Kompieta

V/. O Alla, ejja eħlisni.
R/. Mulej, fittex għinni.
Glorja, hallelujah.

Wara dan il-versett tal-bidu tkun ħaġa tajba jekk isir l-eżami tal-kuxjenza, li fiċ-ċelebrazzjoni fil-komun jista’ jidħol fl-att penitenzjali skond il-formoli wżati fil-Quddiesa.

Att Penitenzjali

Ħuti, ejjew nagħrfu ħtijietna.
Isir ftit tas-skiet.
Kulħadd flimkien jistqarr:
Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox, u lilkom, ħuti, li jiena dnibt ħafna bil-ħsieb, bil-kliem, bl-egħmil u billi ħallejt dmirijieti: ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi. Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni, lill-Anġli u l-Qaddisin kollha, u lilkom, ħuti, biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.
Inbagħad jingħad:
V/. Ħenn għalina, Mulej.
R/. Għax dnibna kontra tiegħek.
V/. Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek.
R/. U s-salvazzjoni tiegħek agħtina.
Jingħadu dawn l-invokazzjonijiet, jew oħrajn:
Int li kont mibgħut biex tfejjaq il-bnedmin ta’ qalbhom niedma: Mulej, ħniena.
R/. Mulej, ħniena.
Int li ġejt biex issejjaħ il-midinbin: Kristu ħniena.
R/. Kristu ħniena.
Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier, biex tidħol għalina: Mulej ħniena.
R/. Mulej, ħniena.
 
Tingħata l-assoluzzjoni
Iħenn għalina, Alla, li jista’ kollox,
jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.
R/. Amen.

Innu

Wara dan il-jum li tajtna,
nitolbuk, Ħallieq ta’ kollox,
biex fit-tjieba kbira tiegħek
tgħasses fuqna u tieqaf magħna.
 
Fik u bik jistrieħu qlubna,
jibqgħu jħossu l-kenn ta’ mħabbtek,
sabiex għada minn filgħodu
jisbħu jgħannu l-glorja tiegħek.
 
Bierek jiemna b’saħħa tajba,
żid il-ħeġġa ta’ ħajjitna,
u bid-dija tiegħek dawwal
dlam il-lejl li riesaq fuqna.
 
Isma’ talbna, Missier twajjeb,
w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,
li ta’ dejjem hi saltnatkom
ma’ l-Ispirtu faraġ tagħna. Amen.
Kristu, dija u jum imsebbaħ,
bik tal-lejl titkeċċa d-dalma:
int tassew tad-dawl id-dija,
int xandâr tad-dawl għall-hienja.
 
Nitolbuk, Qaddis, Sid tagħna,
f’dan il-lejl li ġej ħarisna;
Ikun fik il-mistrieħ tagħna,
Tina ftit sigħat ta’ heda.
 
Jekk l-għajnejn fl-irqad jinagħlqu,
qalbna tibqa’ tishar miegħek;
midd, Mulej, il-leminija
bħala kenn ħanin fuq ħbiebek.
 
Ejja, Salvatur setgħani,
qatta’ x-xbiek ta’ l-għadu tagħna,
wennes lill-qaddejja tiegħek,
li biex fdejthom xerridt demmek.
 
Ġieħ u sebħ għal dejjem, Kristu,
Sultan twajjeb, jintradd lilek,
lill-Missier u lill-Ispirtu
Difensur u Faraġ tagħna. Amen.
Fi żmien il-Għid:
O Ġesù, Feddej tad-dinja,
inti l-Verb tal-Missier Alla,
dawl minn dawl li dejjem tishar
fuq il-ħbieb fidili tiegħek.
 
Int li bik issawru l-ħlejjaq,
u li tagħżel żmien minn ieħor,
lejl ta’ serħ u sliem agħtina,
wara jum tħabrik u ħidma.
 
Int li qridt tad-dlam is-saltna,
għinna nirbħu l-għadu tagħna;
qatta’ x-xbiek li qed jonsbilna,
la tinsiex li b’demmek fdejtna.
 
F’dan iż-żmien qasir li għadna
liebsa t-toqol ta’ ġisimna,
tħalli qatt lil ruħna tongħos
waqt l-irqad meħtieġ tal-ġisem.
 
Glorja lilek, fir-rebħ tiegħek
fuq il-mewt, Ġesù setgħani;
mal-Missier u ma’ l-Ispirtu,
ġieħ jintraddlek issa u dejjem. Amen.

Salmodija

Ant. Bi nhar u bil-lejl, Mulej, nitniehed quddiemek.
 
Salm 87 (88)
Talba fil-mard
Mulej, Alla tiegħi, binhar jien ngħajjat, *
billejl jien nitniehed quddiemek.
Ħa tasal it-talba tiegħi għandek, *
agħti widen għat-talba tiegħi.
 
Għax ruħi mimlija bl-hemm, *
lejn il-qabar qed toqrob ħajti.
Jien magħdud ma’ min nieżel fil-ħofra, *
sirt qisni bniedem bla saħħa.
Fost il-mejtin hu friexi, *
bħall-maqtulin mimduda fil-qabar,
li fihom ma tiftakarx iżjed *
u m’humiex aktar taħt idejk.
 
Inti xħettni f’qiegħ il-ħofra, *
fid-dlamijiet, f’qiegħ l-art.
Fuqi tagħfas il-qilla tiegħek, *
fuqi tfajt l-imwieġ kollha tiegħek.
 
Ħadtli ’l ħbiebi ’l bogħod minni, *
għamiltni ħaġa ta’ l-għajb għalihom;
ninsab magħluq, u ma nistax noħroġ; *
għajnejja mdallma bl-għali.
Lilek, Mulej, kuljum insejjaħ, *
lejk immidd idejja.
 
Tagħmel int għeġubijet mal-mejtin, *
jew se jqumu l-erwieħ biex ifaħħruk?
Tixxandar fil-qabar it-tjieba tiegħek, *
jew f’post it-telfien il-fedeltà tiegħek?
Jingħarfu fid-dlam l-għeġubijiet tiegħek, *
jew f’art il-minsija l-ġustizzja tiegħek?
 
Imma jien, Mulej, lejk ngħajjat, *
fil-għodu għandek tasal it-talba tiegħi.
Għaliex, Mulej, twarrabni, *
u taħbi wiċċek minni?
Imsejken jien, u qisni mejjet sa minn żgħożiti, *
inħossni mifni, mgħobbi bil-biża’ tiegħek.
Għaddiet minn fuqi l-qilla tiegħek, *
fnietni l-imġiba tiegħek tal-biża’. 
Kuljum bħall-ilma jdawwruni, *
flimkien minn kull naħa jagħlquni.
Int begħidt minni l-ħbieb u l-qraba, *
sħabi huma d-dlamijiet. .
 
Glorja.
 
Ant. Bi nhar u bil-lejl, Mulej, nitniehed quddiemek.

Lezzjoni Qasira

Responsorju Qasir

V/. F’idejk, Mulej, * Jien nerħi ruħi. R/. F’idejk.
V/. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa, * R/. Jien nerħi ruħi.
V/. Glorja. R/. F’idejk.
 

Kantiku Evanġeliku

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u nistrieħu fis-sliem. 
Kantiku Evanġeliku ta’ Xmun (Lq 2, 29-32)
Kristu dawl tal-ġnus u glorja ta’ Iżrael
Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek *
imur fis-sliem, skond kelmtek;
għaliex għajnejja raw *
is-salvazzjoni tiegħek,
li int ħejjejt *
għall-popli kollha:
dawl biex idawwal il-ġnus, *
u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.
 
Glorja.
 
Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u nistrieħu fis-sliem.
 

Talba

 

Il-Mulej li jista’ kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb. R/. Amen.

Antifona lill-Madonna

Bil-Malti

Omm Ħelwa

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej,
int bieb illi jagħti għas-sema,
int kewkba tal-baħar, Marija!
Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,
għajnuna tal-poplu l-maħtur,
li b’għaġeb nissilt ‘il min ħalqek
fis-siegħa li lqajt it-tislima
li tak Gabrijel, u bqajt xebba,
kif qabel, hekk wara t-tnissil.
Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.

Is-sliem, o Sultana

Is-sliem, o Sultana
tas-sema, Sidt l-anġli;
int l-għerq u l-bieb safi
mnejn ġie dawl id-dinja.
O Verġni glorjuża,
ta’ ġmiel u sbuħija,
is-sliem għalik! Itlob
lil Kristu għalina.

Sliem għalik, Sultana

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena;
ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.
Lilek ingħajjtu,
għaliex aħna tturufnati, ulied Eva.
Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu
f’dan il-wied ta’ dmugħ.
Ejja, mela, avukata tagħna,
dawwar lejna
dawk il-għajnejn tiegħek tal-ħniena;
u wrina, wara dan it-turufnament,
lil Ġesù, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.
O Ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

Taħt il-ħarsien tiegħek

Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,
Omm qaddisa ta’ Alla:
la twarrabx minn quddiemek
it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,
u eħlisna dejjem minn kull tiġrib,
o Verġni glorjuża u mbierka.

Sultana tas-sema

Sultana tas-sema, ifraħ, hallelujah,
għax dak li stħaqqlek tkun ommu, hallelujah,
qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal, hallelujah
itlob ‘l Alla għalina, hallelujah.
 
V/. Ifraħ u thenna, Verġni Marija, hallelujah.
R/. Għaliex il-Mulej qam tassew, hallelujah.

Kollok sabiħa

Kollok sabiħa int Marija
Kollok sabiħa int Marija.
u t-tebgħa tad-dnub tan-nisel ma tinsabx fik.
u t-tebgħa tad-dnub tan-nisel ma tinsabx fik.
Inti l-glorja ta’ Ġerusalemm
Inti l-ferħ ta’ Israel.
Inti l-ġieħ ta’ ġensna.
inti avukata tal-midinbin.
O Marija!
O Marija!
Verġni kollok għaqal
Omm kollok ħniena
Idħol għalina
quddiem Sidna Ġesù Kristu.
&mbsp;
V/. Fit-tnissil tiegħek bqajt verġni bla mittiefsa.
R/. Itlob għalina lill-Missier, li minnek twieled Ibnu.
 
Nitolbu. O Alla, li bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Maqddsa Marija, int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti ta’ l-istess Ibnek biex ħarist lill-ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek. Bi Kristu Sidna. Amen.
 
Bil-Latin

Alma Redemptóris Mater

Alma Redemptóris Mater,
quæ pérvia cæli porta manes,
et stella maris,
succúrre cadénti,
súrgere qui curat, pópulo;
tu quæ genuísti,
natúra miránte, tuum sanctum Genitótrem,
Virgo prius ac postérius, Gabriélis ab ore
sumens illud Ave,
paccatórum miserére.

Ave, Regína Cælórum

Ave, Regína cælórum,
ave Domina angelórum,
salve, radix, salve, porta,
ex qua mundo lux est orta.
Gaude, Virgo gloriósa,
super omnes speciósa;
vale, o valde decóra,
et pro nobis Christum exóra.

Salve Regína

Salve, Regína,
Mater misericórdiæ,
vita, dulcédo et spes nostra, salve.
Ad te clamámus,
éxsules filii Evæ.
Ad te suspirámus geméntes et flentes
in hac lacrimárum valle.
Eia ergo, advocáta nostra,
illos tuos misericórdes óculos
ad nos convérte.
Et Iesum benedíctum fructum ventris tui,
nobis, post hoc exsílium, osténde.
O clemens, o pia, o dulcis Virgo María!

Sub Tuum Præsídium

Sub tuum præsídium confúgimus,
sancta Dei Génitrix;
nostras deprecatiónes
ne despícias in necessitátibus;
sed a perículis cuntis líbera nos semper,
Virgo gloriósa et benedícta.

Regina Cæli

Regína cæli lætáre, allelúia.
Quia quelli merúisti portáre, allelúia.
Resurréxit, sicut dixit, allelúia.
Ora pro nobis Deum, allelúia.
V/. Gaude et lætáre, Virgo María, allelúia.
R/. Quia surréxit Dominus vere, allelúia.

Tota Pulchra

Tota pulchra es, Maria,
Tota pulchra es, Maria,
et macula originalis non est in te.
et macula originalis non est in te.
Tu gloria Jerusalem,
tu lætitia Israel,
tu honorificentia populi nostri.
tu advocata peccatorum.
O Maria
O Maria
Virgo prudentissima
Mater clementissima
Ora pro nobis
Intercede pro nobis ad Dominum Iesum Christum.
 
V/. In Conceptione tua, Virgo, immaculata fuisti.
R/. Ora pro nobis Patrem, cujus Filium peperisti.
 
Orémus. Deus, qui per Immaculatam Virginis Conceptionem dignum Filii tui habitaculum preparasti: quaesumus, ut qui ex morte ejusdem Filii sui praevisa eam ab omni labe praeservasti, nos quoque mundos ejus intercessione ad te pervenire concedas. Per Christum Dóminum nostrum. Amen.