Laikos

 

Il-Lajkat Nisrani qabel u wara l-Konċilju Vatikan II

Il-kelma lajk  ġejja mill-Kelma  Griega “laos” li tfisser poplu. Fil-kitba tal-ewwel żmenijiet insara nsibu wżata ħafna l-espressjoni “laos theou” – il-poplu t’Alla, espressjoni li kienet tirreferi għall-komunita tal-Knisja u mat-tifsira pożittiva li kellha kienu jintużaw espressjonijiet bħal : il-magħżula, il-qaddisin, id-dixxipli.

 

Klement ta’ Ruma

Kien f’ittra li Klement ta’ Ruma bagħat lill-Korintin  li l-kelma “laikos” ġiet użata biex tiddiskrivi n-nies komuni u tifridhom minn dawk li kienu f’pożizzjoni uffiċjali.

Fit-tieni seklu meta l-Knisja beda jkollha struttura ġerarkika aktar organizzata, il-lajċi bdew ikunu meqjusa inferjuri għall-kleru.

 Fir-raba’ seklu meta l-istrutturi tal-Knisja  bdew isiru jixbhu aktar  lil dawk  tas-soċjeta ta’ dak iż-żmien  ( ma ninsewx ir-rabta kbira li kien hemm bejn il-Knisja u l-Istat) , is-subordinazzjoni tal-lajċi saret parti mill-ħajja tal-Knisja; kien  hemm min jikkmanda u  kien hemm min jobdi.

Meta spiċċaw il-persekuzzjonijiet, l-ewwel insara, kemm lajċi kif ukoll kleru, komplew jagħtu x-xkieda tagħhom mhux aktar bħala martri, imma  bħala eremiti: il-ħajja monastika saret mudell ta’ qdusija.  U l-lajċi li ġa kienu meqjusa bħala “sekonda klassi”, issa waqgħu għat-tielet post għax kienu jiġu wara l-kleru u wara l-monaċi.

L-inferjorita u l-passivita tal-lajċi kompliet fis-sekli li ġew wara; tista’ tgħid li din is-sitwazzjoni baqgħet sal-Konċilju Vatikan II. Nies ta’ ċertu eta'  jiftakru li l-ħajja tal-lajk fil-Knisja  kienet  aktar dik ta’ spettatur.

 

▪ Il-Bibbja ma kienetx f’idejn il-lajċi, dan kien ktieb jgħodd biss għal idejn dawk li kienu jistudjaw biex isiru sacerdoti.

▪ Il-liturġija:  huma biżżejjed certi espressjonijiet li ħadu l-gheruq li juruk x’kienet tl-quddiesa: sejra nisma’ l-Quddiesa   

 

Chiara Lubich

Iżda minkejja dan kollu ma tistax ma tarax kif l-Ispirtu s-Santu jaħdem fil-Knisja;  ġa minn snin sew qabel il-Konċilju  donnu  beda jipprepara t-triq.  Niftakar kemm kont milquta mill-istorja ta’ Chiara Lubich, il-fundatriċi tal-Moviment tral-Fokolori li beda fi Trento fl-1943.  Dak iż-żmien il-post tal-lajk fil-Knisja ġa kien limitat ħafna,  u aktar u aktar il-post tral-mara fil-Knisja. Iżda  Alla ta kariżma lil din il-mara, mhux għaliha imma  għall-Knisja kollha u hi waqqfet  moviment  li minnu ħarġet spiritwalita’ ta’ komunjoni ufih nies ta’ kull eta u minn kull qasam tal-hajja, inklużi sacerdoti jagħmlu mixja flimkien lejn Alla.

 

San Ġorġ Preca

U l-istess nistgħu ngħidu għall-Qaddis San Ġorġ Preca, li waqqaf is-Soċjeta tal-MUSEUM, fejn wieħed jista’  mhux biss jara  s-sehem sħiħ tal-lajk fil-missjoni tal-Knisja imma wkoll it-tweġiba ghas-sejħa tal-qdusija.

 

Il-Konċilju Vatikan II

Il-Konċilju Vatikan II kien ġrajja li ġabet magħha attaġġament ġdid: attaġġament ta’  apertura,  ta’ solidarjeta, ta’ kondiviżjoni …… u dan jidher anki fid-dokument Apostolicam Actuositatem.

Dan id-Dokument tal-Konċilju  fih daħla u sitt kapitli

 

Daħla

▪ Tidher il-ħtieġa tas-sehem tal-lajċi fil-missjoni tal-Knisja

▪ Iż-żmenijet jitolbu appostolat  aktar wiesgħa -

▪ Il-Knisja ma tistax tkun preżenti  mingħajr il-ħidma tal-lajċi

▪ Ħidma tal-Ispirtu s-Santu li qed jagħmel il-lajċi aktar konxji  tar-responsabbilta tagħhom

 

Kap 1 – il-vokazzjoni tal-lajċi għall-appostolat

▪ Għax inti nisrani mela int imsejjaħ biex tagħti s-sehem tiegħek fil-missjoni tal-Knisja

▪ Il-lajk għandu sehem  mill-uffiċċju saċerdotali, profetiku u rjali ta’ Kristu – li jingħata fil-magħmudija u jissaħħaħ fil-Griżma

▪ Il-frott tal-ħidma tal-lajk jiddependi mill-għaqda vitali tiegħu ma’ Kristu

 

Kap II – l-iskopijiet  tal-appostolat tal-lajċi

▪ Is-salvazzjoni tal-bnedmi u t-tiġdid tal-ordni temporali

▪ Evanġelizzazzjoni u  qdusija

▪ Kristu ġie biex jibni saltna ta’ mħabba:  għalhekk il-lajċi għandu jagħtuimportanzi lil dawk il-ħidmiet kollha li jibnu din is-saltna ta’ mħabba fid-dinja.

 

Kap III – l-Oqsma differenti tal-appostolat

▪ Sehem attiv fil-ħajja tal-knisja: sens ta’ djoċesi, ħidma fil-parroċċa

▪ Sehem fil-familja li hi l-ewwel ċelluli vitali ats-soċjeta

▪ Sehem taż-żgħażagħ

▪ L-appostolat fil-qasam soċjali – dan hu appostolat li ma jeskludi lil ħadd

▪ L-appostolat  fl-ordni nazzjonali u internazzjonali – l-koperazzjoni ma’ dawk kollha ta’ rieda tajba li qed jagħtu s-sehem tagħhom biex iġibu ’l quddiem il-ġid komuni, dak kollu li hu veru, li hu gust.

 

Kap IV – Għamliet differenti ta’ appostolat

▪ L-appostolat individwali

▪ L-appostolat individwali f’ċirkustanzi partikulari – fejn il-Knisja hi mfixkla  b’mod gravi

▪ L-importanza tal-appostolat organizzat – evanġelizzazzjoni u l-qdusija tal-bniedem

 

Kap V – l-ordni li għandu jkun imħares fl-appostolat

▪ L-istima u r-rispett rċiproku

▪ Ir-relazzjoni mal-ġerarkija: fiduċja,  - korresponsabbilta  u kollaborazzjoni

 

Kap Vi – il-formazzjoni għall-appostolat

▪ Formazzjoni, anki speċifika u partikulari

▪ Membri attivi tas-soċjeta li jgħixu fiha

▪ Jgħixu l-fidi tagħhom

▪ Xhieda ħajja tal-Knisja li jagħmluha preżenti u attiva fid-dinja fejn jgħixu

▪ Jitkellem ukoll dwar min jagħti din il-formazzjoni li trid tibda mill-familja, u hi waħda li ma tieqafx

▪ Iffurmati  għad-djalogu;  il-prinċipji soċjali tad-duttrina soċjali tal-knisja; xhieda permezz ta’ ħidmiet ma’ min hu fil-bżonn.

 

 

Fl-1986, il-KDAL u l-KDZ  organizzaw  Kungress i bi thejjija għas-Sinodu dwar il-Lajċi li kellu jsir is-sena ta’ wara. It-tema ta’  dan il-Kungress  kienet: “Is-sejħa tal-lajċi fil-Knisja u fid-dinja”.   Xi ftit punti mill-ktejjeb dwar dan il-Kungress:

 

Messaġġ tal-Kardinal Pironio:

▪ Nisimgħu n-nies li niltaqgħu magħhom

▪ Naqraw b’mod ġdid is-sinjali taż-żmenijiet

▪ Il-kuraġġ li jkunu preżenti fid-dinja

▪ Fedelta lejn Kristu

 

Diskors ta’ Profs Dun  Gorg Grima

 

Introduzzjoni

▪ Qabel ma niddistingwu bejn lajk u qassis – il-Knisja hija magħmula minn dawk li tgħammdu u jemmnu fi Kristu

▪ L-importanza mhux biss taS-SEJĦA imma wkoll tal-missjoni

 

L-Iżvilupp wara Vatikan II - L-espansjoni tal-appostolat kollettiv li tirrifletti ruħha;

 

▪ Fil-forom tal-appostolat:  mat-tfal, maż-żgħażagħ, mal-familji, eċċ

▪ Fil-korsijiet imfasslin prinċipalment għal-lajċi

▪ Fl-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-Knisja fuq livell djoċesan u parrokkjali

 

Id-diffikultajiet li nħolqu

▪ It-tensjoni li xi drabi tinħoloq bejn il-kappillan u l-lajċi li jkunu jaħdmu fid-diversi  entitajiet

▪ Ċerta distanza bejn  il-kappillan  u l-għaqdiet fil-parroċċi

▪ Diffikultajiet li l-għerq ewlieni tagħhom tinsab f’teoloġija żbaljata tal-Knisja: jisħaq li l-imgħammdin kollha huma msejħin biex flimkien jibnu l-Ġisem Mistiku ta’ Kristu li hu l-Knisja: u allura il-korresponsabbilta u l-kolloborazzjoni: komunita tinbena bis-sehem li l-membri tagħha jagħtu għall-iżvilupp ta’ xulxin u tal-komunita kollha kemm hi.

▪ is-superfiċjaliżmu li jiġi mill-preżunzjoni żejda

▪ l-idea tal-parteċipazzjoni daħlet, iżda xi drabi tinnota li din għadha dgħajfa.

 

Viżjoni ġdida tal-lajk fil-Knisja u fid-Dinja.

▪ Parteċipazzjoni tal-lajċi fix-xandir u t-tagħlim tal-Evanġelju

▪ Il-parteċipazzjoni fil-liturġija – azzjoni tal-poplu t’Alla

▪ Il-parteċipazzjoni fit-tmexxija – l-importanza tad-djalogu

▪ Sehem attiv fil-bini tal-komunita

▪ Il-preżenza attiva tal-Knisja fid-dinja.

 

Fid-diversi workshops  li saru matul il-Kungress ġew diskussi dawn it-temi:

▪ Iż-żgħażagħ u l-parroċċa ; Iż-żgħażagħ u l-għaqdiet/grupp; Iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni nisranija;Iż-żgħażagħ u x-xogħol; Iż-żgħażagħ u l-ħin liberu/divertiment, Iż-żgħażagħ u l-Impenn soċjali;  Iż-żgħażagħ u l-Knisja,

▪ L-Għaqdiet; l-għaqdiet fil-parroċċi; il-post tal-għaqdiet fid-djoċesi, l-għaqdiet u l-polz tal-Knisja, l-impenn tal-membri; l-għaqdiet u l-poplu Malti; il-membru tal-appostolat.. bniedem ta’ talb u sagrifiċċju, l-għaqdiet u l-kleru/ ▪ reliġjużi.

▪ In-Nisrani u l-kultura;  in-nisrani u x-xogħol; in-nisrani  u l-familja, in-nisrani u l-ħin liberu, in-nisrani u l-edukazzjoni, in-nisrani u l-mass media, in-nisrani u l-parroċċa.

 

Fl-evalwazzjoni  kritika dwar il-Kungress,

Br.  Domnic Rosso FSC,  fost affarijiet oħra kien qal: “Ħassejna arja friska”  u  fil-waqt li kkummenta dwar il-preżenza  ta’ tant żgħażagħ  wissa: “Ma nħallux l-ilma joqgħod: ilma qiegħed jintenn u żgur li ma jaqta’ għatx lil ħadd”.

Fid-diskors tal-għeluq

L-Eċċ.  Tiegħu  Mons.Ġużeppi Mercieca fakkar dwar l-importanza kbira tal-ħidma tal-lajċi fil-Knisja u fis-soċjeta ċivili u ħeġġeġ biex inħarsu ‘l quddiem  “għax hu Alla li jmexxi l-istorja tal-bniedem”.  

 

Is-Sinodu   dwar il-Lajċi sar f’Ruma mill-1 sat-30 ta’ Ottubru 1987

Preżenti:  Fost il-parteċipanti kien hemm 60 lajċi minn 44 pajjiż mill-ħames kontinenti; 28 minn dawn kienu nisa. Għalkemm dawn ma kellhomx id-dritt tal-vot, imam  kollha ħadu sehem fid-diskussjonijiet li saru fiċ-circuli minors u 17 minnhom (10 nisa  u 7 rġiel) indirizzaw l-Assemblea Sinodali.  Kellhom intervent ta’ 20 minuta, meta l-Padri Sinodali kellhom jitkellmu biss għal 6 minuti.

Fl-omelija li għamel fil-Quddiesa tal-għeluq , il-Papa Ġwanni Pawlu II kien semma l-importanza tal-preżenza tal-lajċi fis-Sinodu u qal li din l-esperjenza kellha tkun mudell għall-ġejjieni.

 

Ara l-Eżortazzjoni Appostolika, Christifidelis laici, li l-Papa Ġwanni Pawlu II kien ippublika wara s-Sinodu ⇨

Ara aktar riżorsi dwar il-Lajkat nisrani

 

Noti miġbura minn Vivienne Attard