Regolarment nilmentaw għaliex
għandna ħafna x’nagħmlu, li ma
nafux mnejn se nibdew u fejn se
nispiċċaw, nixtiequ li l–ġurnata
fiha aktar minn erbgħa u għoxrin
siegħa. Donnu li aktar ma t-teknoliġija
moderna tipprovdilna għajnuniet
biex iħaffulna x-xogħol, aktar
insibu x’nagħmlu. U meta kultant
jirnexxilna nieħdu vaġanza, mhux
biss naslu lura aktar għajjiena,
imma aktarx insibu li x-xogħol
li ħallejna warajna jkollna
npattu għalih wara.
Quddiem dan il-paradoss
tal-ħajja moderna, ħames persuni
jkunu mistiedna jgħixu erbgħin
jum f’Monasteru Benedittin fejn
huma jkunu mitluba jħarsu r-regola
monastika ta’ silenzju,
ubbidjenza u umiltà. ...>
http://laikosorg.wordpress.com/2012/04/16/the-monastery/#more-1621
|