Laikos

 

 ANGELUS

 L-ewwel Ħadd tar-Randan 

Il-Ħadd, 9 ta� Marzu, 2025

Test imħejji mil-Papa Franġisku

 

Għeżież ħuti!

 

Nhar l-Erbgħa li għadda, bir-rit tal-Irmied bdejna r-Randan, il-mixja penitenzjali ta� erbgħin jum li jsejħulna għall-konverżjoni tal-qalb u tmexxina lejn il-ferħ tal-Għid.

 

Għalhekk ejjew nimpenjaw ruħna sabiex dan ikun żmien ta� purifikazzjoni u tiġdid spiritwali, mixja ta� tkabbir fil-fidi, fit-tama u l-karit�.

 

Dalgħodu, fi Pjazza  San Pietru ġiet iċċelebrata Quddiesa għad-dinja tal-volontarjat li qed jgħix il-Ġublew tiegħu.  Fis-soċjetajiet tagħna, li sfortunatament, huma wisq ilsiera tal-loġika tas-suq, fejn kollox jinsab f�riskju li jkun iġġudikat mill-kriteru tal-interess u t-tfittxija tal-profitt, il-volontarjat hu profezija u sinjal ta� tama, għax hu xhud tal-primat tal-gratwit�, tas-solidarjet� u tas-servizz lil min hu l-aktar fil-bżonn.   Nesprimi l-gratitudni tiegħi lil kull min hu impenjat f�dal-qasam: grazzi li toffru ħinkom u għall-ħiliet tagħkom; grazzi tal-qrubija u t-tenerezza li bihom tieħdu ħsieb l-oħrajn, u terġgħu tkebbsu fihom it-tama!

 

Ħuti, fiż-żmien twil li fih ilni hawn fl-isptar, jien ukoll qed inġarrab il-premura tas-servizz u t-tenerezza tal-attenzjoni, partikolarment min-naħa tat-tobba u tal-operaturi sanitarji, li rroddilhom ħajr minn qalbi.  U waqt li ninsab hawn, niftakar f�tant persuni li b�ħafna modi huma qrib min hu marid u huma għalih/has sinjal tal-preżenza tal-Mulej.  Għandna bżonn ta� dan, �tal-miraklu tat-tenerezza�, li jakkumpanja lil min għaddej mill-prova billi jwassal ftit dawl fil-lejl tat-tbatija.

 

Nixtieq irrodd ħajr lil dawk kollha li qed juruni l-qrubija tagħhom permezz tat-talb: grazzi mill-qalb lil kulħadd!  Jien ukoll qed nitlob għalikom.  U ningħaqad spiritwalment ma� dawk li fil-ġranet li ġejjin se jieħdu sehem fl-Eżerċizzi Spiritwali tal-Kurja ta� Ruma.

 

Ilkoll flimkien inkomplu nitolbu b�ħeġġa għall-paċi, partikolarment għall-Ukrajna mbiċċra, għall-Palestina, għal Iżrael, għal-Libanu u l-Myanmar, għas-Sudan u għar-Repubblika Demokratika tal-Congo.  Bi preokkupazzjoni sirt naf li reġgħet refgħet rasha l-vjolenza f�xi nħawi tas-Sirja: nittama li jieqaf kollox darba għal dejjem, b�rispett sħiħ lejn is-sezzjonijiet kollha etniċi u reliġjużi tas-soċjet�, speċjalment tan-nies ċivili.

 

Nafdakom ilkoll fl-interċessjoni tal-Verġni Marija.  Il-Ħadd it-tajjeb u arrivederci!

 

 

Miġjub għall-Malti minn Joe Huber