja bil-paċi, bis-sigurt�, bid-determinazzjoni. Hu esprima tajjeb ħafna din il-fiduċja assoluta f�talba famuża:
�Ngħid għalija, o Alla tiegħi, jiena wisq persważ li inti tgħasses fuq dawk kollha li jittamaw fik, u li ma jista� jonqoshom xejn, meta jittamaw kollox minnek. Għalhekk jiena determinat li ngħix il-ġejjieni mingħajr ebda tħassib, u li nixħet f�riġlejk l-inkwiet kollu tiegħi [�]. Qatt mhu se nitlef din it-tama, se nżommha ħajja fija sal-aħħar mument ta� ħajti; u x-xjaten kollha tal-infern għalxejn jitħabtu dakinhar biex jaħtfuhieli [�]. Ħa jistenna ħaddieħor il-ferħ tiegħu mill-għana jew mill-intelliġenza; ħa jafda ħaddieħor fl-innoċenza tal-ħajja tiegħu jew fir-rigorożit� tal-penitenza tiegħu, jew fil-kotra ta� karit� tiegħu, jew fil-ħerqa tat-talb tiegħu [�]. Għalija, Mulej, il-fiduċja kollha tiegħi tinsab fik biss. Din il-fiduċja qatt ma qarrqet b�ħadd [�]. Nista� għalhekk nibqa� fiż-żgur li se nkun għal dejjem hieni, għax nittama fis-sod li nkun hekk u għax huwa int, o Alla tiegħi, int dak li minnu nittamah�.[119]
127. San Klawdju kiteb nota f�Jannar 1677, li fil-bidu tagħha hemm ftit linji li jirriferu għaċ-ċertezza li kien iħoss dwar il-missjoni tiegħu: �Għaraft li Alla riedni naqdih billi nfittex li nwettaq ix-xewqat tiegħu dwar id-devozzjoni li hu ssuġġerixxa lil persuna li magħha jikkomunika b�mod kunfidenzjali, u li għall-ġid tagħha ried jinqeda bid-dgħufija tiegħi; diġ� nebbaħt biha lil ħafna persuni�.[120]
128. Importanti ninnotaw kif, fl-ispiritwalit� ta� La Colombi�re, hemm sintesi sabiħa bejn l-esperjenza spiritwali għanja u sabiħa ta� Santa Margerita u l-kontemplazzjoni konkreta ħafna tal-Eżerċizzi Injazjani. Huwa kiteb hekk fil-bidu tat-Tielet Ġimgħa tax-xahar tal-Eżerċizzi: �Żewġ affarijiet qanqluni bil-kbir. L-ewwel waħda hi d-dispożizzjoni li biha Ġes� wera ruħu lil dawk li fittxuh. Il-Qalb tiegħu hi mgħaddsa fi mrar tal-biża�; il-passjonijiet qliel kollha jqumu kontrih, in-natura kollha maqluba ta� taħt fuq, u qalb dan it-taħwid kollu, dawk it-tentazzjonijiet kollha, il-Qalb iddur direttament lejn Alla; ma tibqax lura milli tieħu n-naħa li tissuġġerilha l-virt� u l-ogħla virt�. It-tieni ħaġa hi l-imġiba ta� din l-istess Qalb quddiem Ġuda li ttradieh, quddiem l-Appostli li abbandunawh b�mod viljakk, quddiem is-saċerdoti u quddiem l-awturi l-oħra tal-persekuzzjoni li għaliha kellu joqgħod; dan kollu ma kienx kapaċi jqanqal fih l-iċken sentiment ta� mibegħda jew ta� korla. Nersaq, għalhekk, lejn din il-Qalb bla ebda korla, bla qilla, mimlija b�vera ħlewwa lejn l-għedewwa tiegħu�.[121]
San Charles de Foucauld u Santa Tereża tal-Bambin Ġes�
129. San Charles de Foucauld u Santa Tereża tal-Bambin Ġes�, bla ma kellhom din il-pretensjoni, reġgħu għaġnu xi elementi tad-devozzjoni tal-Qalb ta� Kristu, u għenuna nifhmuha b�mod iżjed fidil lejn l-Evanġelju. Ħa naraw issa kif din id-devozzjoni esprimiet ruħha fil-ħajja tagħhom. Fil-kapitlu li jmiss nerġgħu lura għalihom biex nuru l-oriġinalit� tad-dimensjoni missjunarja li t-tnejn li huma żviluppaw, b�modi differenti.
Iesus Caritas
130. F�Louye, San Charles de Foucauld għamel żjara lis-Santissmu Sagrament flimkien ma� kuġina tiegħu, Madame de Bondy, u jum wieħed hi wrietu xbieha tal-Qalb Imqaddsa.[122] Din il-kuġina kienet fundamentali fil-konverżjoni ta� Karlu, kif hu stess ammetta: �Billi Alla t-twajjeb għamlek l-ewwel strument tal-ħniena tiegħu miegħi, din ġejja kollha minnek: li kieku ma kkonvertejtnix int, u ma reġġajtnix lura għand Ġes�, kieku ma għallimtnix ftit ftit, kważi kelma b�kelma, x�inhu tajjeb u qaddis, illum kont ħa nkun fejn jien?�.[123] Imma dak li hi qanqlet fih kien proprju l-għarfien imħeġġeġ tal-imħabba ta� Ġes�. Kollox kien hemm, din kienet l-aktar ħaġa importanti. U dan kien idur partikularment madwar id-devozzjoni tal-Qalb ta� Kristu, fejn hu kien isib ħniena bla tarf: �Nittamaw fil-ħniena bla qies ta� Dak li int urejtni l-Qalb Imqaddsa tiegħu�.[124]
131. Wara dan, id-direttur spiritwali tiegħu, Dun Henri Huvelin, għenu jinżel aktar fil-fond ta� dan il-misteru prezzjuż: �Din il-Qalb imbierka li dwarha int kont tkellimna tant spiss�.[125] Fis-6 ta� Ġunju 1889, Karlu kkonsagra ruħu lill-Qalb Imqaddsa, li fiha kien isib imħabba assoluta. Lil Kristu jgħidlu: �Tant imlejtni b�ġid li jidhirli li nkun ingrat lejn il-qalb tiegħek jekk ma nemminx li hija pronta biex timlieni b�kull ġid, hu kemm hu kbir, u li l-imħabba tiegħek kif ukoll il-ġenerożit� tiegħek huma bla qies�.[126] Hu kellu jkun l-eremita �bl-isem tal-Qalb Imqaddsa�.[127]
132. Fis-17 ta� Mejju 1906, l-istess jum li fih Fratel Karlu, waħdu, ma setax jiċċelebra iktar il-quddiesa, kiteb din il-wegħda: �Inħalli tgħix fija l-Qalb ta� Ġes� sakemm ma nibqax iżjed jien li ngħix, imma l-Qalb ta� Ġes� li tgħix fija, kif għexet f�Nazaret�.[128] Il-ħbiberija tiegħu ma� Ġes�, qalb ma� qalb, ma kellha xejn mid-devozzjonaliżmu intimistiku. Kienet l-għerq ta� dik il-ħajja mneżżgħa ta� Nazaret li biha Karlu ried jixbah lil Kristu u jitwaħħad miegħu. Din id-devozzjoni ħelwa lejn il-Qalb ta� Kristu kellha konsegwenzi konkreti ħafna fuq l-istil ta� ħajtu u n-Nazaret tiegħu kienet titmantna minn din ir-relazzjoni personali ħafna mal-Qalb ta� Kristu.
Santa Tereża tal-Bambin Ġes�
133. Bħal San Charles de Foucauld, Santa Tereża tal-Bambin Ġes� gawdiet mid-devozzjoni enormi li kien hemm fi Franza tas-seklu 19. Is-saċerdot Almire Pichon kien id-direttur spiritwali tal-familja tagħha u kien meqjus appostlu kbir tal-Qalb Imqaddsa. Waħda minn ħutha ħadet l-isem reliġjuż ta� �Marija tal-Qalb Imqaddsa�, u l-monasteru li fih daħlet il-Qaddisa kien iddedikat lill-Qalb Imqaddsa. Madankollu, id-devozzjoni tagħha libset xi karatteristiċi partikulari għaliha, lil hemm mix-xejriet li fihom kienet tesprimi ruħha fl-epoka.
134. Meta kellha ħmistax-il sena, sabet mod kif tiġbor fil-qosor ir-relazzjoni tagħha ma� Ġes�: �Dak li Qalbu tħabbat flimkien ma� tiegħi�.[129] Sentejn wara, meta kellmuha fuq Qalb inkurunata bix-xewk, żiedet hekk f�ittra: �Int taf li jien ma narax lill-Qalb Imqaddsa bħalma jaraha kulħadd. Jien nemmen li l-Qalb tal-Għarus tiegħi hija tiegħi biss, bħalma tiegħi hija tiegħu biss; għalhekk, jien inkellmu fis-solitudni ta� din il-qalb ma� qalb kollha għaxqa, waqt li noqgħod nistenna li �l quddiem nikkontemplah wiċċ imb wiċċ�.[130]
135. F�poeżija hija esprimiet is-sens tad-devozzjoni tagħha, aktar magħmula minn ħbiberija u fiduċja, milli sserraħ fuq is-sagrifiċċji tagħha:
�Neħtieġ qalb taqbad u tħeġġeġ bil-ħlewwa,
li tibqa� għal dejjem tiegħi r-rifda qawwija
li fija kollox, sal-istess dgħufija, tħobb�
u li lejl u nhar qatt ma titlaqni [�].
Jeħtieġ ikolli xi Alla li bniedem bħali jsir
u ħija jkun li bħali wkoll ibati jista� [�].
Aħ! Jien naf tajjeb, il-ġustizzja tagħna
f�għajnejk ebda siwi ma għandha [�].
Għalhekk, bħala purgatorju tiegħi nagħżel
in-nar iħeġġeġ ta� mħabbtek, o Qalb ta� Alla tiegħi!�.[131]
136. Forsi l-aktar test importanti biex nistgħu nifhmu t-tifsira tad-devozzjoni tagħha lejn il-Qalb ta� Kristu hu l-ittra li kitbet, tliet xhur qabel ma mietet, lill-ħabib tagħha Maurice Belli�re: �Meta nara lill-Maddalena riesqa lejn l-Imgħallem meqjum quddiem il-mistednin kollha, u taħsillu riġlejh bid-dmugħ tagħha, waqt li tmissu għall-ewwel darba, inħoss li qalbha fehmet il-kobor għammieq tal-imħabba u l-ħniena tal-Qalb ta� Ġes�, u, għalkemm il-midinba li kienet, il-Qalb kollha mħabba mhux biss kienet imħejjija li taħfrilha, iżda wkoll li titfa� fuqha b�id miftuħa l-barkiet tal-intimit� divina u terfagħha sal-ogħla qċaċet tal-kontemplazzjoni. Aħ! Għażiż Ħija ċkejken, minn meta kienet mogħtija lili l-grazzja li nifhem ukoll l-imħabba tal-Qalb ta� Ġes�, nammetti li din il-grazzja keċċiet kull biża� minn qalbi. It-tifkira ta� ħtijieti tumiljani u twassalni biex qatt ma noqgħod fuq il-qawwa tiegħi li mhix ħlief dgħufija; imma din it-tifkira lili tkellimni aktar u aktar fuq ħniena u mħabba�.[132]
137. L-imħuħ moralistiċi, li jippretendu li jistgħu jikkontrollaw il-ħniena u l-grazzja, aktarx jirraġunaw li hi setgħet tgħid dan għax kienet qaddisa, imma li wieħed midneb ma jistax jgħid dan. Meta jagħmlu hekk, ikunu jisirqu lill-ispiritwalit� ta� Tereża min-novit� sabiħa tagħha li tirrifletti l-qalba tal-Evanġelju. B�xorti ħażina, saret frekwenti f�xi ambjenti Nsara din il-fehma li nagħlqu lill-Ispirtu s-Santu fi skema li tippermettilna li jkollna kollox taħt is-superviżjoni tagħna. Madankollu, din id-Duttur għaref tal-Knisja tgiddibhom u teħodha direttament kontra din l-interpetazzjoni fqira b�dawn il-kelmiet ċari ħafna: �Li kieku wettaqt id-dnubiet kollha li jistgħu jaħsbu fihom, jien xorta waħda kien ikolli l-istess fiduċja, u kont inħoss li dan il-ħażen ta� kull xorta kien ikun bħal qatra ilma mitfugħ f�forn ta� nar l-aktar qawwi�.[133]
138. Lil Swor Marija, li kienet tfaħħarha għall-imħabba ġeneruża tagħha lejn Alla, lesta wkoll għall-martirju, tweġibha fit-tul f�ittra li llum hi waħda mill-akbar mumenti tal-istorja tal-ispiritwalit�. Din il-paġna messna naqrawha ħafna drabi tant kemm hi profonda, ċara u sabiħa. Fiha hi tgħin lil oħtha �tal-Qalb Imqaddsa� biex ma tikkonċentrax id-devozzjoni tagħha fuq aspett ta� dwejjaq, billi xi wħud kien jifhmu r-riparazzjoni bħala xi għamla ta� primat tas-sagrifiċċji jew ta� twettiq moralistiku. Imma hi tiġbor kollox fil-fiduċja bħala l-aħjar offerta, mogħġuba mill-Qalb ta� Kristu: �Ix-xewqat tiegħi għall-martirju ma huma xejn; mhumiex huma li jagħtuni l-fiduċja bla limiti li nħoss f�qalbi. Biex ngħid is-sewwa, l-għana spiritwali huwa dak li jagħmel lil wieħed mhux ġust, meta jaħseb li jista� jistrieħ fuqu fi kwiet tal-qalb u li dan ikun xi ħaġa kbira. [�] Dak li jogħġbu huwa li hu jarani nħobb iċ-ċokon u l-faqar tiegħi, u t-tama għamja li għandi fil-ħniena tiegħu. Dan huwa t-teżor waħdieni tiegħi. [�] Jekk trid tħossok ferħana, u jkollok ġibda għat-tbatija, huwa faraġ tiegħek li tkun qiegħda tfittex dan. [�] Ifhem li biex tħobb lil Ġes�, biex tkun il-vittma tiegħu ta� mħabba, aktar ma tkun dgħajfa, bla xewqat u bla virt�, aktar tkun tajba biex din l-Imħabba li teqred u tibdel kollox fiha taħdem fik! [�] O! Kemm nixtieq inkun nista� nasal biex infiehmek dak li nħoss fija jien! Hija l-fiduċja, u xejn aktar ħlief il-fiduċja, li għandha twassalna lejn l-imħabba�.[134]
139. F�ħafna mit-testi tagħha ninnotaw it-taqbida tagħha kontra xejriet ta� spiritwalit� wisq ikkonċentrati fuq l-isforz uman, fuq il-mertu personali, fuq l-offerta tas-sagrifiċċji, fuq affarijiet partikulari li nwettqu biex �nirħbu l-ġenna�. Għaliha, �il-mertu ma jinstabx filli tagħmel ħafna jew tagħti ħafna, iżda iktar filli tirċievi ħafna, tħobb ħafna�.[135] Naqraw mill-ġdid xi testi sinifikattivi ħafna li fihom tisħaq fuq din it-triq, li hi mod sempliċi u ħafif kif naslu għand il-Mulej permezz tal-qalb.
140. Hekk tikteb lil oħtha L�onie: �Niżgurak li Alla l-Imbierek hu ħafna aħjar minn kemm taħseb int: jikkuntenta ruħu b�ħarsa, b�nifs ta� mħabba. Ngħid għalija, inħossha faċli ħafna ngħix il-perfezzjoni, għax fhimt li ma għandi bżonn nagħmel xejn ħlief niggranfa mal-qalb ta� Ġes�! Int ħares lejn tfajjel, li għadu kemm weġġa� l-qalb ta� ommu. [�] Jekk bi tbissima jnewlilha d-dirgħajn ċkejkna tiegħu u jgħidilha: �Għannaqni, ma nerġax�, tista� forsi ommu ma trossux ma� qalbha bil-ħlewwa u tinsa n-nuqqasijiet tiegħu ta� tfajjel? Madankollu, hi taf tajjeb li ċ-ċkejken għażiż tagħha jerġa� jagħmilha mal-ewwel okkażjoni, imma ma jimpurtahiex: jekk hu jerġa� jfittex il-qalb tagħha, qatt ma jiġi kkastigat�.[136]
141. F�ittra oħra lil Patri Adolphe Roulland, tgħidlu: �Triqti hija kollha fiduċja u mħabba. Jien ma nifhimx lil dawk l-erwieħ li jibżgħu minn Ħabib hekk ħelu. Xi drabi, meta nkun qiegħda naqra xi trattati spiritwali li juru l-perfezzjoni permezz ta� elf xkiel u mdawra b�għadd kbir ta� illużjonijiet, l-imsejken moħħ żgħir tiegħi malajr jegħja; nagħlaq il-ktieb tal-għorrief li jkissirli rasi u jnixxifli qalbi, u naqbad f�idejja l-Iskrittura Mqaddsa. Imbagħad, kollox jidhirli mimli dawl; kelma waħda biss tikxef lil ruħi orizzonti bla tarf, il-perfezzjoni tidhirli sempliċi, u nara li huwa biżżejjed li wieħed jagħraf ix-xejn tiegħu u jintelaq f�dirgħajn Alla bħal tifel ċkejken�.[137]
142. U lir-Reverendu Maurice Belli�re, dwar wieħed ġenitur tgħidlu: �Ma nemminx li l-qalb tal-missier hieni tkun tista� tibqa� iebsa quddiem din il-fiduċja filjali ta� ibnu, li mħabbtu u s-sinċerit� tiegħu huma magħrufa minnu. B�danakollu, hu jaf li ibnu aktar minn darba kien se jerġa� jaqa� fl-istess nuqqasijiet, imma huwa dejjem lest li jaħfirlu, jekk ibnu jagħraf dejjem jieħdu min-naħa tal-qalb�.[138]
Riżonanzi fil-Kumpanija ta� Ġes�
143. Rajna kif San Klawdju de La Colombi�re rabat l-esperjenza spiritwali ta� Santa Margerita mal-proposta tal-Eżerċizzi spiritwali. Nemmen li jixraq insemmu fil-qosor il-post tal-Qalb Imqaddsa fl-istorja tal-Kumpanija ta� Ġes�.
144. L-ispiritwalit� tal-Kumpanija ta� Ġes� dejjem ipproponiet �li nsiru nafu intimament lill-Mulej biex aktar inħobbuh u nimxu warajh�.[139] Sant�Injazju jistedinna, fl-Eżerċizzi spiritwali tiegħu, biex noqogħdu quddiem l-Evanġelju li jgħidilna li �nifdulu [lil Ġes�] ġenbu bil-lanza u minnu ħareġ ilma u demm�.[140] Meta min jagħmel l-Eżerċizzi jsib ruħu quddiem il-kustat minfud ta� Kristu, Injazju jipproponilu li jidħol fil-Qalb ta� Kristu. Din hija triq biex nimmaturaw il-qalb tagħna bl-għajnuna ta� �mgħallem tal-affezzjonijiet�, skont l-espressjoni li juża San Pietru Favre f�waħda mill-ittri tiegħu lil Sant�Injazju.[141] Anki Patri Juan Alfonso de Polanco jitkellem fuq hekk fil-bijografija tiegħu ta� Sant�Injazju: �[Il-Kardinal Contarini] għaraf li f�Patri Injazju kien sab mgħallem tal-affezzjonijiet�.[142] Il-kollokji li jipproponi Sant�Injazju huma parti essenzjali minn din l-edukazzjoni tal-qalb, għax inħossu u niggustaw bil-qalb tagħna messaġġ tal-Evanġelju u nitkellmu dwaru mal-Mulej. Sant�Injazju jgħid li lill-Mulej nistgħu ngħidulu bil-ħwejjeġ tagħna u nitolbuh parir dwarhom. Kull min jagħmel l-Eżerċizzi jista� jintebaħ li fihom hemm djalogu bejn żewġt iqlub.
145. Sant�Injazju jagħlaq il-kontemplazzjonijiet tiegħu f�riġlejn il-Kurċifiss, bi stedina lil min jagħmel l-Eżerċizzi biex idur bi mħabba kbira fuq Kristu Msallab u jistaqsih, �bħalma ħabib ikellem ħabib ieħor, jew qaddej lil sidu�, x�għandu jagħmel għalih.[143] Il-mixja tal-Eżerċizzi tilħaq il-qofol tagħha fil-�Kontemplazzjoni biex naslu għall-imħabba�, li minnhom joħorġu r-radd il-ħajr u l-offerta ta� �memorja, intellett u rieda� lill-Qalb li hi għajn u bidu ta� kull ġid.[144] Dan l-għarfien interjuri tal-Mulej ma nibnuhx bil-ħiliet tagħna jew l-isforzi tagħna, imma nitolbuh b�don.
146. Din l-istess esperjenza hija l-bażi ta� katina twila ta� saċerdoti Ġiżwiti li għamlu riferiment espliċitu għall-Qalb ta� Ġes�, bħal San Franġisk Borgia, San Pietru Favre, Sant�Alfonz Rodriguez, Patri �lvarez de Paz, Patri Vincenzo Carafa, Patri Kasper Drużbicki u tant oħrajn. Fl-1883 il-Ġiżwiti ddikjaraw li �l-Kumpanija ta� Ġes� taċċetta u tilqa� bi spirtu mfawwar bil-ferħ u l-gratitudni, il-piż ħelu tassew fdat lilha minn Sidna Ġes� Kristu li tipprattika, tippromovi u xxerred id-devozzjoni lejn il-Qalb l-aktar divina tiegħu�.[145] F�Diċembru 1871, Patri Pieter Jan Beckx ikkonsagra l-Kumpanija lill-Qalb Imqaddsa ta� Ġes� u, b�xhieda tal-fatt li għadu sal-lum element tal-ħajja tal-Kumpanija, Patri Pedro Arrupe għamel hekk mill-ġdid fl-1972, b�konvinzjoni li tesprimi ruħha f�dawn il-kelmiet: �Irrid ngħid lill-Kumpanija xi ħaġa li nħoss li ma għandhiex tiskot. Sa min-novizzjat tiegħi, dejjem kont konvint li dik li aħna nsejħulha �Devozzjoni tal-Qalb Imqaddsa� tiġbor fiha espressjoni simbolika tal-qalba l-aktar profonda tal-ispirtu Injazjan, u effikaċja straordinarja � ultra quam speraverint � kemm għall-perfezzjoni tagħna u kemm għall-frott appostoliku tagħna. Għad għandi din l-istess konvinzjoni. [�] F�din id-devozzjoni nsib waħda mill-għejun l-aktar b�saħħithom tal-ħajja interjuri tiegħi�.[146]
147. Meta San Ġwanni Pawlu II stieden lill-�membri kollha tal-Kumpanija biex jippromovu b�żelu ikbar din id-devozzjoni li twieġeb iżjed minn qatt qabel għax-xewqat ta� żminijietna�, dan għamlu għaliex għaraf ir-rabtiet intimi bejn id-devozzjoni lejn il-Qalb ta� Kristu u l-ispiritwalit� Injazjana, ladarba �x-xewqa li �nagħrfu intimament lill-Mulej� u li �nżommu djalogu� miegħu, qalb ma� qalb, grazzi għall-Eżerċizzi spiritwali hi karatteristika tad-dinamiżmu spiritwali u appostoliku Injazjan, totalment għas-servizz tal-imħabba tal-Qalb ta� Alla�.[147]
Kurrent twil ta� ħajja interjuri
148. Id-devozzjoni tal-Qalb ta� Kristu terġa� tidher fil-mixja spiritwali ta� ħafna qaddisin differenti sew minn xulxin, u f�kull wieħed u waħda minnhom din id-devozzjoni tilbes aspetti ġodda. San Vinċenz de Paul, biex nagħtu eżempju wieħed, kien jgħid li dak li Alla jrid huwa l-qalb: �Alla jitlobna qabelxejn il-qalb, il-qalb: din hi l-ħaġa prinċipali. Għaliex min ma għandu xejn jista� jkollu iktar merti minn min għandu ġid kbir x�jiċċaħħad minnu? Għax min ma għandu xejn imur għandu b�aktar imħabba; u dan hu li Alla jrid b�mod għalkollox partikulari�.[148] Dan iwassalna biex naċċettaw li l-qalb tagħna tintrabat ma� dik ta� Kristu: �Soru li tagħmel kulma tista� biex tħejji qalbha għall-għaqda ma� dik tas-Sinjur Tagħna [�] liema barkiet ma tirċevix mingħand Alla!�.[149]
149. Xi drabi aħna ttentati nqisu dan il-misteru ta� mħabba bħala fatt ta� min jammirah mill-imgħoddi, bħal spiritwalit� sabiħa minn żminijiet oħra, imma rridu niftakru dejjem mill-ġdid, kif kien jgħid missjunarju qaddis, li �din il-Qalb divina li ħalliet li tiġi minfuda minn lanza tal-għadu biex setgħet issawwab minn dik il-fetħa qaddisa s-Sagramenti, mnejn ġiet imsawra l-Knisja, xorta waħda ma waqfitx tħobb�.[150] Qaddisin oħra iktar riċenti, bħal San Piju ta� Pietrelcina, Santa Tereża ta� Calcutta u ħafna oħrajn, jitkellmu b�devozzjoni ħerqana dwar il-Qalb ta� Kristu. Imma rrid infakkar ukoll l-esperjenzi ta� Santa Fawstina Kowalska, li jerġgħu jipproponu d-devozzjoni lejn il-Qalb ta� Kristu b�aċċent qawwi fuq il-ħajja glorjuża tal-Irxoxt u fuq il-ħniena divina. Fil-fatt, imqanqal minn dawn l-esperjenzi tal-qaddisa u l-wirt spiritwali tal-Isqof San J�zef Sebastian Pelczar (1842-1924),[151] San Ġwanni Pawlu II rabat b�mod qawwi r-riflessjoni tiegħu fuq il-ħniena mad-devozzjoni lejn il-Qalb ta� Kristu: �Il-Knisja b�mod speċjali tidher li qiegħda tistqarr il-ħniena ta� Alla u tqimha meta tħares lejn il-Qalb ta� Kristu. Hu proprju dan it-tqarrib lejn Kristu fil-misteru tal-Qalb tiegħu li jgħinna nieqfu fuq dan il-ħsieb [�] tar-rivelazzjoni tal-imħabba kollha ħniena tal-Missier, rivelazzjoni li kienet il-qofol tal-missjoni messjanika tal-Iben ta� Alla�.[152] L-istess San Ġwanni Pawlu II, meta jirriferi għall-Qalb Imqaddsa, irrikonoxxa b�mod tassew personali: �Lili laqtitni sa minn meta kont għadni żagħżugħ�.[153]
150. L-attwalit� tad-devozzjoni lejn il-Qalb ta� Kristu hi partikularment evidenti fil-ħidma ta� evanġelizzazzjoni u edukazzjoni ta� għadd kbir ta� kongregazzjonijiet reliġjużi femminili u maskili li sa mill-bidu tagħhom kienu mmarkati minn din l-esperjenza spiritwali Kristoloġika. Li kellna nsemmuhom kollha ma konna nispiċċaw qatt. Ħa naraw biss żewġ eżempji li qbadna minn hawn u minn hemm: �Il-Fundatur [San Daniele Comboni] sab fil-misteru tal-Qalb ta� Ġes� l-qawwa fit-tħabrik missjunarju tiegħu�.[154] �Imqanqla mill-imħabba tal-Qalb ta� Ġes�, infittxu li nseddqu l-persuni fid-dinjit� umana tagħhom u bħala wlied Alla, mibnija fuq l-Evanġelju u fuq l-esiġenzi tiegħu ta� mħabba, ta� maħfra, ta� ġustizzja u ta� solidarjet� mal-foqra u mal-imwarrbin�.[155] Bl-istess mod, is-Santwarji kkonsagrati lill-Qalb ta� Kristu, imxerrda mad-dinja, huma għajn attraenti ta� spiritwalit� u ħeġġa. Lil dawk kollha li b�xi mod jew ieħor għandhom sehem minn dawn l-imkejjen ta� fidi u ta� mħabba nagħtihom il-barka tiegħi.
Id-devozzjoni tal-faraġ
151. Il-ġerħa tal-kustat, li minnha jgelgel l-ilma ħaj, tibqa� miftuħa fl-Irxoxt. Din il-ġerħa kbira magħmula mil-lanza u l-pjagi tal-kuruna tax-xewk, li spiss jidhru fir-rappreżentazzjonijiet tal-Qalb Imqaddsa, ma tistax tifridhom minn din id-devozzjoni. Fil-fatt, fihom nikkontemplaw l-imħabba ta� Ġes� li kien kapaċi jingħata sal-aħħar. Il-qalb tal-Irxoxt iżżomm fiha dawn is-sinjali tal-għotja sħiħa tagħha nfisha, li magħha ġabet tbatija kbira, għall-imħabba tagħna. Għaldaqstant hu b�xi mod inevitabbli li min jemmen, jixxennaq li jwieġeb mhux biss għal din l-imħabba kbira, imma anki għat-tbatija li Kristu aċċetta li jġarrab għal tant imħabba.
Miegħu fuq is-Salib
152. Ta� min nerġgħu nikrupraw din l-espressjoni tal-esperjenza spiritwali li kibret madwar il-Qalb ta� Kristu: ix-xewqa interjuri li nfarrġuh. Hawn mhux se nitkellem fuq il-prattika tar-�riparazzjoni�, li naraha toqgħod aktar fil-kuntest tad-dimensjoni soċjali ta� din id-devozzjoni u li se niżviluppa fil-kapitlu li jmiss. Hawn irrid nikkonċentra biss fuq dik ix-xewqa li spiss twarrad fil-qalb ta� min jemmen u hu nnamrat, meta jikkontempla l-misteru tal-Passjoni ta� Kristu u jgħixu bħala misteru li mhux biss jiġi mfakkar, imma li bi grazzja jsir preżenti, jew aħjar, iwassalna biex inkunu mistikament preżenti għal dak il-mument feddej. Jekk l-iżjed importanti hu l-Maħbub, kif allura ma rridux infarrġuh?
153. Il-Papa Piju XI fittex li jagħti bażi għal din l-esperjenza billi stedinna nagħrfu li l-misteru tal-Fidwa permezz tal-Passjoni ta� Kristu jmur lil hemm, bi grazzja ta� Alla, minn kull distanza ta� żmien u ta� spazju, hekk li kif hu fuq is-Salib ingħata anki għad-dnubiet futuri, id-dnubiet tagħna, bl-istess mod l-għemejjel tagħna offruti llum għall-faraġ tiegħu, imorru lil hemm miż-żminijiet, u jilħqu l-Qalb minfuda tiegħu: �Jekk minħabba d-dnubiet tagħna wkoll fil-futur, imma previsti, ir-ruħ ta� Ġes� tnikktet għall-mewt, ma għandniex niddubitaw li ma ħassitx anki xi faraġ sa minn dak il-ħin meta rat ir-riparazzjoni tagħna, xħin lilu �deherlu anġlu mis-sema� (Lq 22:43) biex ifarraġ il-qalb tiegħu magħfusa min-niket u mit-tbatija. U hekk anki issa b�mod tal-għaġeb imma veru, aħna nistgħu u għandna nfarrġu dik il-Qalb Imqaddsa kontinwament miġruħa mid-dnubiet tal-bnedmin ingrati�.[156]
Ir-raġunijiet tal-qalb
154. Jista� jidher li din l-espressjoni ta� devozzjoni ma għandhiex biżżejjed bażi teoloġika, imma fir-realt� l-qalb għandha r-raġunijiet tagħha. Is-sensus fidelium iħoss li hawnhekk hawn xi ħaġa misterjuża li tmur lil hemm mil-loġika umana, u li l-Passjoni ta� Kristu mhix sempliċi fatt tal-passat: fiha nistgħu nipparteċipaw bil-fidi. Il-meditazzjoni tal-għotja li Kristu għamel tiegħu nnifsu fuq is-salib, għad-devozzjoni tal-fidili hi xi ħaġa ikbar minn sempliċi tifkira. Din il-konvinzjoni hi msejsa b�mod b�saħħtu fit-teoloġija.[157] Ma� dan inżidu l-għarfien tad-dnub tagħna, li hu refa� fuq spallejh miġruħa, u tan-nuqqas ta� ħila tagħna quddiem tant imħabba, li dejjem tgħaddina fil-wisa�.
155. Hu x�inhu, aħna nistaqsu kif inhu possibbli nidħlu f�relazzjoni ma� Kristu ħaj, irxoxt, hieni għalkollox u, fl-istess waqt, infarrġuh fil-Passjoni. Inqisu l-fatt li l-Qalb irxuxtata xorta ġġorr fiha l-ġerħa tagħha bħala memorja kontinwa u li l-azzjoni tal-grazzja tqanqal esperjenza li mhix għalkollox miżmuma fil-mument kronoloġiku. Dawn iż-żewġ konvinzjonijiet jippermettulna nammettu li qegħdin quddiem triq mistika li tmur lil hemm mit-tentattivi tar-raġuni u tesprimi dak li l-istess Kelma ta� Alla tissuġġerilna. �Imma�, jikteb il-Papa Piju XI, �kif jista� jingħad li Kristu jsaltan hieni fis-Sema, jekk jista� jiġi mfarraġ minn dawn l-atti ta� riparazzjoni? �Agħtini ruħ li tħobb, u tifhem dak li qed ngħid� (In Ioannis evangelium, XXVI, 4), inwieġbu bi kliem Wistin, li jgħodd sewwasew għal dak li qed ngħidu. Fil-fatt, kull ruħ tabilħaqq imkebbsa fl-imħabba ta� Alla, jekk bil-ħsieb tagħha tqis żmien l-imgħoddi, xħin timmedita hija tara u tikkontempla lil Ġes� jbati għall-bniedem, maħqur, qalb l-eħrex tbatijiet, �għalina l-bnedmin u għall-fidwa tagħna�, kważi mifni min-niket, mill-uġigħ u mill-moħqrijiet, anzi �misħuq minħabba fi dnubietna� (Iż 53:3), u qed ifejjaqna bil-ġrieħi tiegħu. B�verit� wisq akbar l-erwieħ qaddisa jimmeditaw dawn il-ħwejjeġ, għax id-dnubiet u l-ħażen tal-bnedmin, saru meta saru, kienu l-kawża li għaliha l-Iben ta� Alla ġie mogħti għall-mewt�.[158]
156. Dan it-tagħlim ta� Piju XI għandna nżommuh quddiem għajnejna. Fil-fatt, meta l-Iskrittura tistqarr li dawk li jemmnu u ma jgħixux skont il-fidi tagħhom �bl-istess imġiba tagħhom, jerġgħu jsallbu lill-Iben ta� Alla� (Lhud 6:6), u li meta nġarrab it-tbatijiet għall-oħrajn �jiena ntemm f�ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta� Kristu� (Kol 1:24), jew li Kristu fil-Passjoni tiegħu talab mhux biss għad-dixxipli tiegħu ta� dakinhar, imma �wkoll għal dawk li għad jemmnu fih bis-saħħa tal-kelma tagħhom� (ara Ġw 17:20), qed tgħid xi ħaġa li tkisser l-iskemi limitati tagħna. Qed turina li mhux possibbli nistabbilixxu qabel jew wara mingħajr ebda rabta bejniethom, imqar jekk il-ħsieb tagħna ma jafx kif jispjegah dan. L-Evanġelju, fid-diversi aspetti tiegħu, mhux biss xi ħaġa biex nirriflettu fuqha jew niftakruha, imma biex ngħixuha, kemm fl-opri tal-imħabba u kemm fl-esperjenzi interjuri, u dan jgħodd fuq kollox għall-misteru tal-mewt u tal-qawmien ta� Kristu. Is-separazzjonijiet temporali li l-moħħ tagħna jinqeda bihom ma jidhirx li jistgħu jħaddnu fihom il-verit� ta� din l-esperjenza tal-fidi li fuqha mibnija l-għaqda ma� Kristu fit-tbatija u fl-istess waqt il-qawwa, il-faraġ u l-ħbiberija li ngawdu mal-Irxoxt.
157. Ejjew inħarsu mela lejn l-għaqda tal-Misteru tal-Għid, fiż-żewġ aspetti tagħha li ma jistgħux jinfirdu minn xulxin u jdawlu lil xulxin. Dan il-Misteru wieħed, li jsir preżenti bi grazzja fiż-żewġ dimensjonijiet tiegħu, jippermetti li waqt li nfittxu li noffru xi ħaġa lil Kristu biex infarrġuh, l-istess tbatijiet tagħna jiġu mdawla u ttrasfigurati mid-dawl Paskwali tal-imħabba. Li jiġri hu li nkunu nieħdu sehem f�dan il-Misteru fil-ħajja konkreta tagħna, għax qabilna Kristu stess ried jieħu sehem fil-ħajja tagħna, ried jgħix minn qabel bħala ras dak li kellu jgħix il-ġisem ekkleżjali tiegħu, tant fil-ġrieħi daqskemm fil-faraġ. Meta ngħixu fil-grazzja ta� Alla, din il-parteċipazzjoni reċiproka ssir esperjenza spiritwali. Bla dubju, huwa l-Irxoxt li, bl-għemil tal-grazzja tiegħu, jagħmilha possibbli li ningħaqdu misterjożament mal-Passjoni tiegħu. Dan jafuh il-qlub ta� dawk li jemmnu u li jgħixu l-ferħ tal-qawmien, imma fl-istess waqt jixtiequ jieħdu sehem fid-destin tal-Mulej tagħhom. Huma lesti għal din il-parteċipazzjoni bit-tbatijiet, it-taħbit u l-għeja, id-delużjonijiet u l-biżgħat li jagħmlu parti minn ħajjithom. Ma jgħixux dan il-Misteru waħidhom, għax dawn il-ġrieħi huma daqstant ieħor parteċipazzjoni fid-destin tal-ġisem mistiku ta� Kristu li jterraq fil-poplu qaddis ta� Alla u li jġorr fih id-destin ta� Kristu f�kull żmien u post tal-istorja. Id-devozzjoni tal-faraġ mhix xi ħaġa maqlugħa barra mill-istorja jew astratta, imma titlaħħam fil-mixja tal-Knisja.
Is-sogħba
158. Ix-xewqa insopportabbli li nfarrġu lil Kristu, li titlaq mit-tbatija li nħossu aħna u nikkontemplaw dak li hu bata għalina, titrejjaq ukoll bl-għarfien sinċier tal-jasar li mixħutin fih, tar-rabtiet żejda, tan-nuqqas ta� ferħ fil-fidi, tat-tiftix fieragħ u, lil hemm mid-dnubiet konkreti, tan-nuqqas ta� korrispondenza tal-qalb mal-imħabba tiegħu u mal-pjanijiet tiegħu għalina. Hija esperjenza li ssaffina, għax l-imħabba għandha bżonn tat-tisfija tad-dmugħ li fl-aħħar iħalluna iktar bil-għatx ta� Alla u inqas ossessjonati bina nfusna.
159. Hekk naraw li iktar ma tkun qawwija x-xewqa li nfarrġu lill-Mulej, iktar tinżel fil-fond is-sogħba tal-qalb ta� min jemmen, li �mhix sens ta� ħtija li jixħitna mal-art, mhijiex skruplu li jipparalizza, imma niggieża ta� ġid li jaħraq ġo fina u jfejjaqna, għax il-qalb, meta tara l-ħażen tagħha u tintebaħ li hi midinba, tinfetaħ, tilqa� l-għemil tal-Ispirtu s-Santu, ilma ħaj li jċaqlaqha u joħorġilha d-dmugħ fuq ħaddejha [�]. Dan mhux biex noqogħdu nibku lilna nfusna, kif spiss inkunu ttentati nagħmlu. [�] Imma li jkollok dmugħ ta� sogħba jfisser li jiddispjaċik serjament li nikkitt lil Alla bid-dnub; ifisser nagħrfu li aħna dejjem midjuna u qatt minn fuq [�]. Bħalma qatra tħaffer ġebla, hekk id-dmugħ ftit ftit iħaffer il-qlub li bbiesu. B�dan il-mod nassistu għall-miraklu tan-niket, tan-niket it-tajjeb li jwassal għall-ħlewwa [�]. Is-sogħba mhijiex frott ix-xogħol tagħna, imma hi grazzja u bħala tali rridu nitolbuha fit-talb�.[159] Hi li nitolbu li jkollna �n-niket ma� Kristu abbandunat, it-turment ma� Kristu tturmentat, id-dmugħ, sogħba qawwija għat-tbatija kbira li Kristu bata għalija�.[160]
160. Nitlob, għalhekk, li ħadd ma jiżżuffjetta bl-espressjonijiet ta� ħeġġa fil-fidi tal-poplu qaddis u fidil ta� Alla, li fil-pjet� popolari tiegħu jfittex kif ħa jfarraġ lil Kristu. U nistieden lil kull wieħed u waħda biex jistaqsi lilu nnifsu jekk hemmx iktar razzjonalit�, iktar verit� u iktar għerf f�ċerti manifestazzjonijiet ta� din l-imħabba li tfittex kif tfarraġ lill-Mulej, milli fl-atti ta� mħabba kiesħa, distanti, ikkalkulati u minimi li kapaċi nagħmlu aħna li nippretendu li għandna fidi iżjed riflessiva, ikkultivata u matura.
Imfarrġa biex infarrġu
161. F�din il-kontemplazzjoni tal-Qalb ta� Kristu li ngħata sal-aħħar għalina aħna nirċievu l-faraġ. Id-diqa li nħossu f�qalbna tagħmel wisa� għal fiduċja sħiħa, u fl-aħħar dak li jibqa� hu gratitudni, ħlewwa, paċi; tibqa� l-imħabba tiegħu li ssaltan fil-ħajja tagħna. Is-sogħba �ma tqanqalx diqa, imma tħaffef ir-ruħ mit-toqol tagħha, għax taġixxi fil-ġerħa tad-dnub, u tiddisponina biex proprju hemm nirċievu ż-żegħila tal-Mulej�.[161] U t-tbatija tagħna tingħaqad ma� dik ta� Kristu fuq is-salib, għax meta ngħidu li bil-grazzja nistgħu negħlbu d-distanzi kollha, dan ifisser anki li Kristu, meta bata, ingħaqad mat-tbatijiet kollha tad-dixxipli tiegħu tul l-istorja. Hekk, jekk inbatu, nistgħu nħossu l-faraġ interjuri li nagħrfu li Kristu nnifsu qed ibati magħna. Mixtieqa li nfarrġuh, niġu mfarrġin aħna.
162. Imma f�ċertu punt f�din il-kontemplazzjoni tal-qalb ta� min jemmen, trid tidwi dik is-sejħa drammatika tal-Mulej: �Farrġu, farrġu l-poplu tiegħi� (Iż 40:1). U jerġgħu lura fi ħsiebna l-kelmiet ta� San Pawl, li jfakkarna li Alla jfarraġna �biex aħna, permezz tal-faraġ li bih Alla jfarraġ lilna, inkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f�kull xorta ta� hemm� (2 Kor 1:4).
163. Dan jistedinna issa biex infittxu ninżlu fil-fond tad-dimensjoni komunitarja, soċjali u missjunarja ta� kull devozzjoni awtentika lejn il-Qalb ta� Kristu. Fil-fatt, fl-istess mument li fih il-Qalb ta� Kristu twassalna għand il-Missier, hi tibgħatna għand ħutna. Fil-frott tas-servizz, il-fraternit� u l-missjoni li l-Qalb ta� Kristu tkattar fina, isseħħ ir-rieda tal-Missier. Hekk iċ-ċirku jingħalaq: �Din hi l-glorja ta� Missieri, li intom tagħmlu ħafna frott� (Ġw 15:8).
V.
MINN IMĦABBA GĦAL IMĦABBA
164. Fl-esperjenzi spiritwali ta� Santa Margerita Marija, flimkien mad-dikjarazzjoni mħeġġa ta� mħabba ta� Ġes�, insibu wkoll sejħa interjuri li ssejħilna nagħtu ħajjitna. Jekk nafu li aħna maħbuba u npoġġu l-fiduċja kollha tagħna f�din l-imħabba, dan ma jfissirx li nikkanċellaw il-ħiliet kollha tagħna li ningħataw, ma jimplikax li nagħlqu l-bieb għal dik ix-xewqa, li ma nistgħux nidfnu, li nagħtu xi tweġiba bil-ħiliet żgħar u limitati tagħna.
Lamentazzjoni u karba
165. Sa mit-tieni manifestazzjoni kbira lil Santa Margerita, Ġes� jesprimi n-niket tiegħu li l-imħabba kbira tiegħu għall-bnedmin �ma rċivietx lura ħlief ingratitudni u indifferenza�, �bruda u rifjut�. �Dan�, jgħid il-Mulej, �iġagħalni nbati iżjed minn dak kollu li batejt fil-Passjoni tiegħi�.[162]
166. Ġes� jitkellem fuq l-għatx tiegħu għall-imħabba, u jurina li l-Qalb tiegħu mhix indifferenti għar-reazzjoni tagħna għax-xewqa tiegħu: �Għandi l-għatx, għatx hekk ħerqan li li niġi maħbub mill-bnedmin fis-Santissmu Sagrament, li qed jikkonsmani. U safrattant ma nsib lil ħadd li, kif nixtieq jien, jipprova jaqtagħli l-għatx billi jwieġeb għal imħabbti�.[163] It-talba ta� Ġes� hi li jkun maħbub. Meta l-qalb li temmen, tiskropiha, it-tweġiba li toħroġ spontanjament mhijiex xi tiftixa peżanti ta� sagrifiċċji jew is-sempliċi twettiq ta� xi dmir tqil, imma kwistjoni ta� mħabba: �Irċivejt mingħand Alla tiegħi grazzji straordinarji ta� Mħabbtu; ħassejtni mqanqla mix-xewqa li npattilu lura u li nagħtih imħabba bi tweġiba għall-imħabba�.[164] Hekk jgħallem Ljun XIII, meta jikteb li, permezz tax-xbieha tal-Qalb Imqaddsa, l-imħabba ta� Kristu �tqanqalna biex għall-imħabba nwieġbu bl-imħabba�.[165]
Inwessgħu mħabbtu f�ħutna
167. Jeħtieġ nerġgħu lura għall-Kelma ta� Alla biex nagħrfu li l-aħjar tweġiba għall-imħabba tal-Qalb tiegħu hi l-imħabba għal ħutna; ma hemmx ġest ikbar li nistgħu noffrulu biex inwieġbu għall-imħabba bl-imħabba. Il-Kelma ta� Alla dan tgħidu b�ċarezza sħiħa:
�Kulma għamiltu ma� wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi� (Mt 25:40).
�Il-Liġi kollha tinġabar f�liġi waħda: �Ħobb lil għajrek bħalek innifsek� (Gal 5:14).
�Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja; dan nafuh għax inħobbu lil ħutna; min ma jħobbx jinsab fil-mewt� (1 Ġw 3:14).
�Min ma jħobbx lil ħuh li jara, kif jista� jħobb lil Alla li hu qatt ma rah?� (1 Ġw 4:20).
168. L-imħabba tal-aħwa ma nġibuhiex minn żniedna, mhijiex ir-riżultat ta� sforz naturali tagħna, imma titlob bidla tal-qalb egoista tagħna. Allura tinbet b�mod spontanju din it-talba magħrufa: �Ġes�, agħmel li l-qalb tagħna tkun tixbah lil tiegħek�. Għall-istess raġuni, l-istedina ta� San Pawl ma kinitx: �Tħabtu biex tagħmlu opri tajba�. L-istedina tiegħu kienet sewwasew: �Aħsbu bħalma kien jaħseb Kristu Ġes�� (Fil 2:5).
169. Tajjeb niftakru li fl-Imperu Ruman ħafna foqra, barranin u tant persuni oħra mwarrba kienu jsibu fl-Insara rispett, imħabba u għożża. Dan ifisser ir-raġunament tal-Imperatur apostata Ġuljanu, li kien jistaqsi għaliex l-Insara kienu daqshekk irrispettati u mfittxija, u kien iżomm li waħda mir-raġunijiet kienet l-impenn tagħhom biex jgħinu lill-foqra u l-barranin, ladarba l-Imperu kien jinjorahom u jiskterrahhom. Għal dan l-imperatur kien intollerabbli li l-foqra tiegħu ma jirċevux għajnuna min-naħa tiegħu, waqt li mbagħad l-Insara mibgħuda tant �jitimgħu lil tagħhom, u lil tagħna wkoll�.[166] F�ittra huwa jitkellem fuq kollox fuq l-ordni li joħloq istituzzjonijiet ta� għajnuna biex jikkompeti mal-Insara u jiġbed lejh ir-rispett tas-soċjet�: �Iftaħ f�kull belt diversi akkomodazzjonijiet, biex il-barranin jistgħu jgawdu mill-umanit� tagħna. [�] Darri lill-Griegi fl-opri ta� ġid�.[167] Imma hu ma rnexxilux jilħaq l-għan tiegħu, bla dubju għaliex wara dawn l-opri ma kienx hemm l-imħabba Nisranija, li kienet tippermetti li tiġi magħrufa d-dinjit� unika ta� kull persuna.
170. Ġes� identifika ruħu maż-żgħar nett fis-soċjet� (ara Mt 25:31-46), u hekk �introduċa l-karattru ġdid tal-għarfien tad-dinjit� ta� kull persuna, u anki u fuq kollox ta� dawk il-persuni li kienu meqjusa �indenji�. Dan il-prinċipju ġdid fl-istorja umana, fejn il-bniedem, aktar ma hu dgħajjef, fqir u batut, sal-punt li jitlef l-istess �figura� umana, aktar hu �denn� ta� rispett u ta� mħabba, biddel il-wiċċ tad-dinja, u welled istituzzjonijiet li jieħdu ħsieb tal-persuni li jsibu ruħhom f�qagħdiet imwiegħra: it-trabi tat-twelid abbandunati, l-iltiema, l-anzjani mitluqa waħidhom, il-morda mentali, il-persuni milquta minn mardiet li ma hemmx fejqan għalihom jew bi sfigurazzjonijiet gravi, dawk li jgħixu fit-triq�.[168]
171. Anki mill-perspettiva tal-ġerħa tal-Qalb tiegħu, jekk inħarsu lejn il-Mulej, li �rafa� fuqu d-dgħufija tagħna, u tgħabba bil-mard tagħna� (Mt 8:17), jgħinna nagħtu iktar attenzjoni lit-tbatijiet u lill-ħtiġijiet tal-oħrajn, jagħmilna iktar b�saħħitna biex nistgħu nieħdu sehem fl-opra tiegħu ta� ħelsien, bħala strumenti għat-tixrid ta� mħabbtu.[169] Jekk nikkontemplaw l-għotja li Kristu għamel tiegħu nnifsu għal kulħadd, ma nistgħux naħarbu mill-mistoqsija għaliex m�aħniex kapaċi nagħtu ħajjitna għall-oħrajn: �B�dan naslu biex nagħrfu x�inhi l-imħabba: li Ġes� Kristu ta ħajtu għalina. Aħna wkoll mela għandna nagħtu ħajjitna għall-aħwa� (1 Ġw 3:16).
Xi sejħat mill-istorja tal-ispiritwalit�
172. Din l-għaqda bejn id-devozzjoni lejn il-Qalb ta� Ġes� u l-impenn b�risq l-aħwa narawha fl-istorja tal-ispiritwalit� Nisranija. Ħa naraw xi eżempji.
Inkunu għajn għall-oħrajn
173. Ibda minn Oriġene, diversi Missirijiet tal-Knisja interpretaw it-test ta� Ġwanni 7:38 � �minnu joħorġu xmajjar ta� ilma ħaj� � bħala riferiment għal dak stess li jemmen, imqar jekk hu l-konsegwenza tal-fatt li hu stess xorob minn Kristu. Hekk l-għaqda ma� Kristu timmira mhux biss biex taqta� l-għatx tagħna, imma wkoll biex tagħmilna għajn ta� ilma frisk għall-oħrajn. Oriġene kien jgħid li Kristu jwettaq il-wegħda tiegħu u jagħmel li minna joħorġu għejun ta� ilma: �Ir-ruħ tal-bniedem, li hu xbieha ta� Alla, tista� ġġorr fiha u tipproduċi minnha bjar, għejun u xmajjar�.[170]
174. Sant�Ambroġ kien tal-parir li nixorbu minn Kristu �sakemm toktor fik l-għajn tal-ilma li jnixxi għall-ħajja ta� dejjem�.[171] U Mario Vittorino kien isostni li l-Ispirtu s-Santu jingħata b�kotra hekk kbira li �min jirċevih isir ġuf li jsawwab xmajjar ta� ilma ħaj�.[172] Santu Wistin kien jgħid li din ix-xmara li tgelgel minn min jemmen hija t-tjieba.[173] San Tumas ta� Aquino saħaq fuq din l-idea u qal li meta xi ħadd �iħaffef iqassam lill-oħrajn il-bosta doni tal-grazzja li rċieva mingħand Alla, minn ħdanu jgelgel ilma ħaj�.[174]
175. Fil-fatt, jekk �is-sagrifiċċju tas-Salib, offrut b�ruħ kollha mħabba u ubbidjenti, jagħmel tajjeb b�mod kotran u bla tarf għall-ħtijiet tal-ġeneru uman�,[175] il-Knisja, li titwieled mill-Qalb ta� Kristu, ittawwal u tikkomunika f�kull żmien u f�kull post l-effetti tal-Passjoni waħda li fdietna, li jmexxu lill-persuni lejn l-għaqda diretta mal-Mulej.
176. Fi ħdan il-Knisja, il-medjazzjoni ta� Marija, omm li tinterċedi għalina, nistgħu nifhmuha biss bħala �sehem mill-medjazzjoni waħdanija ta� Kristu�,[176] il-Feddej waħdieni, u �l-Knisja ma żżommx lura milli tistqarr din il-funzjoni subordinata ta� Marija�.[177] Fil-fatt, id-devozzjoni lejn il-qalb ta� Marija ma trid tisraq xejn mill-adorazzjoni waħdanija li tixraq lill-Qalb ta� Kristu, imma tħeġġeġ għaliha: �Is-sehem ta� Marija bħala omm bl-ebda mod ma jdallam jew inaqqas il-medjazzjoni ta� Kristu, iżda juri kemm hi qawwija�.[178] Grazzi għall-għajn immensa li tgelgel mill-kustat miftuħ ta� Kristu, il-Knisja, Marija u dawk kollha li jemmnu, b�modi differenti, isiru kanali ta� ilma ħaj. B�dan il-mod Kristu nnifsu jxerred il-glorja tiegħu fiċ-ċokon tagħna.
Fraternit� u mistika
177. San Bernard, waqt li jistedinna biex ningħaqdu mal-Qalb ta� Kristu, inqeda bl-għana ta� din id-devozzjoni biex jipproponi bidla ta� ħajja msejsa fuq l-imħabba. Hu kien tal-fehma li hi possibbli bidla tal-affettivit�, li l-pjaċiri jassru taħthom, u li ma neħilsuhiex bl-ubbidjenza għamja lejn xi kmand, imma fi tweġiba għall-ħlewwa tal-imħabba ta� Kristu. Il-ħażen jintrebaħ bit-tajjeb, il-ħażen jintrebaħ billi nikbru fl-imħabba: �Ħobb mela lill-Mulej Alla tiegħek bl-imħabba kollha ta� qalbek, ħobbu bl-attenzjoni kollha u l-għożża tar-raġuni, ħobbu mbagħad bil-qawwa kollha tiegħek; la tibżax tmut għall-imħabba tiegħu [�]. Il-Mulej Ġes� jkun twajjeb u ħelu għall-imħabba tiegħek, kontra l-ħajriet pjaċevoli imma li jirvinawk tal-ħajja tal-ġisem; il-ħlewwa tegħleb il-ħlewwa, kif musmar itajjar musmar ieħor�.[179]
178. San Franġisk de Sales kien iħalli ddawlu fuq kollox it-talba ta� Ġes�: �Tgħallmu minni, għaliex jiena ta� qalb ħelwa u umli� (Mt 11:29). B�dan il-mod, kien jgħid, bil-ħwejjeġ l-aktar sempliċi u ordinarji nisirqu qalb il-Mulej: �Ikun kuntent bina biss jekk naraw li naqduh tajjeb fil-ħwejjeġ importanti u li jispikkaw bħal fil-ħwejjeġ żgħar u bla sinifikat; kemm b�tal-ewwel u kemm b�tat-tieni, nistgħu nisirqulu qalbu [�]. Il-ġesti ċkejknin ta� kuljum ta� karit�, xi uġigħ ta� ras, uġigħ ħafif, stramberija tar-raġel jew tal-mara, vażun imkisser, xi fastidju, wiċċ imkerrah, it-telfa ta� ingwanta, ta� ċurkett, ta� maktur; dak l-isforz ċkejken biex immorru norqdu ftit aktar kmieni filgħaxija u nqumu fil-ħin filgħodu biex nitolbu, biex nitqarbnu; dik il-mistħija ċkejkna li nħossu meta nagħmlu xi att ta� devozzjoni fil-pubbliku; biex naqtagħha fil-qasir, il-kuntrarji kollha żgħar li naċċettaw u nħaddnu bi mħabba jagħtu pjaċir bla qies lit-Tjieba divina�.[180] Imma, bla dubju ta� xejn, il-muftieħ tat-tweġiba tagħna għall-imħabba tal-Qalb ta� Kristu hu l-imħabba għall-proxxmu: �imħabba stabbli, kostanti, immutabbli, li ma tiqafx fuq l-affarijiet iż-żgħar, lanqas fuq il-kwalit� jew il-kundizzjoni tal-persuni, mhijiex suġġetta għal bidliet jew antipatiji. [�] Il-Mulej tagħna jħobbna bla waqfien, jissaporti d-difetti tagħna kif ukoll l-imperfezzjonijiet tagħna; mela jeħtieġ nagħmlu l-istess fil-konfront ta� ħutna, bla qatt nixbgħu nissaportuhom�.[181]
179. San Charles de Foucauld ried jixbah lil Ġes�, jgħix bħalu, iġib ruħu bħalu, jagħmel dejjem dak li Ġes� kien jagħmel kieku kien floku. Biex iwettaq dan l-għan b�mod sħiħ, kellu bżonn jitwaħħad mas-sentimenti tal-Qalb ta� Kristu. Hekk tidher għal darb�oħra l-espressjoni �imħabba għall-imħabba�, meta jgħid: �Għandi xewqa nbati biex inpattilu bl-imħabba għall-imħabba; [�] biex nieħu sehem fil-ħidma tiegħu, noffri ruħi miegħu, minkejja li ma jien xejn, bħala sagrifiċċju, bħala vittma, għat-tqaddis tal-bnedmin�.[182] Ix-xewqa li jwassal l-imħabba ta� Ġes�, it-tħabrik missjunarju tiegħu fost l-iktar foqra u minsija tal-art, wassluh biex jagħżel bħala motto Iesus Caritas, bis-simbolu tal-Qalb ta� Kristu b�salib fuqha.[183] Ma kinitx xi deċiżjoni superfiċjali: �Bil-qawwa kollha tiegħi rrid nuri, nipprova lil dawk l-aħwa foqra li tilfu t-triq, li r-reliġjon tagħna hi kollha mħabba, kollha fraternit�, li l-emblema tagħha hi Qalb�.[184] U x-xewqa tiegħu kienet li flimkien ma� aħwa oħra jmur joqgħod �il-Marokk f�isem il-Qalb ta� Ġes��.[185] Hekk l-opra tagħhom ta� evanġelizzazzjoni ssir dawl għall-oħrajn: �L-imħabba għandha tiddi mill-fraternit�, kif tiddi mill-qalb ta� Ġes��.[186] Din ix-xewqa għamlitu ftit ftit ħu kulħadd, għax, waqt li ħalla l-Qalb ta� Kristu tagħġnu fiha, xtaq jilqa� fil-qalb fraterna tiegħu l-umanit� kollha fit-tbatija: �Il-qalb tagħna, bħal dik tal-Knisja, bħal dik ta� Ġes�, għandha tħaddan fiha lill-bnedmin kollha�.[187] �L-imħabba tal-Qalb ta� Ġes� għall-bnedmin, din l-imħabba li hu juri fil-Passjoni tiegħu, araw, din li għandu jkollna għall-bnedmin kollha�.[188]
180. Dun Huvelin, direttur spiritwali ta� San Charles de Foucauld, kien jgħid li �meta s-Sinjur tagħna jgħammar f�qalb, jagħtiha dawn is-sentimenti, u din il-qalb titbaxxa lejn iċ-ċkejknin. Hekk kienet id-dispożizzjoni tal-qalb ta� Vinċenz de Paul. [�] Meta s-Sinjur tagħna jgħammar fir-ruħ ta� saċerdot, jagħtiha inklinazzjoni għall-foqra�.[189] Importanti ninnutaw kif din il-ħajja mogħtija ta� San Vinċenz, li Dun Huvelin fisser, ukoll kienet imseddqa mid-devozzjoni lejn il-Qalb ta� Kristu. Vinċenz kien jistieden lin-nies biex jisiltu �mill-qalb tal-Mulej tagħna xi kelma ta� faraġ għall-imsejken marid�.[190] Biex dan iseħħ, hemm bżonn li l-qalb ta� dak li jkun tiġi mibdula mill-imħabba u mill-ħlewwa tal-Qalb ta� Kristu, u San Vinċenz kien itenni ħafna din il-konvinzjoni fil-prietki tiegħu u fil-pariri li jagħti, tant li għamilha element li jispikka fil-Kostituzzjonijiet tal-Kongregazzjoni tiegħu: �Kulħadd iħabrek kemm jista� biex jitgħallem din il-lezzjoni li għallimna Ġes�: �Tgħallmu minni, għax jiena ta� qalb ħelwa u umli�; u jżomm f�moħħu li, kif jgħid Hu stess, bil-ħlewwa tal-qalb ikollna b�wirtna l-art, għax bil-prattika ta� din il-virt� nirbħu l-qlub tal-bnedmin biex indawruhom lejn Alla, ħaġa li ma jistax jikseb min iġib ruħu mal-proxxmu b�mod iebes u aħrax�.[191]
Ir-riparazzjoni: nibnu fuq it-tifrik
181. Dan kollu jippermettilna nifhmu, fid-dawl tal-Kelma ta� Alla, x�tifsira għandna nagħtu lir-�riparazzjoni� offruta lill-Qalb ta� Kristu, x�jistenna tassew il-Mulej li aħna npattulu bl-għajnuna tal-grazzja tiegħu. Intqal ħafna dwar dan, imma San Ġwanni Pawlu II offra tweġiba ċara biex jorjenta lilna l-Insara tal-lum lejn spirtu ta� riparazzjoni iżjed f�sintonija mal-Evanġelju.
Tifsira soċjali tar-riparazzjoni lill-Qalb ta� Kristu
182. San Ġwanni Pawlu II fisser li, jekk flimkien noffru lilna nfusna lill-Qalb ta� Kristu, �fuq it-tifrik miġmugħ mill-mibegħda u mill-vjolenza, tista� tinbena ċ-ċivilt� tal-imħabba tant mixtieqa, is-saltna tal-qalb ta� Kristu�; dan ċertament jimplika li jkollna l-ħila �ngħaqqdu mal-imħabba ta� wlied lejn Alla, l-imħabba tal-proxxmu�; għalhekk, �din hi l-vera riparazzjoni mitluba mill-Qalb tal-Feddej�.[192] Flimkien ma� Kristu, fuq it-tifrik li aħna nħallu f�din id-dinja bid-dnub tagħna, aħna msejħin nibnu ċivilt� ġdida tal-imħabba. Dan ifisser li nagħmlu riparazzjoni kif tistenna minna l-Qalb ta� Kristu. Qalb id-diżastru li jħalli l-ħażen, il-Qalb ta� Kristu riedet li tiġi bżonn tal-kollaborazzjoni tagħna biex nibnu mill-ġdid it-tajjeb u s-sabiħ.
183. Hi ħaġa ċerta li kull dnub jagħmel ħsara lill-Knisja u lis-soċjet�, u għalhekk �kull dnub għandu [�] il-karattru ta� dnub soċjali�, anki jekk dan jgħodd fuq kollox għal xi dnubiet li �minħabba l-istess oġġett tagħhom, huma vjolenza diretta kontra l-proxxmu�.[193] San Ġwanni Pawlu II fisser li r-ripetizzjoni ta� dawn id-dnubiet kontra l-oħrajn tispiċċa ħafna drabi biex issaħħaħ �struttura ta� dnub� li tħalli effett fuq l-iżvilupp tal-popli.[194] Dak spiss jagħmel parti minn mentalit� dominanti li tqis normali jew razzjonali dak li fir-realt� hu biss egoiżmu u indifferenza. Dan il-fenomenu nistgħu nsejħulu aljenazzjoni soċjali: �Hi aljenata s-soċjet� li, fl-għamliet tagħha ta� organizzazzjoni soċjali, ta� produzzjoni u ta� konsum, tagħmel iktar diffiċli t-twettiq ta� dan id-don u l-bini ta� din is-solidarjet� bejn il-bnedmin�.[195] Mhijiex biss norma morali dik li twassalna biex nieqfu kontra dawn l-istrutturi soċjali aljenati, biex nikxfu l-qerq tagħhom u biex inġibu dinamiżmu soċjali li jerġa� jfittex u jibni t-tajjeb, imma hija l-istess �konverżjoni tal-qalb� li �timponi l-obbligu�[196] li nsewwu strutturi bħal dawn. Hija t-tweġiba tagħna għall-Qalb ta� Ġes� Kristu li tħobbna u tgħallimna nħobbu.
184. Proprju għax ir-riparazzjoni evanġelika fiha sinifikat qawwi soċjali, l-għemejjel tagħna ta� mħabba, ta� qadi, ta� rikonċiljazzjoni, biex ikunu tassew ta� riparazzjoni, iridu jkunu mħeġġin u mmotivati minn Kristu, irid ikun hu li jagħmilhom possibbli. Mill-ġdid San Ġwanni Pawlu II kien jgħid li biex tibni ċ-ċivilt� tal-imħabba l-umanit� tal-lum għandha bżonn tal-Qalb ta� Kristu.[197] Ir-riparazzjoni Nisranija ma nistgħux nifhmuha biss bħala ġabra ta� opri minn barra, li xorta waħda huma indispensabbli u xi drabi ammirevoli. Din tesiġi spiritwalit�, ruħ, sens li jagħtuha qawwa, enerġija u kreattivit� bla heda. Għandha bżonn tal-ħajja, tan-nar u tad-dawl li jiġu mill-Qalb ta� Kristu.
Insewwu l-qlub midruba
185. Mill-bqija, riparazzjoni li ssir biss minn barra mhix biżżejjed la għad-dinja u lanqas għall-Qalb ta� Kristu. Jekk kull wieħed u waħda jaħseb fid-dnubiet tiegħu u fil-konsegwenzi tiegħu fuq l-oħrajn, jiskopri li t-tpattija għall-ħsara li tkun saret lil din id-dinja timplika anki x-xewqa li jsewwi l-qlub midruba, fejn saret l-ikbar ħsara, l-iktar ġerħa li tuġa�.
186. Spirtu ta� riparazzjoni �jistedinna nittamaw li kull ġerħa tista� titfejjaq, anki jekk hi fonda. Riparazzjoni sħiħa xi drabi tidher impossibbli, meta ġid jew persuni għeżież ikunu ntilfu għalkollox jew meta ċerti istituzzjonijiet ikunu saru irriversibbli. Imma l-intenzjoni li nsewwu u li nagħmlu dan konkretement hi essenzjali għall-proċess ta� rikonċiljazzjoni u għar-ritorn tal-paċi fil-qalb�.[198]
Is-sabiħ li nitolbu maħfra
187. L-intenzjoni tajba mhix biżżejjed; huwa indipensabbli dinamiżmu interjuri ta� xewqa li tqanqal konsegwenzi esterni. Sostanzjalment, �ir-riparazzjoni, biex tkun Nisranija, biex tmiss il-qalb tal-persuna li ġiet offiża u ma tkunx biss sempliċi att ta� ġustizzja komutattiva, tippresupponi żewġ atteġġjamenti impenjattivi: li nagħrfu li aħna ħatja u li nitolbu maħfra. [�] Huwa minn dan l-għarfien onest tad-deni li nkunu għamilna lil ħuna, u mis-sentiment profond u sinċier li l-imħabba ġiet midruba, li tinbet ix-xewqa li wieħed jirripara�.[199]
188. Ma għandniex naħsbu li l-għarfien tad-dnub tagħna quddiem l-oħrajn hu xi ħaġa li tbaxxina jew tagħmel ħsara lid-dinjit� umana tagħna. Bil-maqlub, tfisser li nieqfu nigdbu lilna nfusna, tfisser li nagħrfu l-istorja tagħna hekk kif inhi, immarkata mid-dnub, fuq kollox meta għamilna d-deni lil ħutna: �Li nakkużaw lilna nfusna jagħmel parti mill-għerf Nisrani. [�] Dan jogħġob lill-Mulej, għax il-Mulej jilqa� l-qalb niedma�.[200]
189. Tagħmel parti minn dan l-ispirtu ta� riparazzjoni d-drawwa li nitolbu maħfra lil ħutna, li hu qlubija kbira qalb id-dgħufijiet tagħna. Li nitolbu maħfra hu mod kif infejqu r-relazzjonijiet għax �jerġa� jiftaħ id-djalogu u juri r-rieda li nerġgħu nsibu r-rabta fl-imħabba fraterna. [�] Imiss il-qalb ta� ħuna, ifarrġu u jqanqal fih ir-rieda li jrodd il-maħfra mitluba�. Hekk, �jekk dak li ma jistax jissewwa ma nistgħux inpattu għalih kompletament, l-imħabba dejjem tista� terġa� titwieled, u hekk il-ġerħa tkun sopportabbli�.[201]
190. Qalb li kapaċi jisgħobbiha tista� tikber fil-fraternit� u fis-solidarjet�, għax �min ma jibkix, jaqa� lura, jixjieħ minn ġewwa, filwaqt li min jilħaq talba iżjed sempliċi u intima, magħmula minn adorazzjoni u tqanqil quddiem Alla, dak jimmatura. Jintrabat dejjem inqas miegħu nnifsu u iżjed ma� Kristu, u jsir fqir fl-ispirtu. B�dan il-mod iħossu iżjed qrib tal-foqra, il-magħżulin ta� Alla�.[202] B�konsegwenza ta� dan, jinbet spirtu awtentiku ta� riparazzjoni, għax �min jisgħobbih f�qalbu jħossu iżjed ħu l-midinbin kollha tad-dinja, iħossu iżjed ħuhom, bla ebda ħjiel ta� superjorit� jew ġudizzju aħrax, imma dejjem bix-xewqa li jħobb u jsewwi�.[203] Din is-solidarjet� mnissla mis-sogħba fl-istess waqt tagħmel ir-rikonċiljazzjoni ħaġa possibbli. Il-persuna li għandha l-ħila jisgħobbiha, �flok tinkorla u tieħu skandlu minħabba l-ħażen li jagħmlu l-aħwa, tibki għal dnubiethom. Ma tiskandalizzax ruħha. B�xi mod l-affarijiet iduru bil-maqlub, fejn it-tendenza naturali li nkunu ħanina magħna nfusna u inflessibbli mal-oħrajn tinqaleb ta� taħt fuq u, bi grazzja ta� Alla, insiru sodi magħna nfusna u ħanina mal-oħrajn�.[204]
Ir-riparazzjoni: it-twessigħ tal-Qalb ta� Kristu
191. Hemm mod ieħor kumplimentari kif nifhmu r-riparazzjoni, fejn nistgħu npoġġuha f�relazzjoni iktar diretta mal-Qalb ta� Kristu, mingħajr ma neskludu minn din ir-riparazzjoni l-impenn konkret lejn ħutna li dwarhom tkellimna.
192. F�kuntest ieħor jien affermajt li �b�xi mod, hu [Alla] ried jillimita lilu nnifsu billi ħalaq dinja li għandha bżonn tikber, fejn ħafna ħwejjeġ li aħna nqisuhom ħżiena, perikli u għejun ta� tbatija, fis-sewwa kollu jagħmlu parti minn dak l-uġigħ tal-ħlas, li jixprunawna biex nikkollaboraw mal-Ħallieq�.[205] Il-kollaborazzjoni tagħna tista� tippermetti lill-qawwa u lill-imħabba ta� Alla li tixtered fil-ħajja tagħna u fid-dinja, waqt li r-rifjut u l-indifferenza jistgħu jżommuh. Xi espressjonijiet bibliċi dan jesprimuh metaforikament, bħal meta Alla jgħid: �Jekk trid terġa� lura, Iżrael, erġa� ejja għandi� (Ġer 4:1). Jew meta, quddiem ir-rifjut tal-poplu tiegħu, jgħid: �Daret għalija qalbi, tqanqlet bil-bosta ħnienti� (Hos 11:8).
193. Imqar jekk mhux possibbli nitkellmu fuq tbatija ġdida ta� Kristu glorjuż, �il-Misteru tal-Għid ta� Kristu [�] u dak kollu li hu Kristu, u dak kollu li għamel u bata għall-bnedmin kollha, għandu sehem mill-eternit� ta� Alla u għalhekk iħaddan iż-żminijiet kollha u jagħmilhom kollha �llum��.[206] Imma nistgħu ngħidu li hu stess aċċetta li jillimita l-glorja mifruxa tal-qawmien tiegħu, li jrażżan it-tixrid tal-imħabba immensa u mkebbsa tiegħu biex iħalli wisa� għall-koperazzjoni ħielsa tagħna mal-Qalb tiegħu. Tant hu reali dan li r-rifjut tagħna jwaqqaf dan l-impuls ta� għotja tiegħu, l-istess kif il-fiduċja tagħna u l-offerta tagħna nfusna tiftaħ spazju, toffri kanal ħieles minn kull xkiel għat-tiswib tal-imħabba tiegħu. Ir-rifjut tagħna jew l-indifferenza tagħna jillimitaw l-effetti tal-qawwa tiegħu u l-frott tal-imħabba tiegħu fina. Jekk ma jsibx fija fiduċja u ftuħ, l-imħabba tiegħu tiġi mċaħħda � għax hu stess hekk ried � mit-twessigħ tagħha fil-ħajja tiegħi, li hi unika u irripetibbli, u fid-dinja li fiha hu jsejjaħli biex nagħmlu preżenti. Dan mhux ġej minn xi dgħufija tiegħu, imma mil-libert� bla tarf tiegħu, mill-qawwa paradossali tiegħu u mill-perfezzjoni ta� mħabbtu għal kull wieħed u waħda minna. Meta l-omnipotenza ta� Alla tidher fid-dgħufija tal-libert� tagħna, �il-fidi biss tista� tagħrafha�.[207]
194. Fil-fatt, Santa Margerita Marija tirrakkonta li, f�waħda mill-manifestazzjonijiet ta� Kristu, hu kellimha fuq il-Qalb tiegħu mfawra bl-imħabba għalina, li �għax ma tistax iżżomm aktar fiha nfisha l-fjammi tal-Imħabba mkebbsa tagħha, tħoss il-bżonn li xxerridha�.[208] Ladarba l-Mulej, li kollox jista�, fil-libert� divina tiegħu ried li jiġi bżonn tagħna, bir-riparazzjoni nkunu nneħħu x-xkiel li aħna stess poġġejna għat-twessigħ tal-imħabba ta� Kristu fid-dinja bin-nuqqasijiet tagħna ta� fiduċja, gratitudni u ġenerożit�.
L-offerta lill-Imħabba
195. Biex nirriflettu aħjar fuq dan il-misteru, tiġi tgħinna mill-ġdid l-ispiritwalit� mdawla ta� Santa Tereża tal-Bambin Ġes�. Hi kienet taf li xi persuni kienu żviluppaw xejra estrema ta� riparazzjoni, bir-rieda tajba li jingħataw għall-oħrajn, li kienet tikkonsisti f�li joffru lilhom infushom bħala xi għamla ta� �kalamita tas-sajjetti� biex tista� sseħħ il-ġustizzja divina: �Kont qiegħda naħseb fl-erwieħ li joffru lilhom infushom bħala vittmi tal-Ġustizzja ta� Alla sabiex idawru fuqhom il-kastigi merfugħin għall-ħatja�.[209] Imma, tidher kemm tidher ammirevoli din l-offerta, hi ma tantx kienet konvinta minnha: �Kont wisq �il bogħod milli nħoss li nista� nasal biex nagħmilha jien�.[210] Din l-insistenza fuq il-ġustizzja divina wasslet għall-ħsieb li s-sagrifiċċju ta� Kristu ma kienx sħiħ jew kien biss effikaċi parzjalment, jew li l-ħniena tiegħu ma kinitx kbira biżżejjed.
196. Bl-intenzjoni spiritwali tagħha Santa Tereża skopriet li hemm mod ieħor kif noffru lilna nfusna, li fih ma hemmx bżonn naqtgħu l-għatx tal-ġustizzja divina, imma nħallu lill-imħabba bla tarf tal-Mulej tixtered mingħajr xkiel: �O Alla tiegħi! Dik l-Imħabba mmaqdra tiegħek sejra tibqa� magħluqa f�Qalbek? Jidhirli li, kieku kellek issib erwieħ li joffru lilhom infushom bħala vittmi ta� sagrifiċċju lil Imħabbtek, int kont ittemmhom malajr; jidhirli li int kont tibqa� hieni li ma żżommx lura l-mewġ ta� ħlewwa bla qies li jinsab fik�.[211]
197. Ma hemm xejn xi nżidu mas-sagrifiċċju waħdieni tal-fidwa ta� Kristu, imma hu minnu li r-rifjut tal-libert� tagħna ma jħallix lill-Qalb ta� Kristu twessa� f�din id-dinja l-�mewġiet tal-ħlewwa bla tarf� tagħha. U għalhekk li l-Mulej innifsu jrid jirrispetta din il-possibbilt�. Huwa dan, iktar milli l-ġustizzja divina, li jħasseb il-qalb ta� Santa Tereża tal-Bambin Ġes�, għax għaliha l-ġustizzja tinftiehem biss fid-dawl tal-imħabba. Rajna li hi kienet tadura l-perfezzjonijiet kollha divini permezz tal-ħniena, u hekk kienet tarahom ittrasfigurati, jiddu bl-imħabba. Kienet tgħid: �Saħansitra l-istess Ġustizzja (u forsi din aktar mill-oħrajn kollha) tidhirli mlibbsa bl-imħabba�.[212]
198. U hekk jitwieled l-att ta� offerta tagħha, mhux lill-ġustizzja divina, imma lill-Imħabba ħanina: �Noffri lili nnifsi bħala vittma ta� sagrifiċċju lill-Imħabba kollha ħniena tiegħek, waqt li nitolbok bil-ħniena li ttemmni bla heda, billi tħalli jfuru f�ruħi l-ħalel ta� ħlewwa bla tarf li jinsabu magħluqa fik; u hekk, inkun nista� nsir Martri tal-Imħabba tiegħek, o Alla tiegħi!�.[213] Importanti ninnotaw li hawn mhux biss inkunu nippermettu lill-Qalb ta� Kristu li xxerred il-ġmiel tal-imħabba tagħha fil-qalb tagħna, permezz ta� fiduċja totali, imma anki li permezz tal-ħajja tagħna tasal għand l-oħrajn u tibdel id-dinja: �Fil-Qalb tal-Knisja, Ommi, jiena nkun l-Imħabba! [�] U hekk tkun seħħet il-ħolma tiegħi�.[214] Iż-żewġ aspetti huma magħqudin ma� xulxin b�mod li ma jistax jinfired.
199. Il-Mulej aċċetta l-offerta tagħha. Fil-fatt, xi żmien wara hi stess uriet imħabba intensa lejn l-oħrajn u stqarret li kienet ġejja mill-Qalb ta� Kristu mwessgħa permezz tagħha. Hekk qalet lil oħtha L�onie: �Jiena nħobbok għal elf darba iżjed milli l-aħwa soltu jħobbu lil xulxin, għax nista� nħobbok bil-Qalb tal-Għarus tagħna tas-Sema�.[215] U xi żmien wara qalet lil Maurice Belli�re: �Kemm nixtieq nista� nagħmel li int tasal biex tifhem il-ħlewwa tal-Qalb ta� Ġes� u x�jistenna minnek hu�.[216]
Integrit� u armonija
200. Ħuti, nipproponi li niżviluppaw din ix-xejra ta� riparazzjoni, li tfisser, fl-aħħar mill-aħħar, li noffru lill-Qalb ta� Kristu possibbilt� ġdida li xxerred f�din id-dinja l-fjammi tal-ħlewwa mkebbsa tagħha. Jekk hu minnu li r-riparazzjoni timplika x-xewqa li nagħmlu tajjeb għall-weġgħat li b�kull mod saru lill-Imħabba mhux maħluqa, għax ninsewha jew għax noffenduha,[217] l-aħjar mod hu li l-imħabba tagħna toffri lill-Mulej possibbilt� li titwessa� bi tpattija għal dawk id-drabi li fihom ġiet irrifjutata jew miċħuda. Dan iseħħ jekk immorru lil hemm mis-sempliċi �faraġ� lil Kristu li dwaru tkellimna fil-kapitlu li għadda, u dan jittraduċi ruħu f�għemejjel ta� mħabba fraterna li biha nieħdu ħsieb tal-ġrieħi tal-Knisja u tad-dinja. B�dan il-mod inkunu noffru espressjonijiet ġodda lill-qawwa tal-Qalb ta� Kristu li kapaċi ġġedded.
201. Iċ-ċaħdiet u t-tbatijiet mitluba minn dawn l-għemejjel ta� mħabba għall-proxxmu jorbtuna mal-passjoni ta� Kristu, u aħna u nbatu ma� Kristu f��dik il-kruċifissjoni mistika li dwarha jitkellem l-Appostlu, wisq aktar frott kotran ta� propizjazzjoni u ta� espjazzjoni nistgħu naħsdu għalina u għall-oħrajn�.[218] Kristu waħdu jsalvana bis-sagrifiċċju tiegħu fuq is-salib għalina, hu biss jifdi, għax �wieħed hu Alla, u wieħed hu l-medjatur bejn Alla u l-bniedem, il-Bniedem Kristu Ġes�, li ta lilu nnifsu bħala prezz tal-fidwa għal kulħadd� (1 Tim 2:5-6). Ir-riparazzjoni li noffru hi parteċipazzjoni aċċettata b�mod ħieles fl-imħabba feddejja tiegħu u fis-sagrifiċċju waħdieni tiegħu. Hekk intemmu f�ġisimna �dak li jonqos mit-tbatijiet ta� Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja� (Kol 1:24), u hu Kristu nnifsu li jtawwal fina l-effetti tal-għotja sħiħa tiegħu fl-imħabba.
202. It-tbatijiet spiss għandhom x�jaqsmu mal-jien miġruħ tagħna, imma hi sewwasew l-umilt� tal-Qalb ta� Kristu li turina t-triq biex niċċekknu. Alla ried jiġi għandna billi jixxejjen, isir ċkejken. Dan diġ� jgħallmu t-Testment il-Qadim b�diversi metafori li juru Alla li jidħol fiċ-ċokon tal-istorja u jħalli l-poplu tiegħu jirrifjutah. L-imħabba tiegħu titħallat mal-ħajja ta� kuljum tal-poplu maħbub u jsir tallab għal tweġiba, bħallikieku qed jitlob il-permess biex juri l-glorja tiegħu. Min-naħa l-oħra, �forsi darba waħda, bi kliemu, il-Mulej Ġes� fakkar fil-qalb tiegħu. U wera din il-karatteristika unika: �ħelwa u umli�. Bħallikieku ried jgħid li b�din it-triq biss irid jirbaħ lill-bniedem għalih�.[219] Meta Kristu qal: �Tgħallmu minni, għax jiena ta� qalb ħelwa u umli� (Mt 11:29), hu wriena li �biex jesprimi ruħu għandu bżonn taċ-ċokon tagħna, illi aħna nitbaxxew�.[220]
203. F�dan li għedna importanti ninnotaw diversi aspetti inseparabbli, għax dawn l-azzjonijiet ta� mħabba lejn il-proxxmu, biċ-ċaħdiet, is-sagrifiċċji personali, it-tbatijiet u t-taħbit kollha li jġibu magħhom, iwettqu din il-funzjoni meta huma misjuqa mill-imħabba ta� Kristu nnifsu. Hu jagħtina li nħobbu bħalma ħabb hu u hekk hu stess iħobb u jaqdi permezz tagħna. Jekk minn banda jidher qed jiċċekken, jixxejjen, għax ried juri mħabbtu bil-ġesti tagħna, tal-ieħor, fl-iktar opri sempliċi ta� ħniena, il-Qalb tiegħu hi gglorifikata u turi l-kobor kollu tagħha. Qalb ta� bniedem li tagħmel wisa� għall-imħabba ta� Kristu permezz tal-fiduċja totali u tippermettilu jkompli jitwessa� fil-ħajja tagħha bin-nar tiegħu, issir kapaċi tħobb lill-oħrajn bħal Kristu, billi tiċċekken u tkun qrib ta� kulħadd. Hekk Kristu jaqta� l-għatx tiegħu u jxerred b�mod glorjuż fina u permezz tagħna l-fjammi tal-ħlewwa ħerqana tiegħu. Ninnotaw l-armonija sabiħa li hemm f�dan kollu.
204. Fl-aħħar nett, biex nifhmu din id-devozzjoni fl-għana kollu tagħha, irridu nżidu, aħna u naqbdu mill-ġdid dak li għedna fuq id-dimensjoni Trinitarja tagħha, li r-riparazzjoni ta� Kristu bħala essri uman noffruha lill-Missier bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu fina. Għalhekk, ir-riparazzjoni tagħna lill-Qalb ta� Kristu fl-aħħar mill-aħħar qed nagħmluha lill-Missier, li jitgħaxxaq jarana magħqudin ma� Kristu meta noffru lilna nfusna bih, miegħu u fih.
Ngħinu lid-dinja tinnamra
205. Il-proposta Nistranija hi attraenti meta tista� tingħax u tiġi mmanifestata b�mod integrali: mhux bħala sempliċi kenn f�sentimenti reliġjużi jew f�riti li jgħammxu l-għajnejn. X�qima nkunu nagħtu lil Kristu jekk nikkuntentaw ruħna biss b�relazzjoni individwali mingħajr interess li ngħinu lill-oħrajn biex ibatu inqas u jgħixu aħjar? Forsi tieħu pjaċir il-Qalb li tant ħabbet jekk nibqgħu magħluqa f�esperjenza reliġjuża intima, mingħajr konsegwenzi fraterni u soċjali? Inkunu onesti u naqraw il-Kelma ta� Alla b�mod sħiħ. Imma għal din ir-raġuni ngħidu wkoll li lanqas hi biss promozzjoni soċjali nieqsa minn sinifikat reliġjuż, li fl-aħħar tfisser li nixtiequ għall-bniedem inqas minn dak li Alla jrid jagħtih. Huwa għalhekk li rridu nagħlqu dan il-kapitlu billi nfakkru d-dimensjoni missjunarja tal-imħabba tagħna għall-Qalb ta� Kristu.
206. San Ġwanni Pawlu II, barra li jitkellem fuq id-dimensjoni soċjali tad-devozzjoni lejn il-Qalb ta� Kristu, jirriferi għar-�riparazzjoni, li hi koperazzjoni appostolika fis-salvazzjoni tad-dinja�.[221] Bl-istess mod, il-konsagrazzjoni lill-Qalb ta� Kristu �għandha titpoġġa qrib l-azzjoni missjunarja tal-Knisja nfisha, għax twieġeb għax-xewqa tal-Qalb ta� Ġes� li jxerred fid-dinja, permezz tal-membri tal-Ġisem tiegħu, l-għotja sħiħa tiegħu għas-Saltna�.[222] B�konsegwenza ta� dan, permezz tal-Insara, �l-imħabba tissawwab fil-qlub tal-bnedmin, biex jinbena l-ġisem ta� Kristu li hi l-Knisja u tinbena wkoll soċjet� ta� ġustizzja, paċi u fraternit��.[223]
207. Il-fjammi ta� mħabba tal-Qalb ta� Kristu jkomplu jixterdu wkoll fil-ħidma missjunarja tal-Knisja, li twassal il-bxara tal-imħabba ta� Alla murija fi Kristu. San Vinċenz de Paul dan kien jgħallmu tajjeb ħafna meta kien jistieden lid-dixxipli tiegħu jiitolbu lill-Mulej �din il-qalb, din il-qalb li teħodna kullimkien, din il-qalb tal-Iben ta� Alla, il-qalb ta� Sidna, [�] li tħejjina biex immorru, kif kien imur hu [�] u tibgħat lilna wkoll bħalhom [l-Appostli] biex inwasslu kullimkien in-nar�.[224]
208. San Pawlu VI idur fuq il-Kongregazzjonijiet li jxerrdu d-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa, u jfakkar li �ma hemmx dubju li l-impenn pastorali u ż-żelu missjunarju jitkebbsu b�mod l-aktar ħaj, jekk, saċerdoti u fidili, bl-għan li jxerrdu l-glorja ta� Alla, jikkontemplaw l-eżempju tal-imħabba eterna li Kristu wriena, u jwettqu l-isforzi tagħhom biex idaħħlu parteċipi lill-bnedmin kollha fl-għana bla qies ta� Kristu�.[225] Għad-dawl tal-Qalb Imqaddsa, il-missjoni ssir kwistjoni ta� mħabba, u l-ikbar riskju f�din il-missjoni hu li jingħadu u jsiru ħafna affarijiet, imma ma jirnexxilniex inwasslu għal-laqgħa hienja mal-imħabba ta� Kristu li tħaddan u li ssalva.
209. Il-missjoni, mifhuma fil-perspettiva li xxerred l-imħabba tal-Qalb ta� Kristu, titlob missjunarji nnamrati, li jħallu mill-ġdid lil Kristu jirbaħhom għalih u li ma jistgħux ħlief ixerrdu din l-imħabba li bidlitilhom ħajjithom. Għalhekk jitnikktu jaraw min jitlef il-ħin jiddiskuti kwistjonijiet sekondarji jew jimponi veritajiet u regoli, għax il-preokkupazzjoni prinċipali tagħhom hi li jikkomunikaw dak li jgħixu u, fuq kollox, li l-oħrajn jistgħu jaraw it-tjieba u l-ġmiel tal-Maħbub fl-isforzi fqajrin tagħhom. Mhux dan li jgħaddi minnu kull innamrat? Ta� min jaqbad, ngħidu aħna, il-kelmiet li bihom Dante Alighieri, innamrat, ipprova jesprimi din il-loġika:
�Nistqarr, meta naħseb fuq is-siwi tagħha,
l-Imħabba hekk ħelwa ġġagħalni nħoss
li jekk il-kuraġġ ma jonqosnix,
lil kulħadd inwassal biex iħobb�.[226]
210. Li jitkellem dwar Kristu, bix-xhieda jew bil-kelma, b�mod li l-oħrajn ma jridux jagħmlu sforz kbir biex iħobbuh, din hi l-ikbar xewqa ta� missjunarju tar-ruħ. Ma hemmx proselitiżmu f�din id-dinamika ta� mħabba: il-kelmiet tal-innamrat ma jdejqux, ma jimponux, ma jisfurzawx, imma biss iwasslu lill-oħrajn biex jistaqsu kif inhi possibbli mħabba bħal din. Bl-ikbar rispett lejn il-libert� u d-dinjit� tal-ieħor, l-innamrat sempliċiment jittama li jkun jista� jirrakkonta din il-ħbiberija li timlielu ħajtu.
211. Kristu qed jitolbok, mingħajr ma tonqos mill-prudenza u r-rispett, li ma tistħix tirrikonixxi l-ħbiberija tiegħek miegħu. Qed jitolbok li jkollok il-kuraġġ tirrakkonta lill-oħrajn li l-laqgħa tiegħek miegħu ġid għamlitlek: �Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet� (Mt 10:32). Imma għall-qalb innamrata dan mhux obbligu, imma ħtieġa li diffiċli żżomm għaliha: �Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju� (1 Kor 9:16). �Iżda f�qalbi hemm bħal nar jaqbad, magħluq f�għadmi. Għejejt inżommu magħluq ġo fija, ma niflaħx aktar għalih� (Ġer 20:9).
F�komunjoni ta� qadi
212. Ma rridux naħsbu f�din il-missjoni li nwasslu lil Kristu bħallikieku kienet biss ħaġa bejna u bejnu. Ngħixuha f�komunjoni mal-komunit� tagħna u mal-Knisja. Jekk nitbiegħdu mill-komunit�, inkunu nitbiegħdu wkoll minn Ġes�. Jekk ninsewha u ma nagħtux kasha, il-ħbiberija tagħna ma� Ġes� tibred. Ma għandna ninsewh qatt dan is-sigriet. L-imħabba għall-aħwa tal-komunit� tagħna � reliġjuża, parrokkjali, djoċesana � hi bħaż-żejt li jkebbes il-ħbiberija tagħna ma� Ġes�. L-għemejjel ta� mħabba lejn ħutna tal-komunit� jistgħu jkunu l-aħjar mod, jew xi drabi l-uniku wieħed possibbli, biex nesprimu lill-oħrajn l-imħabba ta� Ġes� Kristu. Dan qalu l-Mulej stess: �Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom� (Ġw 13:35).
213. Hija mħabba li ssir qadi lill-komunit�. Ma negħja qatt infakkar li Ġes� dan qalu b�ċarezza kbira: �Kulma għamiltu ma� wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi� (Mt 25:40). Hu qed jipproponilek li ssibu wkoll hemm, f�kull wieħed u waħda minn ħutek, fuq kollox fl-iktar foqra, mistkerrha u mwarrba tas-soċjet�. X�laqgħa sabiħa!
214. Għalhekk, jekk niddedikaw ruħna biex ngħinu lil xi ħadd, ma jfissirx li qed ninsew lil Ġes�. Bil-maqlub, insibuh b�mod ġdid. U meta nfittxu kif nerfgħu u nfejqu lil xi ħadd, Ġes� jinsab hemm qrib tagħna. Fil-fatt, tajjeb niftakru li meta hu bagħat lid-dixxipli tiegħu f�missjoni, �il-Mulej kien jaħdem magħhom� (Mk 16:20). Hu jinsab hemm, jaħdem, jitqabad u jagħmel il-ġid flimkien magħna. B�mod misterjuż, hija l-imħabba tiegħu li tidher fil-qadi tagħna, huwa hu stess li jkellem lid-dinja b�dak il-lingwaġġ li xi kultant ma jistax ikollu kliem.
215. Hu qed jibagħtek ixxerred il-ġid u jimbuttak minn ġewwa. Għalhekk isejjaħlek b�vokazzjoni ta� qadi: tista� tagħmel il-ġid bħala tabib, bħala omm, bħala għalliema, bħala saċerdot. Kull fejn tkun, tista� tħoss li hu qed isejjaħlek u jibagħtek tgħix din il-missjoni fuq l-art. Hu stess jgħidlek: �Qiegħed nibgħatkom� (Lq 10:3). Dan jagħmel parti mill-ħbiberija tagħna miegħu. Għalhekk, biex ħbiberija bħal din timmatura, hemm bżonn li tħallih jibagħtek twettaq missjoni f�din id-dinja, b�fiduċja, b�ġenerożit�, b�libert�, bla biża�. Jekk tingħalaq fil-kumditajiet tiegħek, dawn mhux sa jagħtuk ċertezza, għax il-biżgħat, is-swied il-qalb, id-dwejjaq dejjem se jitfaċċa. Min ma jwettaqx il-missjoni tiegħu fuq din l-art, ma jistax ikun ferħan, ikun iffrustrat. Għalhekk aħjar tħallih jibagħtek, tħallih imexxik fejn irid hu. Tinsiex li hu jimxi miegħek. Ma jixħtekx fl-abbiss u jħallik mitluq waħdek tipprova. Hu jħeġġek u jsieħbek. Dan wiegħed u hekk jagħmel: �Jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien� (Mt 28:20).
216. B�xi mod trid tkun missjunarju, missjunarja, kif kienu l-Appostli ta� Ġes� u l-ewwel dixxipli, li marru jxandru l-imħabba ta� Alla, marru jirrakkontaw li Kristu hu ħaj u hu ta� min jiltaqa� miegħu. Santa Tereża tal-Bambin Ġes� dan għexitu bħala element essenzjali tal-offerta tagħha lill-Imħabba ħanina: �Ridt nagħti jixrob lill-Maħbub tiegħi, u jiena nnifsi ħassejtni miblugħa mill-għatx tal-erwieħ�.[227] Din hija wkoll il-missjoni tiegħek. Kull wieħed u waħda jwettaqha bil-mod tiegħu, u inti trid tara kif tista� tkun missjunarju, missjunarja. Ġes� jixraqlu dan. Jekk issib il-kuraġġ, hu jdawlek. Jimxi miegħek u jsaħħek, u tgħix esperjenza prezzjuża li tagħmillek ħafna ġid. Mhux importanti jirnexxilekx tara r-riżultati, dan ħallih għall-Mulej li jaħdem fis-satra tal-qlub, imma tiqafx tgħix il-ferħ li tfittex li tqassam l-imħabba ta� Kristu lill-oħrajn.
KONKLUŻJONI
217. Dan li dan id-dokument jesprimi, jgħinna niskopru li dak li hemm miktub fl-Enċikliċi soċjali Laudato si� u Fratelli tutti mhuwiex barrani għal-laqgħa tagħna mal-imħabba ta� Ġes� Kristu, għax, jekk nixorbu minn din l-imħabba, insiru kapaċi ninsġu rabtiet ta� bejn l-aħwa, nagħrfu d-dinjit� ta� kull bniedem u nieħdu ħsieb flimkien tad-dar komuni tagħna.
218. Illum kollox nixtru u nħallsu, u donnu l-istess tifsira tad-dinjit� tiddependi minn ħwejjeġ li jinkisbu bis-setgħa tal-flus. Aħna mħajrin biss niġimgħu, nikkonsmaw u naljenaw ruħna, imjassra minn sistema degradanti li ma tħalliniex inħarsu lil hemm mill-bżonnijiet immedjati u dojoq tagħna. L-imħabba ta� Kristu tinsab barra minn dan l-ingranaġġ pervers u hu biss jista� jeħlisna minn dan id-deni li fih ma għadx hemm spazju għal imħabba b�xejn. Hu kapaċi jagħti qalb lil din l-art u jerġa� jpoġġi l-imħabba hemm fejn naħsbu li l-ħila li nħobbu mietet għal dejjem.
219. Għandha bżonn ta� dan ukoll il-Knisja, biex ma tispiċċax flok l-imħabba ta� Kristu tpoġġi strutturi li jispiċċaw, ossessjonijiet ta� żminijiet oħra, adorazzjoni tal-mentalit� tagħha, fanatiżmi ta� kull xorta li jispiċċaw biex jieħdu post tal-imħabba b�xejn ta� Alla li teħles, tagħti l-ħajja, thenni l-qalb u sseddaq il-komunit�. Mill-ġerħa tal-kustat ta� Kristu tissokta tgelgel dik ix-xmara li ma tinxef qatt, li ma tgħaddix, li toffri ruħha dejjem mill-ġdid lil min irid iħobb. L-imħabba tiegħu biss tagħmel possibbli umanit� ġdida.
220. Nitlob lill-Mulej Ġes� li mill-Qalb qaddisa tiegħu jnixxu għalina lkoll xmajjar ta� ilma ħaj biex ifejqu l-ġrieħi li bihom nifnu lil xulxin, biex isaħħu l-ħila tagħna li nħobbu u naqdu, biex iħeġġuna nitgħallmu nimxu flimkien lejn dinja ġusta, solidali u fraterna. Dan sa ma għad niċċelebraw hienja u magħqudin il-festa tat-tieġ fis-Saltna tas-Smewwiet. Hemm ikun hemm Kristu Rxoxt, li jġib is-sliem fost id-differenzi kollha tagħna bid-dawl li jiddi bla waqfien mill-Qalb miftuħa tiegħu. Ħa tkun imbierka għal dejjem!
Mogħtija Ruma, f�San Pietru, fl-24 ta� Ottubru tas-sena 2024, it-tnax-il waħda tal-Pontifikat.
Franġisku
miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard
[1] Il-parti l-kbira tar-riflessjonijiet ta� dan l-ewwel kapitlu huma mnebbħa minn kitbiet inediti ta� Patri Diego Fares sj. Il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta� dejjem.
[2] Ara Omeru, Illjade, 21, 441.
[3] Ara ibid., 10, 244.
[4] Ara Timeo 65 c-d; 70.
[5] Omelija fil-quddiesa ta� filgħodu fid-Domus Sanct� Marth�, 14 ta� Ottubru 2016: L�Osservatore Romano, 15 ta� Ottubru 2016, p. 8.
[6] San Ġwanni Pawlu II, Angelus, 2 ta� Lulju 2000: L�Osservatore Romano, 3-4 ta� Lulju 2000, p. 4.
[7] Ibid., Katekeżi, 8 ta� Ġunju 1994: L�Osservatore Romano, 9 ta� Ġunju 1994, p. 5.
[8] I demoni (1873).
[9] Romano Guardini, Il mondo religioso di Dostojevskij, Brescia 1980, 236.
[10] Karl Rahner, Alcune tesi per una teologia della devozione al cuore di Ges�, f�Teologia del Cuore di Cristo, Roma 1995, 60.
[11] Ibid., 61.
[12] Byung-Chul Han, Heideggers Herz. Zum Begriff der Stimmung bei Martin Heidegger, M�nchen 1996, 39.
[13] Ibid., 60; ara 176.
[14] Ara ibid., Eros in agonia, Milano 2019.
[15] Ara Martin Heidegger, La poesia di H�lderlin, Milano 1988, 144.
[16] Ara Michel de Certeau, Lo spazio del desiderio. Gli �Esercizi spirituali� di Loyola, f�Il parlare angelico: figure per una poetica della lingua. Secoli XVI e XVII, Firenze 1989, 95-110.
[17] Itinerarium mentis in Deum, VII, 6: San Bonaventura, Itinerario della mente in Dio. Riconduzione delle Arti alla Teologia, Roma 1995, 93.
[18] Id., Pr�mium in I Sent., q. 3: Opera Omnia, Quaracchi 1882, vol. 1, 13.
[19] San John Henry Newman, Meditazioni e Preghiere, Milano 2002, 106.
[20] Kostituzzjoni pastorali Gaudium et spes, 82.
[21] Ibid., 10.
[22] Ibid., 14.
[23] Ara Dikasteru għad-Duttrina tal-Fidi, Dikjarazzjoni Dignitas infinita (2 ta� April 2024), 8. Ara L�Osservatore Romano, 8 ta� April 2024.
[24] Kostituzzjoni pastorali Gaudium et spes, 26.
[25] San Ġwanni Pawlu II, Angelus, 28 ta� Ġunju 1998: L�Osservatore Romano, 30 ta� Ġunju-1 ta� Lulju 1998, p. 7.
[26] Ittra enċiklika Laudato si� (24 ta� Mejju 2015), 83: AAS (2015), 880.
[27] Omelija fil-quddiesa ta� filgħodu fid-Domus Sanct� Marth�, 7 ta� Ġunju 2013: L�Osservatore Romano, 8 ta� Ġunju 2013, p. 8.
[28] Piju XII, Ittra enċiklika Haurietis aquas (15 ta� Mejju 1956), I: AAS 48 (1956), 316.
[29] Piju VI, Kostituzzjoni Auctorem fidei (28 ta� Awwissu 1794), 63: DH, 2663.
[30] Ljun XIII, Ittra enċiklika Annum sacrum (25 ta� Mejju 1899): ASS 31 (1898-99), 649.
[31] Ibid.: �Inest in Sacro Corde symbolum atque expressa imago infinit� Iesu Christi caritatis�.
[32] Angelus, 9 ta� Ġunju 2013: L�Osservatore Romano, 10-11 ta� Ġunju 2013, p. 8.
[33] Hekk nifhmu għaliex il-Knisja pprojbiet li jitqiegħdu fuq l-altar raffigurazzjonijiet tal-qalb ta� Ġes� u ta� Marija waħidha (ara Tweġiba tal-Kongregazzjoni tar-Riti lir-Rev. Charles Lecoq, P.S.S., 5 ta� April 1879: Decreta authentica Congregationis Sacrorum Rituum ex actis ejusdem collecta, vol. III, 107-108, n. 3492). �Il barra mil-Liturġija, �għad-devozzjoni privata� (ibid.), jista� jintuża s-simboliżmu bħala espressjoni didattika, figura estetika jew emblema li tistieden biex wieħed jaħseb fl-imħabba ta� Kristu, imma jkun hemm ir-riskju li wieħed jieħu l-qalb bħala oġġett ta� adorazzjoni jew ta� djalogu spiritwali separatament mill-persuna ta� Kristu. Fil-31 ta� Marzu 1887, il-Kongregazzjoni tat tweġiba oħra simili (ibid., 187, n. 3673).
[34] Konċilju Ekumeniku ta� Trento, Sess. XXV, Decr. Mandat Sancta Synodus (3 ta� Diċembru 1563): DH, 1823.
[35] V Konferenza Ġenerali tal-Isqfijiet tal-Amerika Latina u l-Karribej, Dokument ta� Aparecida (29 ta� Ġunju 2007), n. 259.
[36] Ittra enċiklika Haurietis aquas (15 ta� Mejju 1956), I: AAS 48 (1956), 323-324.
[37] Ep. 261, 3: PG 32, 972.
[38] In Io. homil. 63, 2: PG 59, 350.
[39] De fide ad Gratianum, II, 7, 56: PL 16, 594 (ed. 1880).
[40] Enarr. in Ps. 87, 3: PL 37, 1111.
[41] Ara De fide orth. 3, 6.20: PG 94, 1006.1081.
[42] Olegario Gonz�lez de Cardedal, La entra�a del cristianismo, Salamanca 2010, 70-71.
[43] Angelus, 1 ta� Ġunju 2008: L�Osservatore Romano, 2-3 ta� Ġunju 2008, p. 1.
[44] Piju XII, Ittra enċiklika Haurietis aquas (15 ta� Mejju 1956), II: AAS 48 (1956), 327-328.
[45] Ibid., 28: AAS 48 (1956), 343-344.
[46] Benedittu XVI, Angelus, 1 ta� Ġunju 2008: L�Osservatore Romano, 2-3 ta� Ġunju 2008, p. 1.
[47] Viġilju, Kostituzzjoni Inter innumeras sollicitudines (14 ta� Mejju 553): DH, 420.
[48] Konċilju Ekumeniku ta� Efesu, Anatemi ta� Ċirillu ta� Lixandra, 8: DH, 259.
[49] Konċilju Ekumeniku II ta� Kostantinopli, Sess. VIII (2 ta� Ġunju 553), Kan. 9: DH, 431.
[50] San Ġwann tas-Salib, Kantiku spiritwali A, Strofa 22, 4: Opere, Roma 1979, 919.
[51] Ibid., Strofa 12, 8: Opere, cit., 881.
[52] Ibid., Strofa 12,1: 878.
[53] �Għalina Alla wieħed hemm: il-Missier li minnu ġej kollox u aħna bih neżistu� (1 Kor 8:6). �Lil dan Alla u Missierna, glorja għal dejjem ta� dejjem. Ammen� (Fil 4:20). �Imbierek Alla u Missier Sidna Ġes� Kristu, Missier il-ħniena u Alla ta� kull faraġ� (2 Kor 1:3).
[54] Ittra appostolika Tertio millennio adveniente (10 ta� Novembru 1994), 49: AAS 87 (1995), 35.
[55] Ad Rom., 7: PG 5, 694.
[56] �Ħalli d-dinja tagħraf li jiena nħobb lill-Missier� (Ġw 14:31). �Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda� (Ġw 10:30). �Jiena fil-Missier u l-Missier fija� (Ġw 14:10).
[57] �Immur għand il-Missier� (pros ton Pat�ra: Ġw 16:28). �Jiena ġej għandek� (pros se: Ġw 17:11).
[58] �Eis ton kolpon tou Patr�s�.
[59] Adv. H�r., III, 18, 1: PG 7, 932.
[60] In Joh., II, 2: PG 14, 110.
[61] Angelus, 23 ta� Ġunju 2002: L�Osservatore Romano, 24-25 ta� Ġunju 2002, p. 1.
[62] San Ġwanni Pawlu II, Messaġġ fiċ-ċentinarju tal-konsagrazzjoni tal-ġeneru uman lill-Qalb divina ta� Ġes�, Warsaw, 11 ta� Ġunju 1999, Solennit� tal-Qalb Imqaddsa ta� Ġes�: L�Osservatore Romano, 12 ta� Ġunju 1999, p. 5.
[63] Ibid., Angelus, 8 ta� Ġunju 1986, 4: L�Osservatore Romano, 9-10 ta� Ġunju 1986, p. 5.
[64] Omelija, Żjara lill-Poliklinika Gemelli u lill-Fakult� tal-Mediċina tal-Universit� Kattolika tal-Qalb ta� Ġes�, 27 ta� Ġunju 2014: L�Osservatore Romano, 29 ta� Ġunju 2014, p. 7.
[65] Efes 1:5,7; 2:18; 3:12.
[66] Efes 2:5,6; 4:15.
[67] Efes 1:3,4,6,7,11,13,15; 2:10,13,21,22; 3:6,11,21.
[68] Messaġġ fiċ-ċentinarju tal-konsagrazzjoni tal-ġeneru uman lill-Qalb divina ta� Ġes�, Warsaw, 11 ta� Ġunju 1999, Solennit� tal-Qalb Imqaddsa ta� Ġes�: L�Osservatore Romano, 12 ta� Ġunju 1999, p. 5.
[69] �Quoniamque inest in Sacro Corde symbolum atque expressa imago infinitae Iesu Christi caritatis, qu� movet ipsa nos ad amandum mutuo, ideo consentaneum est dicare se Cordi eius augustissimo: quod tamen nihil est aliud quam dedere atque obligare se Iesu Christo [�]. En alterum hodie oblatum oculis auspicatissimum divinissimumque signum: videlicet Cor Iesu sacratissimum, superimposita cruce, splendidissimo candore inter flammas elucens. In eo omnes collocandae spes: ex eo hominum petenda atque expectanda salus� (Ittra enċiklika Annum sacrum [25 ta� Mejju 1899]: ASS 31 [1898-99], 649; 651).
[70] �F�dak is-sinjal l-aktar hieni u fl-għamla li toħroġ minnu forsi ma hemmx is-sustanza kollha tar-reliġjon u speċjalment in-norma ta� ħajja iżjed perfetta, bħal dik li tmexxi minn triq iżjed faċli l-imħuħ biex jagħrfu b�mod intimu lil Ġes� Kristu u twassal lill-qlub biex iħobbuh b�ħerqa ikbar u b�ġenerożit� ikbar jimitawh?� (Ittra enċiklika Miserentissimus Redemptor [8 ta� Mejju 1928]: AAS 20 (1928), 167.
[71] �Huwa att eċċellentissmu tal-virt� tar-reliġjon, jiġifieri att ta� sottomissjoni u konsagrazzjoni assoluta u inkundizzjonata min-naħa tagħna lill-imħabba tal-Feddej Divin, li tagħha hi werrej u simbolu dejjem espressiv il-Qalb tiegħu minfuda [�]; fiha nistgħu nammiraw mhux biss is-simbolu imma wkoll, biex ngħidu hekk, il-ġabra fil-qosor tal-misteru kollu tal-fidwa tagħna [�]. Ġes� Kristu espressament u ripetutement wera l-Qalb tiegħu bħala simbolu dejjem maħsub biex iqanqal il-bnedmin għall-għarfien u l-istima ta� mħabbtu; u flimkien ma� dan għamlu kważi sinjal u rahan ta� ħniena u ta� grazzja għall-bżonnijiet spiritwali tal-Knisja fiż-żminijiet moderni� (Ittra enċiklika Haurietis aquas [15 ta� Mejju 1956], Pr�mio; III; IV: AAS 48 (1956), 311; 336; 340).
[72] Katekeżi, 8 ta� Ġunju 1994, 2: L�Osservatore Romano, 9 ta� Ġunju 1994, p. 5.
[73] Angelus, 1 ta� Ġunju 2008: L�Osservatore Romano, 2-3 ta� Ġunju 2008, p. 1.
[74] Ittra enċiklika Haurietis aquas (15 ta� Mejju 1956), IV: AAS 48 (1956), 344.
[75] Ara ibid.: AAS 48 (1956), 336.
[76] �Il-valur tar-rivelazzjonijiet privati hu essenzjalment differenti mill-unika rivelazzjoni pubblika: din tesiġi l-fidi tagħna [�]. Rivelazzjoni privata [�] hija għajnuna, li hi offruta, imma li m�aħniex obbligati nużawha� (Benedittu XVI, Eżortazzjoni appostolika Verbum Domini [30 ta� Settembru 2010], 14: AAS 102 [2010], 696).
[77] Ittra enċiklika Haurietis aquas (15 ta� Mejju 1956), IV: AAS 48 (1956), 340.
[78] Ibid.: AAS 48 (1956), 344.
[79] Ibid.
[80] Eżortazzjoni appostolika C�est la confiance (15 ta� Ottubru 2023), 20: L�Osservatore Romano, 16 ta� Ottubru 2023.
[81] Santa Tereża tal-Bambin Ġes�, Ms A, 83v: Opere complete, Roma 1997, 209.
[82] Santa Marija Fawstina Kowalska, Diario. La Misericordia Divina nella mia anima (1� quaderno, 22 febbraio 1931), Citt� del Vaticano 2021, 74.
[83] Ara Mi�na Sukk� IV, 5. 9.
[84] Ittra lir-Reverendu Patri Peter-Hans Kolvenbach, Prepostu ġenerali tal-Kumpanija ta� Ġes�, Paray-le-Monial (Franza), 5 ta� Ottubru 1986: L�Osservatore Romano, 7 ta� Ottubru 1986, p. IX.
[85] Atti tal-Martri ta� Lyons, f�Ewsebju ta� Ċesarija, Hist. Eccles., V, 1, 22: PG 20, 418.
[86] Rufinu, V, 1, 22: GCS, Eusebius II, 1, p. 411, 13s.
[87] San Ġustinu, Dial. 135: PG 6,787.
[88] Novazjanu, De Trinitate, 29: PL 3, 944. Ara San Girgor ta� Elvira, Tractatus Origenis de libris Ss. Scripturarum, 20, Paris 1900, 210.
[89] San Ambroġ, Expl. Ps. I, 33: PL 14, 983-984.
[90] Ara Tract. in Joann. 61, 6: PL 35,1801.
[91] Epist. ad Rufinum 3, 4.3: PL 22, 334.
[92] Sermones in Cant. 61, 4: PL 183, 1072.
[93] Ara Expositio altera super Cantica Canticorum, c. 1: PL 180, 487.
[94] Guliermu ta� Saint-Thierry, De natura et dignitate amoris, 1: PL 184, 379.
[95] Ibid., Meditativ� Orationes 8, 6: PL 180, 230.
[96] San Bonaventura, Lignum vit�. De mysterio passionis, 30: Opuscoli Spirituali, 3, Roma 1992 (Sancti Bonaventur� Opera, XIII), 245.
[97] Ibid., 47.
[98] Santa Ġertrude ta� Helfta, Legatus divin� pietatis, IV, 4, 4: SCh, 255, 66.
[99] Leone Dehon, Directoire spirituel des pr�tres du Sacr� C�ur de J�sus, Turnhout 1936, II, cap. VII, n. 141.
[100] Santa Katarina ta� Siena, Djalogu tal-providenza divina, LXXV: Fiorilli M.�Caramella S. (ed.), Bari 1928, 144.
[101] Ara, ngħidu aħna, Angelus Walz, De veneratione divini cordis Iesu in Ordine Praedicatorum, Roma 1937.
[102] Rafael Garc�a Herreros, Vida de San Juan Eudes, Bogot� 1943, 42.
[103] Ittra lil Santa Giovanna Francesca de Chantal, 24 ta� April 1610: Opere complete di Francesco di Sales, vol. 8/2: Lettere 1605-1610, Roma 2021, 686.
[104] Prietka għat-II Ħadd tar-Randan, 20 ta� Frar 1622.
[105] Ittra lil Santa Giovanna Francesca de Chantal fis-Solennit� tal-Axxensjoni tal-1612: San Franġisk de Sales, Tutte le lettere, vol. II (1611-1618), Roma 1967, 183, lett. n. 781.
[106] Ittra lil Maria Amata di Blonay, 18 ta� Frar 1618: ibid., 1056, lett. n. 140.
[107] Ittra lil Santa Giovanna Francesca de Chantal, tmiem Novembru 1609: ibid., 610, lett. n. 552.
[108] Ittra lil Santa Giovanna Francesca de Chantal, lejn il-25 ta� Frar 1610: ibid., 654, lett. n. 573.
[109] Entretien XIV, De la simplicit� et prudence religieuse.
[110] Ittra lil Santa Giovanna Francesca de Chantal, 10 ta� Ġunju 1611: San Franġisk de Sales, Tutte le lettere, vol. II (1611-1618), Roma 1967, 56, lett. n. 69.
[111] Santa Margerita Marija Alacoque, Autobiografia, n. 53, Roma 1983, 131.
[112] Ibid.
[113] Ibid., 134.
[114] Ara Dikasteru għad-Duttrina tal-Fidi, Normi għad-dixxerniment ta� preżunti fenomeni sopranaturali, 17 ta� Mejju 2024, I, A, 12.
[115] Santa Margerita Marija Alacoque, Autobiografia, n. 92, Roma 1983, 180.
[116] Ibid., Ittra lil Swor de la Barge, 22 ta� Ottubru 1689: Vita e opere di Santa Margherita Maria Alacoque, vol. II, Roma 1985, 301.
[117] Ibid., Autobiografia, n. 53, Op. cit., 132.
[118] Ibid., n. 55, op. cit., 134.
[119] San Klawdju de La Colombi�re, Discorso sulla confidenza in Dio: Discorsi sacri su N.S. Ges� Cristo, su Maria Vergine Santissima, sui Santi, sui Novissimi, ecc., vol. III, Torino 1913, 484-485.
[120] Ibid., Irtir f�Londra, 1-8 ta� Frar 1677.
[121] Ibid., Eżerċizzi spiritwali f�Lyons, Ottubru-Novembru 1674.
[122] Ara San Charles de Foucauld, Lettre � Madame de Bondy, 27 ta� April 1897, f�Fonds Charles de Foucauld � Archives Dioc�saines Viviers.
[123] Ibid., Ittra lil Madame de Bondy, 28 ta� April 1901: C. de Foucauld, Lettere a M.me de Bondy. Dalla Trappa a Tamanrasset, Roma 1968, 73. Ara Ittra lil Madame de Bondy, 5 ta� April 1909: �Huwa permezz tiegħek li sirt naf bl-espożizzjonijiet tas-Santissmu Sagrament, il-barkiet u l-Qalb Imqaddsa!�: ibid., 154.
[124] Ittra lil Madame de Bondy, 7 ta� April 1890: C. de Foucauld, op. cit., 29.
[125] Ittra lil Dun Huvelin, 27 ta� Ġunju 1892: C. de Foucauld�Don Huvelin, Corrispondenza inedita, Torino-Leumann 1965, 30.
[126] San Charles de Foucauld, Meditazzjonijiet fuq it-Testment il-Qadim (1896-1897), XXX, 1-21: C. de Foucalud, Chi pu� resistere a Dio? Meditazioni sulla Sacra Scrittura (1896-1898), Roma 1983, 77-78.
[127] Ibid., Ittra lil Dun Huvelin, 16 ta� Mejju 1900: C. de Foucauld�Don Huvelin, Corrispondenza inedita, Torino-Leumann 1965, 132-133.
[128] Ibid., Djarju, 17 ta� Mejju 1906: Opere spirituali, Roma 1983, 346.
[129] Santa Tereża tal-Bambin Ġes�, Ittra 67 liz-zija tagħha Madame Gu�rin, 18 ta� Novembru 1888: Opere complete, Citt� del Vaticano 1997, 354.
[130] Ibid., Ittra 122 lil Celine, 14 ta� Ottubru 1890: Opere complete, 421.
[131] Ibid., Poeżija 23, �Lill-Qalb Imqaddsa ta� Ġes��, Ġunju u Ottubru 1895: Opere complete, 667-668.
[132] Ibid., Ittra 247, lir-Reverendu Maurice Belli�re, 21 ta� Ġunju 1897: Opere complete, 587.
[133] Ibid., L-aħħar ħsibijiet. Skritt isfar, 11 ta� Lulju 1897: Opere complete, 1014-1015.
[134] Ibid., Ittra 197, lil Swor Marija tal-Qalb Imqaddsa, 17 ta� Settembru 1896: Opere complete, 537-538. Dan ma jfissirx li Tereżina ma kinitx toffri sagrifiċċji, niket, dwejjaq bħala mod kif tissieħeb mat-tbatijiet ta� Kristu, imma meta riedet tinżel fil-fond kienet tara li ma tagħtix lil dawn l-offerti importanza li ma għandhomx.
[135] Ibid., Ittra 142, lil Celine, 6 ta� Lulju 1893: Opere complete, 451.
[136] Ibid., Ittra 191, lil L�onie, 12 ta� Lulju 1896: Opere complete, 528.
[137] Ibid., Ittra 226, lil P. Roulland, 9 ta� Mejju 1897: Opere complete, 573.
[138] Ibid., Ittra 258 lir-Reverendu Maurice Belli�re, 18 ta� Lulju 1897: Opere complete, 598.
[139] Ara Sant�Injazju ta� Loyola, Esercizi Spirituali, n. 104, Roma 1984, 110.
[140] Ibid., n. 297, cit., 211.
[141] Ara Ittra lil Sant�Injazju, 23 ta� Jannar 1541.
[142] De Vita P. Ignatii et Societatis Iesu initiis, c. 8, 96, Bilbao-Santander 2021, 147.
[143] Sant�Injazju ta� Loyola, Esercizi Spirituali, 54, Roma 1984, 80.
[144] Ara ibid., 230ss.
[145] XXIII Kongregazzjoni Ġenerali tal-Kumpanija ta� Ġes�, Digriet 46, 1: Institutum Societatis Iesu, 2, Firenze 1893, 511.
[146] �In Lui solo� la speranza�, Milano 1983, 180-181.
[147] Ittra lill-Prepostu Ġenerali tal-Kumpanija ta� Ġes�, Paray-le-Monial, 5 ta� Ottubru 1986.
[148] Konferenza lis-Saċerdoti tal-Missjoni, 132 (13 ta� Awwissu 1655), �Il-faqar�: San Vinċenz de Paul, Opere, vol. 10, Roma 2008, 208.
[149] Konferenzi lil Ulied il-Karit�, 89 (9 ta� Diċembru 1657), �Mortifikazzjoni, korrispondenza, ikel, ħruġ� (Regoli komuni, artt. 24-27): op. cit., vol. 9, 807.
[150] San Danjel Comboni, Kitbiet, 3324: Daniele Comboni, Gli scritti, Bologna 1991, 998.
[151] Ara Omelija fil-quddiesa għall-kanonizzazzjoni, 18 ta� Mejju 2003: L�Osservatore Romano, 19-20 ta� Mejju 2003, p. 6.
[152] Ittra enċiklika Dives in misericordia (30 ta� Novembru 1980), 13: AAS 72 (1980), 1219.
[153] Katekeżi, 20 ta� Ġunju 1979: L�Osservatore Romano, 22 ta� Ġunju 1979, p. 1.
[154] Missjunarji Kombonjani tal-Qalb ta� Ġes�, Regola di Vita, Costituzioni e Direttorio Generale, Roma 1988, 3.
[155] Reliġjużi tal-Qalb Imqaddsa ta� Ġes� (Soċjet� tal-Qalb Imqaddsa), Kostituzzjonijiet tal-1982, 7.
[156] Ittra enċiklika Miserentissimus Redemptor (8 ta� Mejju 1928): AAS 20 (1928), 174.
[157] Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, n. 1085: �Dak kollu li hu Kristu, u dak kollu li għamel u bata għall-bnedmin kollha, għandu sehem mill-eternit� ta� Alla u għalhekk iħaddan iż-żminijiet kollha u jagħmilhom kollha �llum��.
[158] Piju XI, Ittra enċiklika Miserentissimus Redemptor (8 ta� Mejju 1928): AAS 20 (1928), 174.
[159] Omelija fil-Quddiesa tal-Griżma, 28 ta� Marzu 2024: L�Osservatore Romano, 28 ta� Marzu 2024, p. 2.
[160] Sant�Injazju ta� Loyola, Esercizi Spirituali, 203, Roma 1984, 160.
[161] Omelija fil-Quddiesa tal-Griżma, 28 ta� Marzu 2024: L�Osservatore Romano, 28 ta� Marzu 2024, p. 2.
[162] Santa Margerita Marija Alacoque, Autobiografia, n. 55, Roma 1983, 134.
[163] Ibid., Ittra 133, 10: Scritti autobiografici, Roma 1984, 182-183.
[164] Ibid., Autobiografia, n. 92, op. cit., 180.
[165] Ittra enċiklika Annum sacrum (25 ta� Mejju 1899): ASS 31 (1898-99), 649.
[166] Ġuljanu, Ep. XLIX ad Arsacium Pontificem Galati�, Mainz 1828, 90-91.
[167] Ibid.
[168] Dikasteru għad-Duttrina tal-Fidi, Dikjarazzjoni Dignitas infinita (2 ta� April 2024), 19: L�Osservatore Romano, 8 ta� April 2024.
[169] Ara Benedittu XVI, Ittra lill-Prepostu Ġenerali tal-Kumpanija ta� Ġes� fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Enċiklika �Haurietis aquas� (15 ta� Mejju 2006): AAS 98 (2006), 461.
[170] In Num. homil. 12, 1: PG 12, 657.
[171] Epist. 29, 24: PL 16, 1060.
[172] Adv. Arium 1, 8: PL 8, 1044.
[173] Tract. in Joannem 32, 4: PL 35, 1643.
[174] In Ev. S. Joannis, cap. VII, lectio 5.
[175] Piju XII, Ittra enċiklika Haurietis aquas (15 ta� Mejju 1956), II: AAS 48 (1956), 321.
[176] San Ġwanni Pawlu II, Ittra enċiklika Redemptoris Mater (25 ta� Marzu 1987), 38: AAS 79 (1987), 411.
[177] Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Kostituzzjoni dommatika Lumen gentium, 62.
[178] Ibid., 60.
[179] Sermones super Cant., XX, 4: PL 183, 869.
[180] Daħla għall-ħajja devota, p. III, c. XXXV: Opere complete di Francesco di Sales, vol. 3: Filotea. Introduzione alla vita devota, Roma 2009, 220-221.
[181] Prietka għas-XVII-il Ħadd wara Għid il-Ħamsin.
[182] Ġes�, il-Passjoni tiegħu, Irtir f�Nazaret, 5-15 ta� Novembru 1987: C. de Foucauld, La vita nascosta. Ritiri in Terra Santa (1897-1900), Roma 1974, 72.
[183] Mid-19 ta� Marzu 1902, l-ittri kollha tiegħu jiftħu bil-kelmiet Jesus Caritas mifruda minn qalb b�salib fuqha.
[184] Ittra lil Dun Huvelin, 15 ta� Lulju 1904: Opere spirituali, Roma 1983, 633.
[185] Ittra lil Dom Martin, 25 ta� Jannar 1903: C. de Foucauld, �Cette ch�re derni�re place�. Lettres � mes fr�res de la Trappe, Paris 2012, 311.
[186] Ikkwotata f�Ren� Voillaume, Les fraternit�s du P�re de Foucauld, Paris, 1946, 173.
[187] Meditazioni dei santi Vangeli sui passi relativi a quindici virt�, Nazaret 1897-1898, Carit� 77 ( Mt 20,28): C. de Foucauld, Meditazioni sui passi dei vangeli relativi a Dio solo, fede, speranza, carit� (1897-1898), Roma 1973, 325.
[188] Ibid., Carit� 90 ( Mt 27,30): op. cit., 338.
[189] H. Huvelin, Quelques directeurs d��mes au XVII si�cle, Paris 1911, 97.
[190] Ara Konferenzi lill-Ulied tal-Karit�, 85 (11 ta� Novembru 1657), �Servizz lill-morda, kura tas-saħħa personali� (Regoli komuni, artt. 12-16): San Vinċenz de Paul, Opere, vol. 9, Roma 2008, 757.
[191] Costituzioni e Statuti della Congregazione della Missione, Roma 1984, 110.
[192] Ittra lill-Prepostu Ġenerali tal-Kumpanija ta� Ġes� (Paray-le-Monial, 5 ta� Ottubru 1986): L�Osservatore Romano, 6 ta� Ottubru 1986, p. 7.
[193] San Ġwanni Pawlu II, Eżortazzjoni appostolika postsinodali Reconciliatio et p�nitentia (2 ta� Diċembru 1984), 16: AAS 77 (1985), 215.
[194] Ara ibid., Ittra enċiklika Sollicitudo rei socialis (30 ta� Diċembru 1987), 36: AAS 80 (1988), 561-562.
[195] Ibid., Ittra enċiklika Centesimus annus (1 ta� Mejju 1991), 41: AAS 83 (1991), 844-845.
[196] Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, n. 1888.
[197] Ara Katekeżi, 8 ta� Ġunju 1994, 2: L�Osservatore Romano, 9 ta� Ġunju 1994, p. 5.
[198] Diskors lill-parteċipanti fil-kollokju internazzjonali �R�parer l�irr�parable�, fit-350 anniversarju mid-dehriet ta� Ġes� f�Paray-le-Monial, 4 ta� Mejju 2024: L�Osservatore Romano, 4 ta� Mejju 2024, p. 12.
[199] Ibid.
[200] Omelija fil-quddiesa ta� filgħodu fid-Domus Sanct� Marth�, 6 ta� Marzu 2018: L�Osservatore Romano, 5-6 ta� Marzu 2018, p. 8.
[201] Diskors lill-parteċipanti fil-kollokju internazzjonali �R�parer l�irr�parable�, fit-350 anniversarju mid-dehriet ta� Ġes� f�Paray-le-Monial, 4 ta� Mejju 2024: L�Osservatore Romano, 4 ta� Mejju 2024, p. 12.
[202] Omelija fil-Quddiesa tal-Griżma, 28 ta� Marzu 2024: L�Osservatore Romano, 28 ta� Marzu 2024, p. 2.
[203] Ibid.
[204] Ibid.
[205] Ittra enċiklika Laudato si� (24 ta� Mejju 2015), 80: AAS 107 (2015), 879.
[206] Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, n. 1085.
[207] Ibid., n. 268.
[208] Autobiografia, n. 53, Roma 1983, 131.
[209] Santa Tereża tal-Bambin Ġes�, Ms A, 84r: Opere complete, Roma 1997, 209-210.
[210] Ibid.: op. cit., 210.
[211] Ibid.
[212] Ibid., Ms A, 83v: op. cit., 209; ara Ittra 226 lil Patri Adolfo Roulland, 9 ta� Mejju 1897: op. cit., 572.
[213] Ibid., Att ta� offerta tiegħi vittma ta� sagrifiċċju lill-Imħabba kollha ħniena ta� Alla l-Imbierek, 2r-2v: op. cit., 943.
[214] Ibid., Ms B, 3v: op. cit., 223.
[215] Ibid., Ittra 186, lil L�onie, 11 ta� April 1896: op. cit., 521.
[216] Ibid., Ittra 258, lir-Reverendu Maurice Belli�re, 18 ta� Lulju 1897, 2r: Op. cit., 598.
[217] Ara Piju XI, Ittra enċiklika Miserentissimus Redemptor (8 ta� Mejju 1928): AAS 20 (1928), 169.
[218] Ibid.
[219] San Ġwanni Pawlu II, Katekeżi, 20 ta� Ġunju 1979: L�Osservatore Romano, 22 ta� Ġunju 1979, p. 1.
[220] Omelija fil-quddiesa ta� filgħodu fid-Domus Sanct� Marth�, 27 ta� Ġunju 2014: L�Osservatore Romano, 28 ta� Ġunju 2014, p. 8.
[221] Messaġġ fiċ-ċentinarju tal-konsagrazzjoni tal-ġeneru uman lill-Qalb divina ta� Ġes�, Warsaw, 11 ta� Ġunju 1999, Solennit� tal-Qalb Imqaddsa ta� Ġes�: L�Osservatore Romano, 12 ta� Ġunju 1999, p. 5.
[222] Ibid.
[223] Ittra lill-Arċisqof ta� Lyons fl-okkażjoni tal-pellegrinaġġ f�Paray-le-Monial, għaċ-ċentinarju tal-konsagrazzjoni tal-ġeneru uman lill-Qalb divina ta� Ġes�, 4 ta� Ġunju 1999: L�Osservatore Romano, 12 ta� Ġunju 1999, p. 4.
[224] Konferenza lis-Saċerdoti tal-Missjoni, 135 (22 ta� Awwissu 1655), �Ripetizzjoni tal-Orazzjoni�: San Vinċenz de Paul, Opere, vol. 10, Roma 2008, 237-238.
[225] Ittra Diserti interpretes (25 ta� Mejju 1965), 4: Enchiridion della Vita Consacrata, Bologna-Milano 2001, n. 3809.
[226] Vita Nova, XIX, 5-6 .
[227] Ms A, 45v: Opere complete, Roma 1997, 146.
Imħejji minn Mons. Prof. Hector Scerri
Ir-referenzi huma lkoll għall-paragrafi tal-Enċiklika. Il-lista tal-kliem, f�ordni alfabetiku, hi għall-ismijiet ta� awturi u qaddisin, kif ukoll għat-temi u l-kunċetti prinċipali li huma ppreżentati mill-Papa f�dan id-dokument tal-Maġisteru Pontifiċju.
Kliem bħal mħabba, ħniena, qalb, Ġes�, Alla u Evanġelju mhumiex inklużi fl-Indiċi peress li jidhru spiss ħafna, tul l-Enċiklika kollha.
A
Abbandun fi Kristu, 126
Adorazzjoni, 49, 50, 85
Alacoque, Santa Margerita M., 80, 119-126, 128, 165, 194
Aljenazzjoni soċjali, 183
Ambroġ, Sant�, 102, 174
Arrupe, Pedro, 146
Awtoreferenzjalit�, 17
B
Bażilju, San, 62
Benedittu XVI, il-Papa, 64, 81
Bernard, San, 104, 177
Bonaventura, San, 26, 106, 107, 108
C
Certeau, de, 24
Comboni, San Daniele, 150
D
Dante, 209
Devozzjoni, 78-91, 109, 112, 144-151, 163
Dinja likwida, 9, 10
Dixxipli ta� Għemmaws, 4
Dixxiplu l-maħbub, id-, 103
Djalogu, 26
Dmugħ, 159
Dnub, 183, 188
Dostoevskij, 12
Duwaliżmu, 87, 88
E
Eudes, San Ġwann, 113
Ewkaristija, 26, 84, 85, 166
Eżerċizzi Injazjani, 128, 143, 144, 145, 147
F
Faraġ, 153, 155, 157, 158, 161, 162
Favre, San Pietru, 144
Fiduċja fil-Mulej, 126, 137, 138, 141
Foqra, 169, 170, 190, 213
Foucauld, San Charles, 130, 131, 132, 179
Frammentazzjoni, 17
Franġisk de Sales, San, 114-118, 178
Fraternit�, 179, 190
Ġ
Ġanseniżmu, 80, 84, 86, 87
Ġertrude, Santa, 110
Ġlormu, San, 103
Ġuljan l-Apostata, 169
Ġustizzja divina, 195-198
Ġwann Damaxxenu, San, 62
Ġwann Kriżostmu, San, 62
Ġwann tas-Salib, San, 69
Ġwanni Pawlu II, il-Papa San, 71, 75, 80, 101, 147, 149, 182-184, 206
G
Gideb, 7
Guardini, Romano, 12
Guliermu ta� Saint-Thierry, 105
GĦ
Għarfien tagħna nfusna, 15, 24, 30
Għatx għall-imħabba, 166, 203, 216
Għerejjex, Festa tal-, 94, 97
Għid, Misteru tal-, 124, 156, 157, 193
Ħ
Ħarsa ta� Ġes�, 39-41, 54
Ħażen, 177
Ħbiberija (ara Relazzjoni)
H
Heidegger, 16, 17
Huvelin, Abb�, 180
I
Ilma ħaj, 173, 174, 219, 220
Injazju ta� Antjokja, Sant�, 71
Injazju ta� Loyola, Sant�, 24, 144, 145
Inkarnazzjoni, 34, 49, 61, 62, 66, 68
Intelliġenza artifiċjali, 20
Irinew, Sant�, 74
K
Katarina ta� Siena, Santa, 111
Klawdju de la Colombi�re, San, 125-128
Knisja, 219
Komunjoni, 212
Konsagrazzjoni, 206
Kustat ta� Kristu, 95-99, 101, 102, 104, 107, 109, 114, 116, 144, 149, 151, 176, 219
L
Ljun XIII, il-Papa, 79, 166
M
Maħfra, 142, 189
Marija, il-Verġni, 19, 42, 176
Mario Vittorino, 174
Medjazzjoni ta� Kristu, 176
Missjoni, 208, 209, 215
Missjunarji, 208-210, 216
N
Nar, 24, 30, 54
Narċisiżmu, 17
Newman, San John Henry, 26
Njostiċiżmu, 87
O
Offerta, 195, 198, 199
Oriġene, 74, 173
P
Passjoni ta� Kristu, 154, 156, 157, 161, 171, 175, 193, 195, 197, 201
Pawl, San, 46
Pawlu VI, il-Papa San, 208
Piju XI, il-Papa, 79, 153, 155, 156
Piju XII, il-Papa, 79, 82, 83, 86
Pjet� popolari, 160
Preżenza, 152
Proxxmu, 178, 182, 203
Q
Qadi, 213-215
Qalba, 21, 48, 55, 146
Qerq, 6, 7
Qima, 52, 57
R
Relazzjoni ma� Kristu, 105, 108, 110, 111, 114, 115, 132, 134, 138, 140, 155, 173, 175, 211, 212, 215, 217
Reliġjożit�, xejriet żbaljati ta�, 87
Rieda, 24
Riparazzjoni, 153, 155, 181-195, 200, 201, 204, 206
Rufinu, 102
S
Sagramenti, 106, 107
Salib, is-, 46, 201
Sensus fidelium, 154
Sinċerit�, 5
Skrittura, 141
Sogħba, 158, 159, 161
Spirtu s-Santu, 121
T
Tereża tal-Bambin Ġes�, Santa, 90, 133-142, 195-199, 216
Trinit�, 70-77
Tumas ta� Aquino, San, 174
U
Umilt�, 202
V
Vatikan II, 29, 30
Viċinanza tal-Mulej, 34-38, 43, 44 (ara wkoll il-ħarsa ta� Ġes�)
Vinċenz de Paul, San, 148, 180, 207
W
Wistin, Santu, 62, 103, 155, 174
Ż
Żgħar tas-soċjet�, 170