Appell mill-Papa Franġisku
Is-Sibt
li ġej ser ngħixu flimkien ġurnata speċjali ta’
sawm u ta’ talb għall-paċi fis-Sirja,
fil-Lvant Qrib u fid-dinja kollha. U wkoll għall-paċi fil-qlub
tagħna, għaliex il-paċi tibda mill-qalb! Inġedded l-istedina
lill-Knisja kollha biex tgħix b’mod
intensiv dan il-jum u, sa minn issa, nesprimi r-radd il-ħajr lil
ħutna l-insara, lil ħutna ta’
reliġjonijiet oħra u lill-irġiel u n-nisa ta’
rieda tajba li jridu jingħaqdu flimkien, fil-postijiet u modi
tagħhom proprji, għal dan il-waqt. Inħeġġeġ b’mod
speċjali lill-insara f’Ruma u
l-pellegrini biex jieħdu sehem fil-velja ta’
talb li ser issir hawn, fi Pjazza San Pietru mis-7.00 p.m. biex
nitolbu l-Mulej id-don kbir tal-paċi. J’Alla
mill-art kollha titla bil-qawwa l-għajta tal-paċi! |