L

A

I

K

0

S

 

Home  

Kuntatt

 

L-Evanġelju skont San Mattew

San Mattew - Dan l-Evanġelju nkiteb madwar is-sena 80.  Aktarx li nkiteb f’Antijokja tas-Sirja, dik il-belt fejn id-dixxipli ta’ Ġesù għall-ewwel darba bdew jissejħu ‘Kristjani’ Ma nkitibx minn San Mattew l-Appostlu, għalkemm hu msemmi għalih.  Inkiteb minn Nisrani li baqa’ anonimu.  Qabel ma sar Nisrani dan l-awtur kien wieħed mill-Iskribi, jiġifieri għaref Lhudi li kien studja tajjeb il-Kotba Mqaddsa, imma mbagħad għaraf li t-tagħlim ta’ Ġesù kien il-milja, il-perfezzjoni ta’ dak li Alla kien għallem f’dawk il-Kotba, u għalhekk ħaddan ir-reliġjon Nisranija.

Kompli aqra ⇨

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta