IR-RIT ORDINARJU TAT-TQARBIN U L-VJATKU TAL-MORDA

MINN MINISTRU STRAORDINARJU

 

1.     Meta l-ewkaristija tittieħed lill-marid minn akkoltu, jew minn ministru straordinarju tat-tqarbin magħżul skont il-liġi, wieħed għandu jimxi skont kif hu mfissr hawn.

2.     Lill-morda wieħed jista’ jqarbinhom biss bl-inbid ikkonsagrat, meta ma bl-ostja.

Demm il-Mulej jittieħed lill-marid f’reċipjent magħluq sewwa, biex ma jkunx hemm il-biża li jixxerred. F’kull każ, it-tqarbin tal-marid isir bl-aħjar mod għall-marid minn dawk li hemm imsemmija għat-tqarbin biż-żewġ speċi.  Il-Ministru jixrob dak li jifdal wara t-tqarbin, u jippurifika.

 

Ir-Rit Ordinarju tat-Tqarbin

 

Ir-Rit tal-Bidu

3.     Il-ministru, liebes l-ilbies xieraq għall-ministeru tiegħu jersaq lejn il-marid u jsellimlu u lil dawk li jinsabu madwaru, billi jgħid:

 

Is-Sliem lil din id-dar u lil kull min igħammar fiha.

 

4.     Il-Ministru jistieden lill-marid u lil kull min jinsab madwaru biex jagħmlu l-att penitenzjli.

 

Ħuti, nagħrfu ħtijietna biex nitħejjew tajjeb għal din iċ-ċelebrazzjoni qaddisa.

 

5.     U wara ftit mumenti ta’ skiet, kulħadd jagħmel din l-istqarrija:

 

Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox, u lilkom ħuti, li jiena dnibt ħafna bil-ħsieb, bil-kliem, bl-egħmil u billi ħallejt dmirijieti: (waqt li jħabbtu fuq sidirhom, igħidu) ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-akbar ħtija tiegħi.

(imbagħad ikomplu):

Għalhekk nitlob lill-Imqaddsa Marija dejjem Verġni, lill-Anġli u lill-qaddisin kollha, u lilkom, ħuti, biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.

 

Il-ministru igħid:

 

Iħenn għalina, Alla li jista’ kollox, jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

 

u kulħadd iwieġeb:  Ammen.

6.     Wara ssir ċelebrazzjoni qasira tal-Kelma ta’ Alla.

7.     Imbagħad il-ministru jistieden lil kulħadd igħid il-Missierna billi jgħidilhom:

 

Issa ngħidu flimkien it-talba li għallimna Sidna Ġesù Kristu.

 

U kulħadd jghid il-Missierna.

8.     Il-ministru imbagħad juri s-Sagrament u jgħid:

 

Dan hu l-Ħaruf ta’ Alla, dan hu li jneħħi d-dnubiet tad-dinja.  Ħenjin dawk li huma mistiedna għall-ikla tal-Ħaruf.

 

Kulħadd flimkien jgħid:

 

Mulej, ma jistħoqqlix li tidħol taht is-saqaf tiegħi, iżda għid kelma waħda u ruħi tkun imfejqa.

 

9.     Il-ministru jersaq lejn il-marid, jurih is-sagrament, u jgħidlu:

 

Il-Ġisem ta’ Kristu  

 

jew jekk ikun il-każ kif indikat f’paragrafu 2 hawn fuq  ...

 

Id-Demm ta’ Kristu.

 

Il-marid iwieġeb:   Ammen.

u jitqarben.

 

10.  It-tqarbin isir bħas-soltu, u meta jintemm, il-ministru jippurifika bħas-soltu; wara ftit mumenti ta’ skiet, il-mistru jgħid din it-talba:

 

Nitolbu.

Mulej, Missier Qaddis,

Alla ta’ dejjem u li tista’ kollox,

b’fidi kbira nitolbuk għal dan ħuna (għal din oħtna) (għal dawn ħutna)

agħmel li din it-tqarbina bil-Ġisem (bid-Demm) għażiż

ta’ Sidna Ġesu Kristu

tibqa’ dejjem tiswielu (tiswielha) (tiswielhom)

ta’ ġid fir-ruħ u l-ġisem.

Bi Kristu Sidna. Ammen.

 

Ir-rit tal-egħluq

11.  Fl-aħħar il-ministru jrodd is-salib hu u jitlob il-barka ta’ Alla:

 

Il-Mulej iberikna, u jeħlisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

 

jew

 

Iberikna u jħarisna il-Mulej ħanin li jista’ kollox, il-Missier u l-Iben + u l-Ispirtu s-Santu.

 

Kulħadd iwieġeb.

 

Ammen.

 

Mill-ktejjeb ta' Normi dwar il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin li kienu annessi mad-digriet tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. 26 ta' Ottubru 1988.