Mill-Arkivju 15 Mejju 2013

Itolbu għas-saċerdoti u għall-isqfijiet

Dar Santa Marta, Vatikan, 15 ta' Mejju 2013: "Itolbu għas-saċerdoti u għall-isqfijiet biex ma jaqgħux fit-tentazzjoni tal-flus u tal-vanità, imma jkunu qaddejja tal-poplu t’Alla.  Din l-eżortazzjoni għamilha l-Papa Franġisku waqt l-omelija tal-quddiesa tallum u li għaliha kienu preżenti grupp ta’ ħaddiema tar-Radju tal-Vatikan.

Kompli aqra

Mill-Arkivju 15 Mejju 2013

"Il-Ħajja, Patrimonju Uman"

Victoria, 14 Mejju 2013: "L-abort huwa qtil tat-tarbija. Min intenzjonalment jagħmel l-abort għandu responsabilita’ morali gravi. Meta omm tqila tkun marida serjament u għalhekk tkun teħtieġ kura medika li tista indirettament tpoggi f’riskju l-ħajja tat-tarbija, din il-kura hija etikament permessa basta jintuza kull mezz biex tkun imħarsa l-ħajja kemm tal-omm kif ukoll tat-tarbija. Qatt ma hu permess qtil dirett tat-tarbija biex tiġi salvata l-ħajja tal-omm.

Dan qalu l-Isqof ta' Għawdex, Mons. Mario Grech f'omelija tiegħu waqt quddiesa għan-nisa  fiċ-Ċentru tal-Azzjoni Kattolika, Victoria, fl-okkażżjoni tal-World Unions of Catholic Women Organisation ...

Ara l-omelija kollha

 

Mill-Arkivju 15 Mejju 2013

Sulle tracce di Papa Francesco (bit-Taljan) ...

Dan huwa dokumentarju bit-Taljan bi produzzjoni tal-istazzjon televiżiv Tv2000 li mar bil-cameras tiegħu fi Buenos Aires fl-Arġentina u hemm żar il-postijiet li trabba u għix fihom Jorge Mario Bergoglio u intervista lin-nies li jafuh personalment.  Nittmaw li fi ftit żmien ieħor inkunu nistgħu inwasslu dan il-filmat bil-Malti.

Ikklikkja hawn

 

Mill-Arkivju 14 Mejju 2013

Korsijiet mill-Fakultà tat-Teoloġija ...

Tixtieq tkabbar l-għarfien tiegħek dwar il-Fidi?  Tixtieq tistudja it-Teoloġija?  Minn Ottubru 2013, il-Fakultà tat-Teoloġija fl-Universita ta’ Malta se toffri numru ta’ korsijiet kemm matul il-ġurnata kif ukoll filgħaxija. 

Jekk tixtieq aktar tagħrif ikklikkja hawn

 

Mill-Arkivju 14 Mejju 2013

Ċelebrazzjoni Djoċesana tal-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin ...

No Jesus, no love. Know Jesus, know love” . Din hija t-tema li s-Segreterija Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għażlet għaċ-ċelebrazzjoni nazzjonali ta’ Għid il-Ħamsin li din is-sena ser issir nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju 2013, fil-Kumpless Sportiv ta’ Korradino, Raħal Ġdid, mis-6:00 p.m. sat-8:00 p.m. Din ser tkun ukoll l-ewwel opportunità għan-Nunzju Appostoliku l-ġdid, Mons. Aldo Cavalli, li jipparteċipa f’attività Djoċesana u jiltaqa’ mal-Insara Maltin.

Kompli aqra

 

Mill-Arkivju 13 Mejju 2013

Servizz Ekumeniku, “Ejja Spirtu Qaddis” …

Il-Ħamis, 16 ta’ Mejju, fis-6.30 pm:

F’St Andrew’s Scots Church, fi Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta. Il-Knisja Universali hija mħeġġa li titlob għall-għaqda fost l-Insara fil-jiem qrib ta' Għid il-Ħamsin.

Se jieħu sehem in-Nunzju Appostoliku l-ġdid, l-Arċisqof Aldo Cavalli. Il-ħsieb tal-okkazjoni se jsir minn Fr Martin Cilia MSSP.  Kulħadd huwa mistieden. Is-Servizz ma jdumx aktar minn siegħa.

 

Mill-Arkivju 13 Mejju 2013

Id-Dixxerniment tal-Ispirti skont San Injazju

Il-Ġimgħa, 17 ta’ Mejju 2013 fis-6.00 pm:

Fis-Seminarju f’Tal-Virtù, r-Rabat, ser isir Seminar dwar Id-Dixxerniment tal-Ispirtu skont San Injazju ta’ Loyola.  Il-kelliem ser ikun Fr Timothy Gallagher OMV.

Ordnat saċerdot fl-1979, Fr Timothy huwa membru tal-Oblati tal-Verġni Marija, komunità reliġjuża dedikata għall-irtiri u formazzjoni spiritwali bażata fuq l-Eżerċizzi Spiritwali ta’ San Injazju.

Ikklikkja hawn biex tara l-flyer

 

Mill-Arkivju 13 Mejju 2013

“Żmien id-dubji dwar Fatima għadda.  Issa wasal iż-żmien.” Il-Papa Piju XII ...

Tnejn, 13 ta' Mejju 2013 - 96 sena ilu l-Madonna dehret f'Fatima.

Il-ġrajja ta’ Fatima tibda fix-xahar ta’ Mejju, 1917. L-Ewwel Gwerra Dinjija kienet fl-aqwa tagħha. Żmien ta’ ħerba, mwiet u biża’. Il-Papa Benedittu XV talab lit-tfal kollha tad-dinja biex jitolbu għall-paċi. Fit-13 ta’ Mejju, fir-raħal ċkejken ta’ Fatima, qrib Lisbona Portugall, tlitt itfal kienu jirgħu in-ngħaġ fil-Cova da Iria. Dawn kienu Luċija ta’ ħdax-il sena, Franġisku u l-kuġin tagħha, ta’ disa’ snin, u Ġaċinta, oħtu, ta’ sebgħa. Luċija kienet imħassba dwar ħuha li kien suldat mibgħut għall-gwerra.

Ara aktar dwar il-ġrajja

Ara wkoll , "Is-Sigriet ta' Fatima"

 

Mill-Arkivju 7 Mejju 2013

Messaġġ tal-Arċisqof Pawlu Cremona dwar l-Imparzjalità fil-Ġurnaliżmu ...

Tlieta, 7 ta' Mejju 2013:

"Fil-messaġġ tiegħu għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali li se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd li ġej, il-Papa Benedittu XVI, f’messaġġ li tana f’Jannar, jitkellem dwar kif il-mezzi kontemporanji tal-komunikazzjoni soċjali jistgħu jservu għall-evanġelizzazzjoni.

Dan qed jingħad fid-dawl tas-Sena tal-Fidi, li qegħdin niċċelebraw bħalissa, u fid-dawl tal-impenn tal-Knisja fl-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida. Il-Knisja, anke f’Malta, qed tfittex modi ġodda u effettivi biex twassal il-messaġġ tal-Vanġelu, insemmi hawnhekk n-news portal u l-użu tas-social media, fost l-oħrajn.  ..."  (Ritratt: Photocity Valletta)

Aqra l-messaġġ kollu tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP

 

Mill-Arkivju 5 Mejju 2013

Il-Papa Franġisku u l-Poplu jitolbu r-Rużarju flimkien ...

"Il-Madonna tgħinna nikbru, niffaċċjaw il-ħajja, u nkunu ħielsa."

Sibt, 4 ta’ Mejju 2013: 

Fl-ewwel Sibt ta’ Mejju, xahar tradizzjonalment dedikat lill-Madaonna u propju 40 jum wara l-ewwel żjara tiegħu fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore, il-Papa Franġisku, illum mexxa t-talba tar-Rużarju fl-istess Bażilika f’Ruma. 

Fil-filmat li li huwa provdut hawn fuq, hemm diskors qasir ta’ merħba li għamel il-Kardinal Arċipriet tal-Bażilika, Santos Abril y Castello; imbagħad wara sar ir-Rużarju u fl-aħhar hemm diskors qasir tal-Papa Franġisku.  Ir-rużarju jibda fit-12-il minuta tal-filmat u jintemm fil-57 minuti.  Immedjatament wara jibda d-diskors tal-Papa li qegħdin ukoll nipprovdu bil-Malti.

Ara u aqra bil-Malti d-diskors kollu tal-Papa bil-Malti

 

Mill-Arkivju 5 Mejju 2013

Taħdita dwar l-Innu T’Adoriam Ostia Divina

Il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi u d-Dipartiment tat-Teoloġija Dommatika tal-Universita’ ta’ Malta jistednuk għal taħdita minn Dr Joe Zammit-Ciantar dwar l-Innu T’Adoriam Ostia Divina fl-ewwel Ċentinarju tiegħu.

It-Taħdita se ssir fil-Librerija tas-Seminarju tal-Arċisqof u l-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi, 90, Triq Tal-Virtu’, Rabat nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju 2013 fis-6.00 p.m.

 

Mill-Arkivju 2 Mejju 2013

Ġesu’ Kristu - Pellikan Qaddis !

Mosta, 28 ta' April 2013: "Mijiet ta’ snin ilu, u anke fiż-żmien klassiku tal-Greċja u tal-Imperu Ruman, kienu jemmnu li dan l-għasfur, il-pellikan, kellu mġieba għal kollox partikulari. Meta ma kienx jirnexxilha ssib ikel għall-friegħ tagħha, il-pellikan omm kienet tqatta’ minn ġisimha stess biex huma jkollhom almenu dak il-ftit biex jitrejqu bih. ..."

Taħdita kommemorattiva li fiha Dun Hector Scerri jitkellem dwar il-kliem, Pellikan qaddis li San Tumas ta’ Aquino kiteb fl-għanja-talba magħrufa Adoro te devote ...

Aqra d-diskors kollu ta' Dun Hector Scerri