©  Ħajr tar-ritratti lill-Catholic Press Photo ta’ Ruma                                                                     www.laikos.org

Joseph Ratzinger twieled f’Marktl am Inn nhar Sibt il-Għid, fis- 16 ta’ April 1927 u kien mgħammed dak in-nhar stess. Missieru li kien pulizija, kien ġej minn familja ta’ bdiewa mill-Bavarja. Ommu kienet minn Rimsting u qabel iżżewġet kienet taħdem bħala koka.   Iċ-ċkejken Joseph għadda tfulitu u l-adoloxxenza tiegħu fi Traunstein, villaġġ żgħir maġenb il-fruntiera ma’ l-Awstrija.

Żgħożitu xejn ma kienet waħda faċli.  Il-fidi u l-edukazzjoni li rċieva d-dar ħejjewh għall-esperjenza ħarxa li kellu jgħaddi minnha matul is-snin li pajjiżu kien maħkum mir-reġim Nażista.  Kellu jara huwa stess kif in-Nażi kienu sawtu lill-kappillan kif kien ħiereġ iqaddes.

Kien propju matul dan iż-żmien li skopra il-ġmiel u l-verità tal-fidi fi Kristu.  Il-pedament ta’ dan kollu kienet bla dubju l-formazzjoni li ħa mill-membri l-oħra tal-familja tiegħu li kienu xhieda ta’ tjubija u tama, li kellhom għeruqhom fir-rabta konvinta tagħhom mal-Knisja.

 

 

Bejn l-1946 u l-1951 huwa studja il-filosofija u t-teoloġija u fid-19 ta’ Ġunju 1951 huwa kien ordnat saċerdot.  Sena war beda jgħallem u fl-1953 huwa irċieva dottorat fit-teoloġija bit-teżi tiegħu dwar “It-Teoloġija ta’ l-Istorja f’San Bonaventura.”

Bejn 1959 u 1969 huwa għallem f’Bonn, f’ Münster u f’ Tübingen.  Kien preżenti għall-Konċilju Vatikan II fejn ta kontribut importanti bħala espert tal-Kardinal Joseph Frings, Arċisqof ta’ Cologne. 

Fl-1972, flimkiena ma’ teoloġi kbar oħra, fosthom Hans Urs von Balthasar u Henri de Lubac, huwa beda ir-rivista teoloġika influwenti ħafna, “Communio”

Fost il-pubblikazzjonijiet il-kitbiet tiegħu publikati dak iż-żmien  insibu “Introduzzjoni ghal Kristjanezimu”, ġabra ta lezzjonijiet fuq il-fidi apostolika, ippubblikat fl-1968 u “Domma u Rivelazzjoni”, antoloġija ta’ kitbiet, priedki u riflessjonijiet ippubblikat fl-1973.

 

F'Marzu 1977, il-Papa Pawlu VI ħatru Arċisqof ta' Munich u Freising u kien ikkonsagrat fit-28 ta Mejju ta' l-istess sena.  Fid-Djoċesi tal-Bavarja kien ilu ma jkun ikkonsagrat qassis djoċesan bħala rgħaj pastorali għal madwar 80 sena. Imbagħad xahar wara, fis-27 ta' Ġunju, il-Papa Pawlu VI għamlu Kardinal.

Fil-25 ta Novembru 1981 huwa kien nominat mill-Papa Ġwanni Pawlu II bħala Prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, President tal-Kummissjoni Biblika Pontifiċja u President tal-Kummissjoni Internazzjonali Teoloġika.  Relatur tal-5 Assembleja Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet fil-1980 u President Delegat tas-6 Assembleja Sinodali fl-1983.

 

 

 

Fis-6 ta Novembru 1998 huwa kien elett Viċi-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali u fit-30 ta Novembru 2002, approva l-elezzjoni tiegħu, bħala Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali.

Wara sitt snin xoghol bhala President tal-Kummissjoni ghall-Preparazzjoni tal-Katekizmu tal-Knisja Kattolika, (1986-1992) huwa pprezenta l-Katekizmu l-Gdid lill-Papa Gwanni Pawlu II.

Fl-1999 huwa rraprezenta lill-Papa fic-celebrazzjonijiet li sar fit-12 l-anniversarju mit-twaqqif tad-djocesi ta'Paderborn fil-Germanja.

Kien moghti diversi dottorati Honoris Causa minn diversi universitajiet madwar id-dinja. Kien ukoll mahtur membru onorarju fl-Akkademja tax-Xjenza Pontificja sa mit-13 ta Novembru 2000.

Kien ukoll wieħed mill-eqreb kollaboraturi tal-Papa Ġwanni Pawlu II u kien ikollu laqgħat frekwenti u regolari miegħu dwar diversi ħwejjeġ li jirrigwardaw il-Knisja Universali.

 

Wara kważi siegħa, ħareġ quddiem il-folla, li mliet kull rokna tal-pjazza, il-Kardinal Cilen Jorge Arturo medina Estives li qal il-kliem tant mistenni "Annuntio vobis gaudium magnum. Habemus Papam:  Eminentissimum ac Reverendissimum Dominum, Dominum Josephum; Sanctae Romanae Ecclesiae Cardinalem Ratzinger qui sibi nomen imposuit Benedictum XVI."

B'hekk tħabbar lid-dinja li l-Kardinal Ratzinger kien elett bħala l-265 Papa u li kien għażel l-isem ta Benedittu XVI.  Il-Knisja Kattolka kien ilu ma jkollha Papa Ġermaniż għal madwar 950 sena. 

Il-Papa ħareġ u sellem lill-folla mimlija entużjażmuu qabel ta il-barka Urbi et Orbi, għamel dan id-diskors qasir.

Għeżież ħuti. Wara l-Papa l-Kbir, Ġwanni Pawlu II, il-Kardinali eleġġew lili, sempliċi ħaddiem umli fl-għalqa tad-dwieli ta Alla.   Jikkunslani l-fatt li l-Mulej jaf jaħdem u jaġixxi, anke b'għodda insuffiċenti. Nafda lili nnifsi lit-talb tagħkom. Fil-ferħ ta Kristu Rxoxt, fiduċjużi mill-għajnuna dejjiema tiegħu, nimxu 'l quddiem, biċ-ċertezza li Alla jgħinna.  U Marija, l-omm maħbuba tiegħu, tieqaf magħna.  Grazzi. 

 

Ara wkoll ktieb bi stampi u tagħrif dwar il-Papa Benedittu XVI fi tmiem il-Pontifikat tiegħu ... >