L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 

 

 

Minn Pastor Protestant sar Kattoliku għax xtaq l-Ewkaristija.

Wara 42 sena bħala Pastor ta' komunità protestanta, Cliff Bajema u martu saru kattoliċi."Ridt niltaqa' ma' Kristu. Ridt immissu u narah.  Ridt induqu fl-Ewkaristija u fil-liturġija."

Kompla jgħid … “Qatt aktar ma nista’ ngħid li mort il-Knisja għalxejn għax l-omelija kienet fqira.  Il-liturġija tpatti biżżejjed għan-nuqqasijiet tas-saċerdot.”

Dak li qal dwar l-Ewkaristija u l-liturġija jista' jkun ta' ċanfira għalina li mhux dejjem napprezzaw biżżejjed dan is-Sagrament kbir tal-Imħabba ta' Alla.