NOVENA GĦALL-BŻONNIJIET TAS-SAĊERDOTI

 

3.    Novena għas-Saċerdoti 1

 

O Marija, Omm ta’ Ġesu’, int kont ma’ Ġesu’ fil-bidu ta’ ħajtu u tul il-missjoni tiegħu. Int bqajt ħdejn Ġesu’ meta kien merfugħ fuq is-salib u ta ħajtu għal kulħadd. Nitolbuk issa, tkun mas-saċerdoti, li taw lilhom infushom f’servizz lejn il-poplu t’Alla. Interċedi għalihom biex huma jikbru fil-qdusija, ixandru l-Kelma t’Alla bil-kuraġġ; jiċċelebraw is-sagramenti bil-ferħ; u jkunu qalb il-poplu t’Alla bħalma kien Ġesu’, ir-Ragħaj it-Tajjeb. Noffru din it-talba lil Alla l-Missier, permezz tal-interċessjoni tiegħek, f’isem Ibnek Ġesu’, u bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.

 


 

4. Novena għas-Saċerdoti 2

 

Ġesu’, ir-Ragħaj it-Tajjeb, inti bgħattilna l-Ispirtu s-Santu biex jigwida l-Knisja tiegħek u jmexxiha fedelment lejk permezz tal-ministeru tas-saċerdoti tiegħek.

 

Permezz tal-ispirazzjoni tal-Ispirtu s-Santu, agħti lis-saċerdoti tiegħek għerf fit-tmexxija, fedelta’ fit-tagħlim u qdusija fil-ħarsien tal-Misteri qaddisa Tiegħek.

 

Filwaqt li jgħollu leħenhom mal-fidili kollha, u jgħajtu, "Abba, Missier!" agħmel li s-saċerdoti tiegħek joffru ħajjithom u jkunu dejjem aktar identifikati mill-qrib miegħek, l-unika vittma li ssalva.  

 

Agħmel li jkunu aħwa li jagħtu għajnuna lil xulxin u missirijiet li jagħdru lill-poplu tiegħek kollu.

 

F’kull Ħadd ta’ Pentekoste, ġedded fis-saċerdoti tiegħek b’fidi aktar profonda, b’fiduċja akbar fik, b’telqa bħal tat-tfal f’idejn Ommna Marija, u b’fedelta’ li ma titħarrikx lejn il-Papa u l-isqfijiet tiegħu.

 

Marija Omm Qaddisa, interċedi għas-saċerdoti Tiegħek.

 

San Ġużepp, ipproteġihom.

San Mikiel, iddefendihom.

San Ġwann Vianney, itlob għalihom.

 


 

5.    Novena partikolari għas-Saċerdoti 3

 

Ġesu', bi gratitudni noffrulek il-qlub u l-imħuħ tas-saċerdoti kollha b'mod speċjali dawk is-saċerdoti li nammiraw bi stima kbira fis-servizz tiegħek u f'kemm jixbħuk. B'ringrazzjament u bi gratitudni bla qies noffrulek is-saċerdoti li jgħożżu s-sejħa tiegħek. Kompli mliehom bil-grazzja u bil-benefiċċji tal-grazzja tiegħek jiġifieri, dixxiplina ta' qdusija u tagħlim tal-Knisja, l-inkuraġġiment tal-qdusija, u x-xhieda li jgħixu l-vanġelu bil-ferħ u b'serenita'. Saħħaħhom (qawwihom), O Alla, fil-kwalita' u fin-numru.

 

Ġedded f'kull iben tiegħek, il-kunfidenza fir-rabta' bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tas-saċerdoti f’għaqda ċara tal-glorja u l-pjan t’Alla fil-Knisja. Nitolbu b’mod partikolari u għall-Kustodja ta’ : Santu Wistin (Il-midneb imġedded), San Tumas t’Aquina (Id-duttur tat-Tagħlim tal-Knisja), San Ġwann Bosco (Ir-Ragħaj) u agħmel li s-saċerdoti kollha li jinsabu mjassra fil-purgatorju jinterċedu f’din it-talba ta’ protezzjoni, din it-talba ta’ gratitudni, u din it-talba ta’ tama.

 

(Missierna, Sliema u Glorja)

 

Nirrikmandawlek:

·  is-saċerdoti għeżież għalina,

·  is-saċerdoti li għammduna,

·  is-saċerdoti li ħallewlna minn dnubietna,

·  is-saċerdoti li assistejna quddies tagħhom u li offrewlna l-Ġisem u d-Demm tiegħek fit-Tqarbin Qaddis,

·  is-saċerdoti li għallmuna u ggwidawna,

·  is-saċerdoti li b’xi mod aħna midjuna lejhom.

 

O Ġesu’, żommhom ilkoll qrib ta’ Qalbek, u berikhom bl-abbundanza, fiż-żmien ta’ issa u fl-eternita’. Ammen

 

Nistiednu wkoll l-affezzjonijiet speċjali tal-Arkanġlu San Gabriel lis-saċerdoti tagħna.

 

Litanija

 

·  Mulej ħniena

·  Kristu ħniena

·  Mulej ħniena

·  Kristu ismagħna

·  Kristu ilqa’ t-talb tagħna

·  Alla Missier tas-Sema, ħenn għalina

·  Alla l-Iben, Salvatur tad-dinja, ħenn għalina

·  Alla l-Ispirtu s-Santu, ħenn għalina

·  Trinita’ Qaddisa Alla wieħed, ħenn għalina

·  Ġesu’ Sultan tal-anġli, itlob għalina

·  L-Arkanġlu San Gabriel, itlob għalina

·  Qawwa ta’ Alla, itlob għalina

·  Għalliem tan-nazzjonijiet, itlob għalina

·  Anġlu tal-Inkarnazzjoni, itlob għalina

·  Messaġġier tar-Rivelazzjoni ta’ Alla, itlob għalina

·  Int li ġġorr l-aħbar it-tajba tas-Salvazzjoni, itlob għalina

·  Ambaxxatur fidil ta’ Alla ta’ Żakkarija u tal-Verġni Marija, itlob għalina

·  Qaddej fidil ta’ Alla-bniedem, itlob għalina

·  Anġlu tal-Konsolazzjoni wara l-agunija tas-Salvatur, itlob għalina

·  Ħabib u konsolatur ta’ Omm Alla, itlob għalina

·  Gwida u għajnuna ta’ San Ġużepp, itlob għalina

·  Għalliem u wens tal-profeta Daniel, itlob għalina

·  Patrun tal-ġenituri u l-għalliema, itlob għalina

·  Gwida għall-għaqda ma’ Ġesu’ u Marija, itlob għalina

·  Konsolatur ta’ dawk li jsofru, itlob għalina

·  Qawwa tad-dgħajfa, itlob għalina

·  Patrun qaddis tal-komunikazzjonijiet moderni, itlob għalina

 

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, eħlisna Mulej

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ismagħna Mulej

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina

Itlob għalina San Gabriel l-Arkanġlu biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.