Talba uffiċjali għall-Kanonizzazzjoni tal-Beatu Carlo Acutis

 

O Missier,

li tajtna x-xhieda mħeġġa

tal-Beatu żagħżugħ Carlo Acutis,

li għamel mill-Ewkaristija ċ-ċentru ta’ ħajtu

u l-qawwa tat-tħabrik tiegħu ta’ kuljum

biex l-oħrajn ukoll iħobbuk fuq kull ħaġa,

agħmel li ma jdumx

ma jingħadd fost il-Qaddisin tal-Knisja tiegħek.

 

Wettaq il-fidi tiegħi,

kebbes tamieti,

ġedded imħabbti,

fuq ix-xempju taż-żagħżugħ Carlo,

li kiber f’dawn il-virtujiet

u issa qed jgħix fi ħdanek.

Agħtina l-grazzja li tant neħtieġ…

 

Jiena fik nafda, Missier,

u fl-Iben maħbub tiegħek Ġesù,

fil-Verġni Marija, l-Omm l-aktar ħelwa tagħna,

u fl-interċessjoni tal-Beatu tiegħek Carlo Acutis.

 

Missierna, Sliema, u Glorja.

 

Imprimatur in Curia Archiepiscopali Mediolanensi

6.X.2014 

X Angelo Mascheroni

 

 

***

 

 

Talba biex tingħad fil-Beatifikazzjoni ta’ Carlo Acutis

 

O Alla, Missierna,

irroddulek ħajr li tajtna lil Carlo,

mudell ta’ ħajja għaż-żgħażagħ,

u messaġġ ta’ mħabba għal kulħadd.

 

Int għamiltu namrat

ta’ Ibnek Ġesù,

u hu għażel l-Ewkaristija

bħala t-triq ewlenija tiegħu lejn il-Ġenna.

 

Int tajtu lil Marija

bħala Omm l-aktar maħbuba,

u bir-Rużarju għamilt minnu

għannej tal-ħlewwa tagħha.

 

Ilqa’ t-talb tiegħu għalina.

 

Fuq kollox ħu ħsieb tal-foqra,

li hu ħabb u għalihom qabeż.

 

U lili wkoll agħtini,

għall-interċessjoni tiegħu,

il-grazzja li neħtieġ…

 

U agħmel li l-ferħ tagħna jkun sħiħ,

billi tqiegħed lil Carlo fost il-qaddisin

tal-Knisja Mqaddsa tiegħek,

biex it-tbissima tiegħu

tilma għalina mill-ġdid,

għall-glorja ta’ ismek.

 

Amen.

 

Missierna, Sliema, u Glorja.

 

 

***

 

 

Talba lill-Beatu Carlo Acutis għall-virtù tas-safa

 

O Beatu Carlo Acutis, int li fil-ħajja qasira tiegħek fuq din l-art ingħatajt kollok kemm int għall-Mulej u wasalt biex ksibt ġisem safi, minkejja l-oċean ta’ tentazzjonijiet li qed tħabbat wiċċha magħhom l-umanità, fosthom iż-żgħażagħ u l-adulti, li qed jirriskjaw it-tinġis ta’ ruħhom anki permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni, idħol għalija biex ikolli qalb safja u ħarsa ġdida.

 

Ħa nkun nista’ jien ukoll, bħalek, inħares lejn l-oħrajn u lejn id-dinja b’għajnejn safja biex nista’ naqdi aħjar lill-Mulej u nikseb il-paċi vera ta’ qalbi.

 

Il-Mulej sejjaħlek fl-aqwa ta’ żgħożitek għal raġunijiet misterjużi li hu biss jaf wisq iktar minna: itlob għalina lill-Ispirtu s-Santu biex idawwal lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba ħalli ma jaqgħux fid-dnubiet kontra s-safa, biex nistgħu ngħixu bħala bnedmin ħielsa li nħarsu b’rispett kbir lejn l-oħrajn u nkunu lesti naqdu dejjem lill-Mulej fil-proxxmu tagħna kif għamilt int.

 

Miġjubin mit-Taljan għall-Malti minn Francesco PIo Attard