|
ANGELUS
Il-Ħadd, 2 ta� Marzu, 2025
Test imħejji mil-Papa Franġisku
Għeżież ħuti!
Fl-Evanġelju ta� dal-Ħadd (Lq 6,39-45) Ġes� jridna nirriflettu fuq tnejn mill-ħames sensi tagħna: il-ħars u t-togħma.
Dwar il-ħars, jitlobna nħarrġu għajnejna biex nosservaw tajjeb id-dinja u niġġudikaw lill-proxxmu bil-karit�. Jgħid hekk: �Neħħi l-ewwel it-travu minn għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk� (v. 42). Hu biss b�ħarsa ta� kura bħal din, mhux bil-kundanna, li l-korezzjoni fraterna tista� tkun virt�. Għax jekk ma tkunx fraterna, mhi korrezzjoni xejn!
Dwar it-togħma Ġes� jfakkarna li �kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf� (v. 44). U l-frott li jiġi mill-bniedem hu per eżempju, kliemu, li joħroġ minn fommu tant illi �mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm� (v. 45). Il-frott ħażin hu l-kliem vjolenti, falz, vulgari; il-frott tajjeb huwa l-kliem xieraq u onest li jagħti togħma tajba lid-djalogi ta� bejnietna.
Allura nistgħu nsaqsu lilna nfusna: jien kif inħares lejn l-oħrajn, lejn dawk li huma ħuti? U kif inħoss
li qed iħarsu lejja huma? Kliemi fih togħma tajba jew mimli morr u vanit�?
Ħuti, qed nibgħatilkom dawn il-ħsibijiet meta għadni l-isptar, fejn, kif tafu, ilni għadd ta� ġranet, akkumpnjat mit-tobba u mill-operaturi sanitarji, li nirringrazzja għall-attenzjoni li biha jieħdu ħsiebi. F�qalbi qed inġarrab �il-barka� li tinsab fid-dgħufija, għax propju f�dal-mumenti nitgħallmu ferm aktar nafdaw fil-Mulej; fl-istess ħin niżżi ħajr lil Alla li qed itini din l-opportunit� li naqsam fil-ġisem u fl-ispirtu l-kundizzjoni ta� tant morda u batuti.
Nixtieq irroddilkom ħajr għat-talb li qed jitla� lejn il-Mulej mill-qalb ta� tant fidili f�bosta nħawi tad-dinja: qed inġarrab l-għożża kollha tagħkom u l-qrubija tagħkom, u f�dal-mument partikolari, inħoss li l-Poplu t�Alla qiesu qed �iġorrni� miegħu u jweżinni. Grazzi lil kulħadd!
Jien ukoll nitlob għalikom. U fuq kollox, nitlob għall-paċi. Minn hawn jidher aktar kemm il-gwerra hi assurda. Nitolbu għall-Ukrajna mbiċċra, għall-Palestina, għal Iżrael, għal-Libanu, għall-Myanmar, għas-Sudan, għal Kivu. Bil-fiduċja nafdaw ruħna f�idejn Marija, Ommna. Il-Ħadd it-tajjeb u arrivederci!
Ss
Miġjub għall-Malti minn Joe Huber