TALB LIL MARIJA GĦAS-SAĊERDOTI

 

35.     Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija

 

O Qalb bla tebgħa ta' Marija, mixħutin friġlejk nikkonsagraw lilna nfusna lilek. Nifhmu li nikkonsagrawlek dak kollu li aħna u dak kollu li għandna mingħajr ebda riserva.

 

Nikkonsagrawlek speċjalment il-missjoni li Ġesu Ibnek għoġbu jagħżilna għaliha, il-missjoni li nitolbu, ngħinu u nsofru għall-erwieħ saċerdotali, li huma l-erwieħ prediletti ta' Ġesu u tiegħek.

 

Inti taf biżżejjed, O Marija, liema delikatezza u liema ġenerożita titlob minna missjoni bħal din. Imma aħna żguri mill-għajnuna tal-patroċinju tiegħek u għalhekk aħna nirrikorru lejk u f'idejk nerħu l-qadi tal-missjoni tagħna.

 

O Marija, din il-missjoni ma nistgħux naqduha sewwa mingħajr ma jkollna intimita kbira ma' Ġesu Saċerdot Etern u l-ewwel saċerdot. Ressaqna għalhekk dejjem izjed lejn il-Qalb adorabbli tiegħu biex jagħmilna erwieħ tal-Ġetsemani, erwieħ li nkunu nafu nitolbu u nsofru.

 

Żvojta l-qalb tagħna minn kull iabba li mhix ta' Ġesu, biex nimlewha bih. Rażżan l-amor proprju tagħna, ippurifika l-intenzjonijiet tagħna u agħmel fuq kollox li r-relazzjonijiet tagħna mas-saċerdoti ta' Ġesu Ibnek ikunu kollha kemm huma spiritwali u sopranaturali.

 

Aċċetta, O Marija, din il-konsagrazzjoni tagħna lilek u nitolbuk biex waqt it-tqarbin tressaqna inti stess quddiem it-tron tal-lben tiegħek Ġesu. F'ġieħ l-istess Kristu Sidna. Ammen.

 


 

36. Lill-Ommna Marija taħt is-Salib

 

Omm taħt is-Salib, Omm il-Ħniena,

Ixħet ix-xibka tiegħek, li int irbatt flimkien permezz tal-anġli u l-bnedmin.

Ixħitha fuq is-saċerdoti kollha li għerqu fl-oskurita f’qiegħ il-baħar u salvahom bil-qawwa ta’ Alla u fil-ħniena materna ta’ mħabbtek! Ammen.


 

37. Talba lis-Sinjura tagħna tas-Santissmu Sagrament

 

O Vergni Marija,

Sinjura tagħna tas-Santissmu Sagrament,

glorja tal-poplu t'Alla f'din l-art,

ferħ tal-Knisja u saħħa

tad-dinja, itlob għalina u qanqal

fil-qlub ta' dawk kollha li

jemmnu fi Kristu Ibnek,

fidi sħiħa fl-Ewkaristija

Mqaddsa biex ilkoll

jingħaqdu bejniethom

u jircevuha kif jixraq.

Ammen.

 


 

38. Marija, Omm il-Knisja

 

Marija, Omm il-Knisja, induru lejk. Bl-‘iva’ tiegħek, inti ftaħt il-bieb għall-preżenza ta’ Kristu u għall-appell tal-Maesta’ Divina f’silenzju umli u b’sottomissjoni totali. Agħmel li ħafna rġiel u nisa jsiru jafu u jisimgħu, anki llum, il-vuċi ħelwa tal-istedina ta’ Ibnek: ‘Imxi warajja.’

 

Oħroġ l-idejn materni tiegħek fuq il-missjunarji mxerrda madwar id-dinja, fuq ir-reliġjużi rġiel u nisa li jassistu l-anzjani, il-morda, in-nies b’kull xorta ta’ diżabilita’, l-orfni; fuq dawk li huma mpenjati li jgħallmu, fuq il-membri ta’ stituti sekulari, il-ħidma tajba li ssir fis-silenzju; fuq dawk li fil-klawsura

 

jgħixu fil-fidi u l-imħabba u jitolbu għas-salvazzjoni tad-dinja. Ammen.

 

Papa Ġwanni Pawlu II

 


 

39. Talba lill-Madonna għall-Bżonnijiet tal-Knisja

 

O Verġni Marija li assistejt għat-twelid tal-Knisja ta' Ġesu’ Ibnek, nissel fi qlubna mħabba kbira lejn il-Knisja.

 

Inti li sofrejt dulur kbir fil-Qalb tiegħek meta rajt il-Knisja ppersegwitata, agħti nitolbuk, kuraġġ u għajnuna lil dawk kollha li qegħdin isofru u jikkumbattu għaliha.

 

Inti li t-talb tiegħek għandu tant qawwa fuq il-qalb t'Alla, agħmel li ħutna kollha mxerrdin mad-dinja juru mħabba, rispett u ubbidjenza lejn il-Knisja.

 

Nissel fina lkoll żelu kbir fis-servizz tal-Knisja, għarusa maħbuba ta' Ġesu Kristu Ibnek, li jgħix u jsaltan mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta' dejjem. Ammen.

 


 

40. Talba lil Marija għas-Saċerdoti

 

Omm is-Salvatur tagħna, f’dan iż-żmien iddedikat għalik, b’ferħ kbir insejjħulek imbierka. Inti emmint fil-Kelma t’Alla l-Missier u ddikjarajt lilek innifsek bħala l-qaddejja tiegħu, għalhekk permezz tiegħek, il-Verb sar bniedem u għammar fostna. Insellmulek bħala Omm, Ommna, Omm il-Knisja. Min jaf b’liema mħabba ħadt ħsieb tal-Knisja fil-bidu tagħha u b’liema attenzjoni ta’ omm qawwejt lill-appostli filwaqt li kkommettew lilhom infushom biex iwettqu x-xogħol tal-Iben Divin tiegħek fid-dinja. Agħmel li l-Knisja tkun dejjem is-sinjal u l-istrument ta’ unjoni intima ma’ Alla.

 

Lilek, Ommna, nafdaw b’mod speċjali l-isqof u s-saċerdoti tad-djoċesi tagħna. Lilhom ingħata li jaqsmu b’mod speċjali fis-saċerdozju tal-Iben Divin tiegħek. Hu għażilhom biex ikunu ministri tal-Kelma Tiegħu u tas-Sagramenti. Itolbu biex jimlihom biż-żelu, biex iżommhom fidili u ferħana fis-servizz tiegħu, konxji tal-fatt li huma jieħdu ħsieb sabiex jagħtu glorja lill-Missier u unur lill-Knisja.

 

Omm Qaddisa, żid in-numru tas-saċerdoti biex tnebbaħ liż-żgħażagħ tagħna biex ikunu aktar ġenerużi fit-tweġiba tagħhom biex iservu lil Ġesu’ fis-saċerdozju u fil-ħajja reliġjuża. Saħħaħ lilna lkoll, O Verġni Marija, fil-vjaġġ tagħna tal-fidi u għaqlagħlna l-grazzja tas-salvazzjoni eterna.