|
IL-PAPA FRANĠISKU
ANGELUS
Il-Ħadd, 23 ta� Frar, 2025
Ħuti,il-Ħadd it-tajeb!
Dalgħodu, fil-Bażilika ta� San Pietru saret iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija bl-ordinazzjoni ta� xi kandidati għad-djakonija. Insellem lilhom u lill-parteċipanti li ħadu sehem fil-Ġublew tad-Djakni li kien qed isir dal-ġranet fil-Vatikan; u rrodd ħajr lid-Dikasteri għall-Kleru u għall-Evanġlizzazzjoni li ħejjew dan l-avveniment.
Għeżież ħuti Djakni, intom tiddedikaw ruħkom għat-tħabbir tal-Kelma u għas-servizz tal-karit�; twettqu l-ministeru tagħkom fil-Knisja bil-kliem u bl-opri, biex twasslu l-imħabba u l-ħniena t�Alla lil kulħadd. Inħeġġiġkom biex tkomplu l-appostolat tagħkom bil-ferħ u � kif jissuġġerixxi l-Evanġelju tal-lum � tkunu sinjal ta� mħabba li tħaddan lil kulħadd, li l-ħażen tibdlu f�ġid u jsiġġenera dinja fraterna. Tibżgħux tirriskjaw l-imħabba!
Min-naħa tiegħi qed inkompli nqatta� daż-żmien fil-Policlinico Gemelli bil-fiduċja, għaddej bil-kura li għandi bżonn; u l-mistrieħ ukoll hu parti it-terapija! Irrodd ħajr minn qalbi lit-tobba u lill-operaturi sanitarji ta� dan l-isptar għall-attenzjoni li qed ituni u għad-dedikazzjoni li biha jeżerċitaw is-servizz tagħhom mal-morda.
Għada jaħbat it-tielet anniversarju minn meta bdiet il-gwerra bla ħniena fuq l-Ukrajna: anniversarju ta� niket u ta� mistħija għall-umanit� kollha! Filwaqt li nġedded il-qrubija tiegħi mal-poplu mbiċċer tal-Ukrajna, nistedinkom tiftakru fil-vittmi tal-kunflitti armati kollha u titolbu għad-don tal-paċi fil-Palestina, f�Iżrael u fil-Lvant Nofsani kollu, fil-Myanmar, f�Kivu u fis-Sudan.
Dal-ġranet wasluli bosta messaġġi ta� għożża imma laqtuni ħafna l-ittri u t-tpinġijiet tat-tfal. Grazzi ta� dil-qrubija u għat-talb ta� faraġ li rċevejt minn madwar id-dinja kollha! Nafda lil kulħadd fl-interċessjoni ta� Marija u nistedinkom titolbu għalija.
Miġjub għall-Malti minn Joe Huber