IL-PAPA FRANĠISKU
ANGELUS
Pjazza San
Pietru
Il-Ħadd, 9 ta’ Frar, 2025
Għeżież ħuti,
qabel ma ntemmu ċ-ċelebrazzjoni, nixtieq insellmilkom, lilkom li organizzajtu dal-pellegrinaġġ ġjubilari tal-Forzi Armati, tal-Puluzija u tas-Servizzi tas-Sigurtà. Irrodd ħajr lill-Awtoritajiet ċivili distinti tal-preżenza tagħhom u lill-Ordinarji militari u lill-Kappillani għas-servizz pastorali tagħhom. Nestendi t-tislima tiegħi lill-militari kollha tad-dinja u nixtieq infakkar dak li tgħallem il-Knisja a propożitu ta’ dan. Il-Konċilju Vatikan Ii jgħid: “Dawk li huma marbutin biex iservu l-patrija bħala membri ta' l-eżerċitu għandhom ukoll iġibu rwieħhom bħala ministri tas-sigurtà u tal-libertà tal-popli”. (Kost. App. Gaudium et Spes, 79). Das-servizz militari għandu jitħaddem biss għad-difiża leġittima, qatt biex wieħed jimponi ruħu u jiddomina nazzjonijiet oħra, u dejjem bl-osservanza tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-kunflitti (cfr ibid.), u qabel kollox b’rispett sagru lejn il-ħajja u lejn il-ħolqien.
Ħuti, nitolbu għall-paċi fl-Ukrajna mbiċċra, fil-Palestina, f’Iżrael u fil-Lvant Nofsani kollu, fil-Myanmar, f’Kivu, fis-Sudan. Waqqfu l-armi kullimkien u isimgħu l-għajta tal-popli li jitolbu, l-paċi!
Nafdaw it-talb tagħna fl-interċessjoni tal-Verġni Marija, Reġina tal-Paċi.
Angelus Domini....
Miġjub għall-Malti minn Joe Huber