Mill-Arkivju 29 April 2013

Il-Papa Benedittu XVI dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu

Milan, 2 ta’ Ġunju 2012: Għeżież tfal! Issa intom stess, mimlija gratitudni, tistgħu tilqgħu d-doni kbar tiegħu li jgħinukom, fil-mixja tal-fidi, biex issiru xhieda fidili u qalbiena ta’ Ġesù.  Id-doni ta’ l-Ispirtu huma realtajiet ta’ l-għaġeb, li bihom tistgħu tiffurmaw ruħkom bħala Nsara, tgħixu l-Vanġelu u tkunu membri attivi tal-komunità.  Fil-qosor sa nerġa’ nsemmi dawn id-doni, li dwarhom diġà jkellimna l-profeta Isaija u mbagħad Ġesù ...

Aqra d-diskors kollu tal-Papa Benedittu XVI

 

Mill-Arkivju 24 April 2013

Kif tfaqqa’ l-persekuzzjoni, tfaqqa’ wkoll il-missjunarjetà tal-Knisja ...

L-ewwel qari tallum iġagħalni naħseb kif, sewwa sew fil-mument li fih tfaqqa’ l-persekuzzjoni, tfaqqa’ wkoll il-missjunarjetà tal-Knisja.  U dawn l-Insara kienu waslu sal-Feniċja, sa Ċipru u sa Antjokja, u kienu jxandru l-Kelma. Kellhom ġewwa fihom din il-ħeġġa Appostolika; u hekk tixtered il-fidi!  ... Imma f’Ġerusalemm, xi ħadd, meta’ sema’ b’dan, ħabat sa jinkwieta, u bagħtu Żjara Appostolika, bagħtu lil Barnaba Forsi, bi ftit sens ta’ umoriżmu, nistgħu ngħidu li dan kien il-bidu teoloġiku tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi ...

Kompli aqra l-omelija tal-Papa Franġisku lill-Kardinali fil-festa ta' San Ġorġ

 

Mill-Arkivju 24 April 2013

Il-Konċilju ħidma tal-Ispirtu s-Santu, imma hemm min irid imur lura...

“Ngħid ċar u tond, l-Ispirtu s-Santu jagħtina fastidju.  Għaliex iħarrikna, imexxina, jimbutta l-Knisja biex tmur ‘il quddiem.  U aħna qisna bħal Pietru fit-Trasfigurazzjoni: ‘Kemm hu tajjeb li nibqgħu hekk, lkoll flimkien!’ … li ma jagħtiniex fatidju.  Nixtiequ li kieku l-Ispirtu s-Santu jieħu nagħsa … irridu nimmansawh lill-Ispirtu s-Santu.  U dan mhux tajjeb. Din kienet it-twissija tal-Papa Franġisku meta waqt omelija tiegħu huwa tkellem dwar il-martirju ta’ San Stiefnu.  Kompli aqra

Isma' dan ir-rapport

Isma' lil Papa nnifsu f'siltiet mid-diskors tiegħu

 

Mill-Arkivju 24 April 2013

Il-Papa lill-Presbiteri l-ġodda, "Imitaw dak li qed tiċċelebraw" ...

Dawn ħutna u wliedna ġew imsejħa għall-ordni tal-presbiterat. Ejjew nirriflettu b’attenzjoni fuq il-ministeru għoli li ser ikun mogħti lilhom fil-Knisja. ... Kunu afu  li filwaqt li tkunu qed teżerċitaw il-ministeru tad-Duttrina Mqaddsa, intom tkunu qed tieħdu sehem fil-missjoni ta’ Kristu, l-Imgħallem waħdieni. Agħtu bil-ferħ lil kulħadd dik il-Kelma t’Alla li intom stess irċevejtu. Ftakru f’ommijietkom, fin-nanniet tagħkom, fil-katekisti li tawkom il-Kelma t’Alla, il-fidi…..id-don tal-fidi!

Ara t-test kollu tal-omelija tal-Papa u filmat

 

Mill-Arkivju 22 April 2013

Il-Martri ta’ żmienna - Is-sinifikat tal-martirju ...

Fil-messaġġ tiegħu waqt ir-Regina Coeli tal-14 ta’ April, il-Papa Franġisku tkellem dwar il-martri ta’ żmienna.  Huwa qal: “F’dan iż-żmien hemm tant insara li qed ibatu l-persekuzzjoni, ħafna, ħafna, f’ħafna pajjiżi: nitolbu għalihom, b’imħabba, minn qalbna. Ħa jħossu l-preżenza ħajja u ta’ kuraġġ tal-Mulej Irxoxt”.  F’messaġġ li l-Papa Benedittu XVI kien ta fil-11 ta’ Awwissu 2010, huwa kien tkellem dwar is-sinifikat tal-martirju.  Kien staqsa; “Fuqiex huwa mibni l-martirju?”  Ħsibna li kien messaġġ importanti u attwali għal żmienna u qed nippubblikawh bil-Malti ...

Ara l-Messaġġ tal-Papa Benedittu XVI

 

Mill-Arkivju 22 April 2013

Mitt Sena mill-Kungress Ewkaristiku tal-1913 ...

Fit-23 ta’ April 1913, fetaħ l-24 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kien sar f’Malta. Il-Kungress għalaq fis-27 ta’ April 1913 b’purċissjoni li bdiet mill-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, għal fejn illum hemm il-monument ta’ Kristu Re, fejn ingħatat il-Barka Ewkaristika. F’din iċ-ċelebrazzjoni ħadu sehem madwar 7,000 ruħ. Il-monument ta’ Kristu Re, li ġie inawgurat nhar il-Ħadd 30 ta’ Diċembru 1917, sar apposta b’tifkira ta’ dan il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali.

Kompli aqra

 

Mill-Arkivju 22 April 2013

L-Ispiritwalità tal-Impenn Soċjali ...

Il-ħajja spiritwali għandha x’taqsam mar-relazzjoni tagħna m’Alla. Minn dan ħafna jikkonkludu li fil-ħajja spiritwali tidħol biss il-ħajja tat-talb u, forsi, il-ħajja morali. Jaħsbu li dak li jiġri fid-dinja m’għandu x’jaqsam xejn magħha. Bħala konsegwenza ta’ dan ir-raġunar, jaqsmu l-ħajja f’żewġ kompartimenti, wieħed iddedikat għal Alla u l-ieħor iddedikat għall-ħajja ta’ kuljum.

Seminar Mt St. Joseph, mill-Ġimgħa, l-26 ta’ April 2013 fis-18.30 - Kompli aqra

 

Mill-Arkivju 14 April 2013

Knisja tal-poplu jew ta’ minoranza pura?

Il-Kardinal Bergoglio u Isqfijiet oħra mill-Arġentina kienu taw ordnijiet lill-kleru tagħhom biex lil dawk li juru x-xewqa li jitgħammdu, għandhom jgħammduhom anke jekk dawn ma jkunux Kattoliċi prattikanti. “Aħjar Knisja tal-poplu milli Knisja tal-puri”.

Kompli aqra

 

Mill-Arkivju 13 April 2013

Tmien Kardinali se jgħinu l-Papa fit-Tmexxija u r-Riforma ...

Belt tal-Vatikan, 13 April 2013:  Dalgħodu, għeluq ix-xahar mill-elezzjoni ta’ Franġisku bħala suċċessur ta’ Pietru u Isqof ta’ Ruma, tħabbar li l-Papa ħatar tmien kardinali biex jiffurmaw kunsill permanenti biex jgħinuh fit-tmexxija tal-Knisja u fir-riforma tal-Kurja Rumana.  Il-kunsill huwa magħmul minn kardinal mill-kontinenti tal-Afrika, l-Asja, l-Awstralja u l-Ewropa, flimkien ma' kardinali mill-Amerka ta’ Fuq, l-Amerka Ċentrali u l-Amerka t’Isfel.  Il-grupp fih biss uffiċjal wieħed tal-Vatikan.

Ara aktar dettalji u ritratti

Mill-Arkivju 13 April 2013

Fażi ġdida għal Vatikan II ...

Meta xeħet il-mira tiegħu fuq it-tema tal-faqar u tal-ġustizzja soċjali, il-Papa Franġisku ta bidu għal fażi ġdida fl-implimentazzjoni tal-Konċilju Vatikan II.   Dan kitbu il-Kardinal Walter Kasper fl-Osservatore Romano tal-Ħamis, 11 ta’ April 2013.

Il-Kardinal Kasper qal li l-vjaġġ ta’ tiġdid li Vatikan II ta bidu għalih 50 sena ilu għadu ma ntemmx u li l-għexieren ta’ snin ta’ diskussjoni dwar il-kontenut tad-dokumenti tal-Konċilju issa jridu jissarrfu f’riżultati prattiċi, u l-Papa Franġisku, bl-enfasi tiegħu fuq Knisja fqira u għall-fqar qed jurina t-triq.

Aqra rapport minn John Thavis

 

Mill-Arkivju 11 April 2013

Jasal Malta n-Nunzju l-ġdid ...

Ħamis, 11 ta’ April 2013: Illum wasal Malta, in-Nunzju Appostoliku ġdid għall-pajjiżna, Mons. Aldo Cavalli, Arċisqof Titulari ta’ Vibo Valentia. Laqgħuh fl-ajruport l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca. F’isem il-Gvern Malti kien hemm  is-Sur Walter Mallia, uffiċjal tal-protokoll fil-Ministeru tal-Affarjiet Barranin, u l-E.T. s-Sur Anthony Ganado,

Ambaxxatur ta’ Malta ghas-Santa Sede. Kien preżenti wkoll Mons. Filippo Colnago,charge d’affaires tan-Nunzjatura Appostolika. Ritratt mill-Photocity, Valletta.

 

Mill-Arkivju 11 April 2013

Jum il-Vokazzjonijiet, "Il-vokazzjonijiet sinjal ta’ tama mibnija fuq il-fidi" ...

Fl-okkażjoni tal-50 Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet, li se jkun iċċelebrat fil-21 ta’ April 2013, ir-raba’ Ħadd tal-Għid, nixtieq nistedinkom tirriflettu fuq it-tema: “Il-vokazzjonijiet sinjal ta’ tama mibnija fuq il-fidi”  li taqbel ħafna mal-kuntest tas-Sena tal-Fidi u mal-50 anniversarju mill-ftuħ tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II.

Ara l-messaġġ kollu li kien kiteb il-Papa Benedittu XVI

 

Mill-Arkivju 9 April 2013

Barka speċjali mill-Papa Franġisku lill-Poplu Malti ...

Il-Papa tkellem mal-Isqof Mario Grech dwar il-familja u dwar l-isfidi għad-don tal-ħajja.

Imbagħad tkellem miegħu dwar il-vokazzjonijiet u ħeġgu biex huwa u sħabu jkomplu jaħdmu b’risq il-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.

Semma espressament lil dawk li qed jgħixu l-ħajja kontemplattiva, jiġifieri s-sorijiet tal-klawsura. ‘Għidilhom li nibgħatilhom minn qalbi l-Barka Appostolika tiegħi’.

Aqra u isma' recording tal-kummenti tal-Isqof Mario Grech wara l-laqgħa tiegħu mal-Papa Franġisku, laqgħa li fiha huwa wkoll qaddes mal-Papa.

Aktar dettalji u r-recording

 

Mill-Arkivju 9 April 2013

“Min minnkom irid ikun l-ewwel għandu joqgħod wara kulħadd” (Mk 9:35)

F’Domus Sanctae Marthae, bilqegħda mal-kongregazzjoni, fuq wara tal-kappella, il-Papa Franġisku jistenna l-ħin biex jibda l-quddiesa. (Ritratt mill-Osservatore Romano)

 

Mill-Arkivju 8 April 2013

L-Isqof Mario Grech iqaddes mal-Papa Franġisku:-

"Għan-Nisrani, ir-Regola tad-deheb hija l-umiltà"

April 8, 2013: L-umiltà hija r-regola tad-deheb. Għan-nisrani li jimxi ‘l quddiem ifisser li jbaxxi lilu nnifsu.  U hu propju mit-triq tal-umiltà, magħżula minn Alla stess, li jgħaddu l-imħabba u l-karità. Din kienet it-tema prinċipali tal-omelija tal-Papa Franġisku, fil-quddiesa li ċċelebra fil-kappella ta’ Dar Santa Marta,  u li fiha kkonċelebraw miegħu l-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech u l-Arċisqof ta’ Los Angeles, José Horacio Gómez.

Kompli aqra

 

Mill-Arkivju 8 April 2013

Mhux żmien noqgħodu nħarsu fuq strutturi u burokrazija ...

Birkirkara, Sibt, 6 ta' April 2013: F’diskors li għamel Dun Joe Mizzi, Direttur tal-Moviment ta’ Kana qal li huwa tajjeb li tieqaf u tirrifletti fuq il-ħidma tiegħek imma mhux iż-żmien li noqgħodu nħarsu ħafna ‘il ġewwa fuq strutturi u burokrazija iżda li nitfgħu ħarsitna ‘l barra għax hemm ħafna xogħol jistenniena.  Iż-żwieġ u l-familja huwa kamp tant vast li ma tista’ qatt tgħid li għamilt biżżejjed jew li wasalna. Dejjem hemm fejn tagħmel iżjed, għax hija realtà ħajja u dinamika li kontinwament qed tinbidel u tiġġedded.

L-isfidi għal dan il-qasam huma kbar ħafna. Biżżejjed insemmu xi ideat li hawn fostna bħalissa ngħidu aħna dik taż-żwieġ bejn l-omosesswali, il-liġi tal-koabitazzjoni, nies li jħossu li għandhom jibdlu s-sess tagħhom u jiżżewġu, u sfidi oħrajn. …

Kompli aqra

 

Mill-Arkivju 8 April 2013

"Fil-ħajja personali tiegħi tant drabi rajt il-wiċċ ħanin ta’ Alla"

Ruma, Bażilika ta’ San Ġwann Lateran, 7 April 2013: "Alla ma jitlifx is-sabar magħna, aħna li spiss irridu kollox u malajr, anki mal-persuni l-oħra.  Alla hu paċenzjuż magħna għax iħobbna, u min iħobb, jifhem, jittama, ipoġġi fiduċja, ma jabbandunax, ma jkissirx il-pontijiet, jaf jaħfer."

Ara l-omelija tal-Papa Franġisku

Mill-Arkivju 7 April 2013

Il-Papa Franġisku wara l-quddiesa tal-pussess - "Itolbu għalija"

Ruma, 7 April 2013:  Għat-tieni darba mill-ħatra tiegħu bħala suċċessur tal-Appostlu Pietru, il-Papa Franġisku mill-ġdid talab lill-poplu ta’ Ruma sabiex jitolbu għalih.  “Għandi bżonn”, qalihom.  Imbagħad kompla, “Tinsewhx dan!”  Huwa kien qed jitkellem mill-gallarija tal-bażilika ta’ San Ġwann fil-Lateran wara tmiem ċerimonja tal-pussess tiegħu bħala Isqof tad-djoċesi ta’ Ruma.

Ara l-filmat u aqra d-diskors bil-Malti

 

Mill-Arkivju 3 April 2013

Il-Papa Franġisku żar l-Oqbra ta’ San Pietru u Papiet oħra ...

Belt tal-Vatikan, 2 April 2013: Wara li l-Bażilika ta’ San Pietru ġiet magħluqa, il-Papa Franġisku żar il-qabar tal-Beatu Ġwanni Pawlu II fit-8 anniversarju mill-mewt tiegħu.  It-Tnejn huwa żar ukoll in-Nekropoli ta’ Ruma li hu taħt il-Bażilika tal-Vatikan u waqaf jitlob fuq il-qabar ta’ San Pietru.

Ara r-rapport taż-Zenit

 

Mill-Arkivju 1 April 2013

Ta’ dan aħna lkoll xhieda ...

Waqt il-vġili tal-qawmien tal-Mulej mill-imwiet, sbieħ l-Għid il-Kbir, il-Knisja semmgħatilna l-kelmiet tal-appostlu Pawlu, missierna fil-fidi: “Kif Kristu qam mill-imwiet bil-qawwa glorjuża tal-Missier, hekk ukoll aħna ngħixu ħajja ġdida” (Rum 6,4).

Ħsieb għal kuljum tul l-Ottava tal-Għid

 

Mill-Arkivju 31 Marzu 2013

X’sens għandha din il-ġrajja? 

Vatikan, Għid il-Kbir, 30 Marzu 2013: Anke aħna, bħan-nisa dixxipli ta’ Ġesù, li marru ħdejn il-qabar u sabuħ vojt, nistgħu nistaqsu, x’sens għandha din il-ġrajja? Xi tfisser li Ġesù qam mill-imwiet? Tfisser li l-imħabba ta’ Alla hija aktar qawwija mill-ħażen u mill-mewt stess; tfisser li l-imħabba ta’ Alla tista’ tibdlilna ħajjitna, u twarrad dawk l-oqsma ta’ deżert li hemm fi qlubna.  L-imħabba ta’ Alla tista’ tagħmlu dan!

Il-messaġġ, Urbi et Orbi tal-Papa Franġisku

 

Mill-Arkivju 31 Marzu 2013

Ma ningħalqux għall-ġdid li Alla jrid iġib f’ħajjitna!

Vatikan, Sibt il-Għid, 30 Marzu 2013: Ħuti, ejjew ma ningħalqux għall-ġdid li Alla jrid iġib f’ħajjitna!  Spiss inkunu għajjiena, delużi, imdejqa, inħossu l-piż ta’ dnubietna, naħsbu li m’aħniex ħa naslu.  Ejjew ma ningħalqux fina nfusna, ma nitilfux il-fiduċja, ma nirrassenjaw ruħna qatt: m’hemmx sitwazzjonijiet li Alla ma jistax jibdel, m’hemm l-ebda dnub li hu ma jistax jaħfer, jekk ninfetħu għaliH.

Ara, isma u aqra bil-malti l-omelija tal-Papa Franġisku

 

Mill-Arkivju 29 Marzu 2013

Lis-Saċerdoti, "Kunu Rgħajja li ġġorru fuqkom ir-riħa tan-Nagħaġ" ...

 Il-Mulej imbagħad jgħidha ċara: id-dilka tiegħu hi għall-foqra, għall-imjassrin, għall-morda u għal dawk li qalbhom muġugħa jew jinsabu waħidhom.  Id-dilka, għeżież ħuti, m’hix qiegħda hemm biex infewħu lilna nfusna u wisq inqas biex inżommuha magħluqa f’ampolla, għax inkella ż-żejt jibda jitlef it-tjieba tiegħu… u l-qalb issir morra.

Fittex

 

Mill-Arkivju 29 Marzu 2013

Alla jiġġudikana billi jħobbna - Via Crucis fil-Kolossew

Is-Salib ta’ Ġesù hija l-kelma li biha Alla wieġeb għal ħażen fid-dinja.  Kultant jidher li Alla ma jweġibx għall-ħażin, li jibqa’ sieket.  Fil-realtà,  Alla tkellem, wieġeb; u t-tweġiba tiegħu hija s-Salib ta’ Kristu ...

Fittex

Mill-Arkivju 28 Marzu 2013

L-Istemma tal-Papa Franġisku ...

Il-Papa Franġisku ddeċieda li jżomm il-qafas essenzjali ta’ l-istemma li diġà kellu, magħżula sa mill-konsagrazzjani episkopali tiegħu u kkaratterizzata minn sempliċità lineari.

Fittex

 

Mill-Arkivju 28 Marzu 2013

Il-Papa Franġisku Jqaddes fil-Ħabs Minorili ...

Taħsel is-saqajn, jfisser “jiena qiegħed għas-servizz tiegħek”. U anke aħna, fostna, mhux li rridu naħslu s-saqajn xulxin kuljum, imma x’ifisser dan?  Li rridu ngħinu lil xulxin, wieħed lill-ieħor.  Ġieli rrabjajt ma’ wieħed jew mal-oħra …  ħalliha tgħaddi, ħalliha tgħaddi u jekk jitolbok pjaċir, għamlu. 

Fittex

Mill-Arkivju 27 Marzu 2013

Il-loġika ta’ Alla, il-loġika tas-Salib,  il-loġika tal-Imħabba ...

Li ngħixu l-Ġimgħa Mqaddsa jfisser nidħlu dejjem iżjed fil-loġika ta’ Alla, fil-loġika tas-Salib, li m’hix qabel kollox dik tad-dulur u tal-mewt, imma dik ta’ l-imħabba u ta’ l-għotja tagħna nfusna li permezz tagħha tiġi l-ħajja.  Tfisser li nidħlu fil-loġika tal-Vanġelu.  Li nimxu, nakkumpanjaw lil Kristu, nibqgħu miegħU, jitlob minna li “noħorġu”, noħorġu.  Noħorġu minna nfusna, minn mod għajjien u tas-soltu kif ngħixu l-fidi, mit-tentazzjoni li ningħalqu fl-iskemi tagħna li jispiċċaw biex jagħlqu x-xefaq ta’ l-azzjoni kreattiva ta’ Alla.

Fittex  

Mill-Arkivju 24 Marzu 2013

Ħadd il-Palm, 24 Marzu 2013:  It-tliet kelmiet fil-messaġġ tal-Papa Franġisku u li bihom ta bidu għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-quddiesa ta’ Ħadd il-Palm. 

Ferħ

Ġesù qanqal tant tamiet fil-qlub ... La tkunu qatt irġiel u nisa mdejqa: in-Nisrani qatt ma jista’ jkun hekk!  Tħallu qatt il-qtigħ ta’ qalb iġorrkom miegħu!”  Il-ferħ tagħna mhux milli għandna ħafna ħwejjeġ, imma mil-laqgħa tagħna ma Ġesù, li jinsab fostna

Salib

Ġesù ma jidħolx fil-belt biex jirċievi l-unuri ... Is-salib ta’ Kristu mgħannaq bl-imħabba qatt ma jwassal għad-dwejjaq, imma għall-ferħ ... Inħarsu madwarna: kemm ġrieħi jikkawża l-ħażen lill-umanità! 

Żgħażagħ

Għeżież żgħażagħ, rajtkom fil-purċissjoni ...  Intom għandkom sehem importanti fil-festa tal-fidi!  Iġġibulna l-ferħ tal-fidi. Tgħidulna ngħixu l-fidi b’qalb żagħżugħa ... Nagħtikom appuntament għall-Brażil!  Ħejju ruħkom, fuq kollox spiritwalment.”

Ara l-omelija kollha tal-Papa Franġisku

Ara, isma u aqra bil-Malti d-diskorsi prinċipali li l-Papa Franġisku għamel sallum 

 

Mill-Arkivju 24 Marzu 2013

Laqgħa storika bejn żewġ papiet …

Castel Gandolfo, Ruma, 23 Marzu 2013: 

Tgħannieqa storika bejn żewġ papiet, il-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu Benedittu XVI, avveniment storiku ieħor li żgur ma kienx hemm ieħor bħalu tul dawn l-aħhar 600 sena, u żgur l-ewwel wieħed li qatt seħħ quddiem il-lentijiet tal-cameras.  Illum il-Papa Franġisku mar bil-helicopter mill-Vatikan għal Castel Gandolfo fejn għalissa qed jgħix il-Papa Emeritu Benedittu XVI wara li abdika fit-28 ta’ Frar li għadda.

Ara filmat u aktar ritratti

 

Mill-Arkivju 24 Marzu 2013

Omelija tal-Papa Franġisku lill-Kardinali ...

Timxi, tibni u tistqarr.  Imma dan mhux daqshekk faċli, għaliex fil-mixi, fil-bini, fl-istqarrija, kultant hemm l-iskossi. Hemm movimenti li ma jmexxukx ‘il quddiem, imma jitfgħuk lura. ... Jiena nixtieq li lkoll, wara dawn il-jiem ta’ grazzja, jkollna l-kuraġġ, propju l-kuraġġ li nimxu fil-preżenza tal-Mulej, bis-Salib tal-Mulej; li nibnu l-Knisja bid-demm tal-Mulej li huwa mxxerred fuq is-Salib; u li nistqarru l-unika glorja: Kristu Msallab.  Huwa b’dan il-mod li l-Knisja timxi ‘l quddiem.

Fittex