Laikos

 

 IL-PAPA FRANĠISKU

ANGELUS

Pjazza San Pietru
Il-Ħadd, 16 ta� Frar, 2025

Test imħejji mill-Qdusija Tiegħu

 

Ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

 

Illum fil-Vatikan ġiet iċċelebrata l-Ewkaristija dedikata partikolarment lill-artisti li ġew minn diversi nħawi tad-dinja għall-ġurnata tal-Ġublew tagħhom.  Irrodd ħajr lid-Dikasteru għall-Kutura u l-Edukazzjoni għat-tħejjija ta� dan l-appuntament li jfakkarna fl-importanza tal-arti bħala lingwaġġ universali li jiżra� s-sbuħija u jgħaqqad il-popli, jgħin biex iġib l-armonija fid-dinja u jsikket kull għajta ta� gwerra.

 

Nixtieq insellem lill-artisti kollha li ħadu sehem: xtaq kont fostkom imma kif tafu, ninsab hawn fil-Policlinico Gemelli għax għad għandi  bżonn ftit aktar kura għall-bronkite li għandi.

 

Insellem lill-pellegrini kollha li llum jinsabu Ruma, partikolarment lill-fidili mid-Djoċesi ta� Parma li ġew f�pellegrinaġġ djoċesan, immexxijin mill-Isqof tagħhom.

 

Nistieden lil kulħadd ikompli jitlob għall-paċi fl-Ukrajna mbiċċra, fil-Palestina, f�Iżrael u fil-Lvant Nofsani kollu, fil-Myanmar, f�Kivu u fis-Sudan.

 

Irroddilkom ħajr għall-għożża, it-talb u l-qrubija li qed takkumpanjawni bihom dal-ġranet, kif ukoll nixtieq irrodd ħajr lit-tobba u l-operaturi sanitarji ta� dan l-isptar għall-premura tagħhom: jagħmlu xogħol prezzjuż u tant iebes, inweżnuhom bit-talb tagħna!

 

U issa nintelqu f�idejn Marija, il-Mimlija bil-Grazzja, sabiex tgħinna nkunu bħalha, għannejja u awturi tas-sbuħija li ssalva d-dinja.

 

Miġjub għall-Malti minn Joe Huber