SENA B - ĦADD IL-PALM

 

KRISTU JWETTAQ IL-PATT IL-ĠDID

L-Ewwel Qari                                          (50: 4-7)


Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija

 

     Il-Mulej Sidi tani lsien ta’ wiehed mghallem, biex naghraf nghin lill-ghajjien b’xi kelma. Ta’ kull filghodu jqajjimli widinti, biex nisma’ bhal wiehed jitghallem. Sidi l-Mulej fetahli widinti, u jien ma webbistx rasi, ma rgajtx lura. Tajt dahri lil dawk li kienu jsawtuni, haddejja lil dawk li kienu jnittfuli lhiti; ma hbejtx wicci mit-taghjir u l-bzieq. Sidi l-Mulej jghinni, ghalhekk ma nithawwadx; ghalhekk ghamilt wicci bhaz-znied: jien naf li ma jkollix mniex nisthi.

Salm Responsorjali                        (Salm 21)
 

Rit: Alla tieghi, Alla tieghi, ghaliex tlaqtni?

 

Dawk kollha li jarawni jidhku bija,

jghajbuni, iharrku rashom u jghidu:

“F’idejn il-Mulej intelaq; ha jehilsu hu!

Ha jsalvah hu, ghax bih jitghaxxaq!” Rit...

 

Ara, il-klieb daru mieghi,

gemgha ta’ nies hziena trossni;

taqqbuli idejja u riglejja.

Nista’ nghodd ghadmi kollu. Rit...

 

Hwejgi jaqsmu bejniethom,

ghal-libsa tieghi jaqtghu x-xorti.

Imma int, Mulej, la titbighedx!

Ghajnuna tieghi, fittex ghinni! Rit...

 

Inxandar ismek lil huti,

f’nofs il-gemgha nfahhrek.

Fahhru ’l-Mulej, intom li ghandkom il-biza’ tieghu;

sebbhuh intom ilkoll, ulied Gakobb.

Ibzghu minnu intom ilkoll, nisel ta’ Israel! Rit...

It-Tieni Qari                                              (2: 6-11)


Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Filippin

 

     Gesù Kristu, li kellu n-natura ta’ Alla, ma qaghadx ifittex tieghu li hu daqs Alla, imma tnezza’ minn kollox, billi ha n-natura ta’ lsir, sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bhal bniedem; cekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib. Ghalhekk Alla ghollieh sas-smewwiet, u zejnu bl-isem li hu fuq kull isem, biex fl-isem ta’ Gesù, fis-sema, fl-art u f’qiegh l-art, il-hlejjaq kollha jinzlu gharkobbtejhom, u kull ilsien jistqarr: “Gesù Kristu hu l-Mulej ghall-glorja ta’ Alla l-Missier.”

L-EVANGELJU                                                                  (Mk 14: 1 - 15: 47)

Il-Passjoni ta’ Sidna Gesù Kristu skond San Mark

 

Personaggi: U = Gesù; K = Kronista; S = Sinagoga; P = Poplu

 

K: Kien ghad baqa’ jumejn ghall-Ghid u ghall-Azzmi, u l-qassisin il-kbar u l-kittieba bdew ifittxu kif jaqbdu ’l Gesù bil-qerq ta’ mohhhom u jaghtuh il-mewt. Ghax bdew jghidu:

P: “Mhux fil-festa, li ma tqumx xi rewwixta fil-poplu.”

K: Gesù kien qieghed jiekol ghand Xmun l-imgiddem f’Betanja. Dahlet mara, b’vazett ta’ l-alabastru biz-zejt ifuh ta’ nard safi, jiswa hafna, kissret ghonq il-vazett, u ferrghet iz-zejt fuq ras Gesù. U kien hemm xi whud li bdew jitmashnu bejniethom u jghidu:

P: “Dal-hala kollu ta’ fwieha ghalfejn? Dil-fwieha setghet iggib aktar minn tliet mitt dinar u jinghataw lill-foqra.”

K: U bdew jehduha maghha. Imma Gesù qal:

U “Halluha: ghaliex qeghdin iddejquha? Haga tajba ghamlet mieghi. Il-foqra ssibuhom dejjem maghkom, u tistghu tghinuhom kull meta tridu. Imma lili mhux dejjem sa ssibuni maghkom. Hi ghamlet li setghet: dilkitli gismi bil-fwieha ghad-difna minn qabel. Tassew, nghidilkom, li kull fejn tixxandar il-Bxara t-Tajba fid-dinja kollha, li ghamlet din jinghad ukoll, b’tifkira taghha.”

K: Imbaghad Guda l-Iskarjota, wiehed mit-Tnax, mar ghand il-qassisin il-kbar biex jaghtihom ’il Gesù f’idejhom. Ghal din l-ahbar ferhu hafna, u weghduh li jaghtuh xi flus. U hu beda jistenna l-waqt tajjeb biex jaghtihom ’il Gesù f’idejhom.

Fl-ewwel jum ta’ l-Azzmi, meta kienu jissagrifikaw il-haruf tal-Ghid, id-dixxipli tieghu qalulu:

S: “Fejn tridna mmorru nhejju biex tiekol l-ikla tal-Ghid?”

K: Imbaghad hu baghat tnejn mid-dixxipli tieghu u qalilhom:

U “Morru l-belt u tiltaqghu ma’ ragel igorr garra ilma. Morru warajh, u ghidu lil sid id-dar ta’ fejn tarawh diehel: Qallek l-Imghallem: Fejn hi l-kamra tieghi ta’ l-ikel li fiha nista’ niekol l-ikla tal-Ghid mad-dixxipli tieghi? U hu jurikom kamra kbira fuq, mghammra u lesta. Hejjulna hemmhekk”.

K: U d-dixxipli marru u dahlu l-belt, u sabu kollox kif kien qalilhom hu: u hejjew l-ikla tal-Ghid. Ghall-hin ta’ filghaxija Gesù gie mat-Tnax. U kif kienu fuq il-mejda jieklu qal:

U “Tassew, nghidilkom, li wiehed minnkom sa jittradini, wiehed li qieghed jiekol mieghi.”

K: Huma bdew isewdu qalbhom, u wiehed wara l-iehor staqsewh:

S: “Jaqaw jien?”

K: Qalilhom:

U “Wiehed mit-Tnax, li qieghed ibill il-hobz fi platt wiehed mieghi. Ghax Bin il-bniedem imur, kif hemm miktub fuqu, imma hazin ghalih dak il-bniedem li permezz tieghu Bin il-bniedem ikun moghti f’idejn l-ghedewwa! Kien ikun ahjar ghalih dak il-bniedem li kieku ma twieled xejn!”

K: Huma u jieklu, ha l-hobz f’idejh, qal il-barka, qasmu, newwilhulhom u qal:

U “Hudu, dan hu gismi.”

K: Imbaghad ha l-kalci f’idejh, radd hajr, u newwilhulhom, u lkoll xorbu minnu u qalilhom:

U “Dan huwa demmi, id-demm tal-patt, li jixxerred ghall-kotra. Tassew, nghidilkom, li ma nixrobx izjed mill-frott tad-dielja sa dak in-nhar li nixrob inbid gdid fis-Saltna ta’ Alla.”

K: Imbaghad kantaw is-salmi u hargu lejn il-Gholja taz-Zebbug. U Gesù qalilhom:

U “Ilkoll sa tithawdu, ghax hu miktub: ‘Nidrob ir-raghaj, u naghag jitferrxu.’ Imma wara li nqum mill-mewt, immur il-Galilija qabilkom.”

K: Qallu Pietru:

S: “Ukoll jekk jithawwad kulhadd, jiena ma nithawwadx.”

K: Qallu Gesù:

U “Tassew, nghidlek, li l-lum, dal-lejl stess, qabel ma s-serduk ikun idden darbtejn, int tkun ga chadtni tliet darbiet.”

K: Izda Pietru tenna bil-qawwa kollha:

S: “Le, ma nichdekx, anqas jekk ikolli mmut mieghek!”

K: U l-ohrajn ukoll, kollha qalu l-istess.

Waslu f’qasam jismu Getsemani, u qal lid-dixxipli tieghu:

U “Oqoghdu bilqieghda hawn sakemm nitlob.”

K: U ha mieghu ’l Pietru u ’l Gakbu u ’l Gwanni, u bdew jahkmuh il-biza’ u d-dwejjaq. Qalilhom:

U “Ghandi ruhi mnikkta ghall-mewt; ibqghu hawn u ishru.”

K: Mexa kemmxejn ’il quddiem, xtehet fl-art, u talab li, jekk jista’ jkun, titwarrab minnu dik is-siegha. U qal:

U “Alla, Missier, kollox jista’ jkun ghalik: bieghed minni dan il-kalci! Izda mhux li rrid jien, imma li trid int.”

K: Gie hdejhom u sabhom reqdin, u qal lil Pietru:

U “Xmun, rieqed? Ma flahtx tishar siegha wahda? Ishru u itolbu biex ma tidhlux fit-tigrib. L-Ispirtu, iva, irid; imma l-gisem dghajjef.”

K: U rega’ mar u tenna l-istess talba. Mill-gdid gie u ghal darba ohra sabhom reqdin, ghax ghajnejhom kienu tqal bin-nghas, u ma gharfux x’jaqbdu jghidulu. Gie ghat-tielet darba u qalilhom:

U “Torqdu issa u tistriehu? Bizzejjed. Is-siegha waslet: araw li Bin il-Bniedem sa jkun moghti f’idejn il-midinbin. Qumu! Imxu mmorru! Ara, dak li sa jittradini huwa fil-qrib!”

K: Minnufih, kif kien ghadu jitkellem, wasal Guda, wiehed mit-Tnax, b’gemgha nies mieghu, armati bis-sjuf u l-bsaten mibghuta mill-qassisin il-kbar u mill-kittieba u x-xjuh. Issa dak li kien sa jittradih kien tahom sinjal minn qabel u qalilhom:

S: “Dak li nbusu huwa hu; aqbduh u morru bih mghasses tajjeb.”

K: Malli mbaghad wasal, baqa’ sejjer fuqu u qallu:

S: “Rabbi.”

K: U biesu. Huma meddew idejhom fuqu u qabduh. Imma wiehed minn dawk ta’ madwaru silet is-sejf, ta daqqa bih lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qataghlu widintu. Gesù dar fuqhom u qalilhom:

U “Qiskom hrigtu ghal xi halliel, armati bis-sjuf u l-bsaten biex taqbdu lili! Jien kuljum kont inkun fostkom fit-Tempju nghallem, u ma zammejtunix. Imma dan kollu gara biex issehh l-Iskrittura.”

K: Imbaghad id-dixxipli tieghu kollha telquh u harbu. Wiehed zaghzugh mar warajh imleflef b’lizar biss fuq ix-xejn, u qabduh; imma hu telqilhom il-lizar f’idejhom u harab gheri.

     Hadu ’l Gesù ghand il-qassis il-kbir, u ngabru l-qassisin il-kbar kollha u x-xjuh u l-kittieba. Pietru kien baqa’ miexi warajh mill-boghod sa gol-palazz tal-qassis il-kbir, u qaghad bilqieghda hdejn in-nar mal-qaddejja ghas-shana.

     Il-qassisin il-kbar u s-Sanhedrin kollu bdew ifittxu xhieda kontra Gesù biex jaghtuh il-mewt, u ma sabux. Tassew li kien hemm hafna li xehdu bil-qerq kontra tieghu, imma x-xhieda taghhom ma kinitx taqbel. Imbaghad qamu xi whud jaghtu xhieda qarrieqa kontra tieghu u qalu:

P: “Ahna smajnieh jghid: ‘Jien inhott it-Tempju mibni bl-idejn, u fi tlitt ijiem nibni iehor li ma jkunx mibni bl-idejn.’”

K: Imma x-xhieda taghhom anqas f’dan ma kienet taqbel.

     Imbaghad il-qassis il-kbir qam f’nofs il-gemgha u staqsa lil Gesù:

S: “Xejn ma twiegeb? X’inhuma jixhdu dawn kontra tieghek?”

K: Izda hu baqa’ sieket u ma wiegeb xejn. Mill-gdid il-qassis il-kbir staqsieh u qallu:

S: “Inti l-Messija, Bin l-Imbierek?”

K: Wiegbu Gesù:

U “Jiena hu; u intom ghad taraw ’il Bin il-bniedem bilqieghda n-naha tal-lemin tal-Qawwa u gej fuq is-shab tas-sema.”

K: Imbaghad il-qassis il-kbir carrat l-ilbies ta’ fuqu u qal:

S: “Xi htiega ghandna izjed ta’ xhieda? Id-daghwa smajtuha! X’jidhrilkom?”

K: U kollha qatghuhielu li kien haqqu l-mewt.

Imbaghad xi whud bdew jobzqu fuqu, jghattulu wiccu, jaghtuh bil-ponn u jghidulu:

P: “Aqta’ min!”

K: U l-qaddejja bdew jaghtuh bil-harta.

Waqt li Pietru kien isfel ’il gewwa mid-dahla tal-palazz, giet wahda qaddejja tal-qassis il-kbir. Kif rat ’il Pietru qieghed ghas-shana, wahhlet ghajnejha fuqu u qaltlu:

S: “Int ukoll kont ma’ Gesù ta’ Nazaret.”

K: Imma hu cahad u qal:

S: “Ma nafx, miniex nifhem x’inti tghid.”

K: U mar qaghad fid-dahla tal-palazz (u s-serduk idden). Il-qaddejja ratu, u regghet bdiet tghid lil dawk li kienu hemm:

S: “Dan wiehed minnhom.”

K: U mill-gdid cahad. Wara ftit, dawk li kienu hdejh regghu qalu lil Pietru:

S: “Tassew, int wiehed minnhom; ghax int ukoll mill-Galilija.”

K: Imbaghad qabad jishet lilu nnifsu u jahlef:

S: “Jiena ma nafux ’il dan il-bniedem li qeghdin issemmu.”

K: Minnufih is-serduk idden ghat-tieni darba. Pietru ftakar fil-kelma li kien qallu Gesù: “Qabel ma s-serduk jidden darbtejn, inti tichadni tliet darbiet.” U nfexx jibki.

     Filghodu kmieni l-qassisin il-kbar iltaqghu malajr max-xjuh u mal-kittieba u mas-Sanhedrin kollu biex jiftiehmu bejniethom. Imbaghad rabtu ’l Gesù, haduh u tawh f’idejn Pilatu. Pilatu staqsieh:

S: “Inti s-sultan tal-Lhud?”

K: U hu wiegbu u qallu:

S: “Int qieghed tghidu.”

K: Il-qassisin il-kbar bdew jaqilghu hafna akkuzi kontra tieghu. Izda Pilatu rega’ staqsieh:

S: “Ma twiegeb xejn? Ara kemm akkuzi qeghdin igibu kontra tieghek!”

K: Imma Gesù ma wiegeb xejn izjed, hekk li Pilatu baqa’ mistaghgeb.

     Kull nhar ta’ festa kien jitilqilhom wiehed habsi, lil dak li kienu jitolbu huma. Issa fil-habs kien hemm wiehed jismu Barabba, arrestat flimkien max-xewwiexa li fir-rewwixta kienu qatlu ’l xi hadd. In-nies telghu u bdew jitolbuh jaghmel kif kien jaghmlilhom dejjem. Qabad Pilatu u qalilhom:

S: “Tridux nitilqilkom is-sultan tal-Lhud?”

K: Ghax hu gharaf tajjeb li l-qassisin il-kbar kienu tawh ’il Gesù f’idejh minhabba fil-ghejra. Izda l-qassissin il-kbar bdew ixewxu n-nies li ahjar jitilqilhom ’il Barabba. Pilatu rega’ staqsiehom u qalilhom:

S: “U x’naghmel imbaghad b’dak li intom issejhulu s-sultan tal-Lhud?”

K: Izda huma nfexxew jghajtu mill-gdid:

P: “Sallbu!”

K: Qalilhom Pilatu:

S: “Imma x’ghamel hazin?”

K: Huma aktar bdew jghajtu:

P: “Sallbu!”

K: Pilatu mbaghad, biex joghgob lin-nies, telqilhom ’il Barabba, u lil Gesù, wara li tah is-swat, tahulhom biex isallbuh.

     Is-suldati haduh maghhom gewwa fil-palazz, jigifieri l-Pretorju, u sejhu ’l shabhom kollha. Libbsuh ilbies ahmar skur, u qeghdulu fuq rasu kuruna minsuga mix-xewk. U bdew isellmulu:

P: “Is-sliem ghalik, sultan tal-Lhud!”

K: U qabdu jaghtuh b’qasba fuq rasu, jobzqulu fuqu, u jilwu rkobbtejhom quddiemu biex jaghtuh qima. Imbaghad, wara li ghaddewh biz-zufjett, nezzghulu l-ilbies ahmar u xeddewlu hwejgu:

     U haduh ’il barra biex isallbuh. Kien ghaddej wiehed, Xmun minn Kirene, missier Xandru u Rufu, gej lura mir-raba’, u gaghluh jerfaghlu s-salib. U wassluh f’post jismu Golgota, li jfiisser post il-Qorriegha.

     U tawh jixrob inbid imhallat bil-mirra, imma hu ma riedx jiehu minnu. Imbaghad sallbuh, u qasmu hwejgu bejniethom billi tellghuhom bix-xorti halli kull wiehed jiehu li jmissu. Kienu d-disgha ta’ filghodu meta sallbuh. Il-kitba li turi l-htija tal-kundanna tieghu kienet tghid hekk: “Is-sultan tal-Lhud”. Mieghu sallbu wkoll zewg hallelin, wiehed fuq il-lemin u l-iehor fuq ix-xellug.

     Dawk li kienu ghaddejjin bdew jghajruh, icaqalqu rashom u jghidu;

P: “Ghajb ghalik, int li thott it-Tempju u tfittex terga’ tibnih fi tlitt ijiem! Inzel minn fuq is-salib u salva lilek innifsek!”

K: Hekk ukoll il-qassisin il-kbar bdew jiddiehku bih bejniethom u mal-kittieba u jghidu:

P: “Salva ohrajn, lilu nnifsu ma jistax isalva! Ha jinzel issa l-Messija, is-sultan ta’ Israel, minn fuq is-salib biex ahna naraw u nemmnu!”

K: U dawk li kienu msallbin mieghu bdew imaqdruh huma wkoll.

Meta sar nofs in-nhar waqghet dalma kbira fuq il-pajjiz kollu sat-tlieta. U fit-tlieta ta’ wara nofs in-nhar Gesù ghajjat b’lehen qawwi:

U “Eloi, Eloi, lema sabaqtani?”

K: Li jfisser:

U “Alla tieghi, Alla tieghi, ghaliex tlaqtni?”

K: Xi whud minn dawk li kienu hemm, kif semghuh, qalu:

P: “Ara, qieghed isejjah lil Elija!”

K: U mar wiehed jigri jxappap sponza fl-inbid qares, wahhalha f’tarf ta’ qasba, u tah jixrob filwaqt li qal:

P: “Stennew, ha naraw jigix Elija jnizzlu!”

K: Imma Gesù ghajjat ghajta kbira u harget ruhu.

Hawnhekk kulhadd jinzel gharkobbtejh u jinzamm is-skiet ghal ftit hin.

K: U l-purtiera tat-Tempju ccarrtet fi tnejn minn fuq s’isfel. Ic-centurjun, li kien wieqaf biswitu, meta rah jghajjat u jmut hekk, qal:

P: “Dal-bniedem kien tassew Bin Alla!”

K: Kien hemm ukoll xi nisa jharsu mill-boghod, fosthom Marija ta’ Magdala, Marija omm Gakbu z-zghir u Gozè, u Salome, dawn, meta Gesù kien fil-Galilija, kienu jmorru mieghu u jaqduh. U kien hemm ukoll ohrajn li kienu telghu Gerusalemm mieghu.

     Kien ga sar filghaxija, u billi kien jum it-Thejjija, jigifieri lejlet is-Sibt, Guzeppi minn Arimatija, membru maghruf tal-Kunsill, li hu wkoll kien jistenna s-Saltna ta’ Alla, ghamel il-hila, dahal quddiem Pilatu u talbu l-gisem ta’ Gesù. Pilatu staghgeb li kien ga miet; baghat ghac-centurjun u staqsieh jekk kienx ilu li miet. Meta mbaghad sar jaf minn ghand ic-centurjun, ta l-gisem ta’ Gesù lil Guzeppi, u dan xtara lizar tal-ghazel, nizzel ’il Gesù mis-salib, keffnu fil-lizar, u qieghdu f’qabar imhaffer fil-blat; imbaghad gerbeb gebla fid-dahla tal-qabar. Marija ta’ Magdala u Marija omm Gozè qaghdu jaraw fejn tqieghed.