LAIKOS - www.laikos.org    -    lajci@maltadiocese.org

 

L

A

I

K

0

S

Gazzetta ta' ispirazzjoni Nisranija maħruġa mill-Azzjoni Kattolika Maltija.

 

BLOGS - LEĦEN IS-SEWWA  .....  Ara l-blogs kollha tal-Leħen is-Sewwa [...]

     Il-Ħadd, 23 ta' Awwissu 2015

Il-kitbiet sħaħ ikun aċċessibli minn hawn, il-Ħadd, 23 ta' Awwissu 2015 wara s-7.00 ta' filgħaxija.

L-emendi proposti għall-Kodiċi Kriminal   (P1)

Mhux se nibqgħu b’idejna marbuta  - Arċisqof Charles J. Scicluna

L-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar il-ħsieb tal-Gvern li jemenda l-kodiċi kriminali biex it-tkażbir tar-reliġjon ma jibqax reat kriminali u sostna li jekk “l-espressjoni tiegħek li tinsulenta, tweġġa’ l-qalb tagħna, tippretendix li nibqgħu b’idejna marbuta nħarsu lejn is-saqaf”.   Hu qal li hi ħaġa sabiha li aħna li nħobbu l-qaddisin ikollna l-kuraġġ niddifenduhom mit-tkażbir u mit-twaqqigħ għaċ-ċajt.  [...]

 

Se jibda l-proċess biex il-knisja tal-Mosta togħla għal Bażilka Minuri - (P1)

Kull sena, fl-Assunta, l-Arċisqof se jibda jmexxi l-Pontifikal tas-solennità mill-Mosta

Se jibda l-proċess biex issir it-talba lis-Santa Sede ħalli l-knisja Arċipretali tal-Mosta togħla għad-dinjità ta’ Bażilka Minuri.Kien l-Arċipriet Dun Albert Buhagiar li waqt il-Pontifikal tal-festa ta’ Santa Marija staqsa lill-Arċisqof jekk japprovax li l-Parroċċa tagħmel it-talba biex il-Knisja Parrokjali ssir Bażilka.  [...]

 

ARĊIPRIET ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TAL-BIRGU   (P2)

Dun Joseph Mizzi twieled fl-1970. Hu rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola ta’ Ħaż-Żebbuġ, l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo M.A. Vassalli f’Tal-Ħandaq, Ħal Qormi u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara. Hu kompla l-istudji terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.  [...]

 

Iż-żjara storika tal-Papa f’Kuba u fl-Istati Uniti  (P4)

Ix-xahar id-dieħel, il-Papa Franġisku se jagħmel żjara apostolika ta’ tlitt ijiem f’Kuba mid-19 sat-22 ta’ Settembru.F’Havana, il-Papa se jiltaqa’ mal-President Kuban Raul Castro fil-palazz tar-rivoluzzjoni. Wara din il-laqgħa se jmexxi quddiesa fil-Pjazza tar-Rivoluzzjoni magħrufa għad-diskorsi twal li kien jagħmel fiha  l-ex-President Fidel Castro quddierm eluf kbar ta’ nies.  [...]

 

LEJN IS-SINODU TAL-ISQFIJIET dwar il-familja   (P6)

FEJN IRID JEĦODNA L-PAPA FRANĠISKU?  -  Monsinjur Salv Grima

Il-Papa  Franġisku  jħobb  isemmilna  s-sorpriżi  ta’  Alla. Anzi  li  għandna  nkunu  wkoll  lesti  għalihom. Ma’ dawn hemm min iżid ukoll is-sorpriżi tal-Papa nnifsu!  B’mod ġenwin jew b’fehma mgħawġa qed jinstemgħu ilħna jew jinkitbu ideat li jinterpretaw l-istil, il-linja jew l-imġiba tal-Papa fil-kuntest tal-bniedem tal-lum bħallikieku jvarjaw minn dak li  kien jiġi mgħallem mill-għajn tal-verità fejn jidħol Alla, il-Ħallieq u Sid u li f’imħabbtu sawwar il-bniedem fuq ix-xbieha u s-sura tiegħu. [...]

ĊIKKU BRIKU - Dun Anġ Seychell (P7)

Meta l-Ħadd 9 t’Awwissu waqgħet blata f’Delimara jien kont fil-qrib, taħt il-Fanal, u rajt il-movimenti kollha tal-ħelikopters li ġew jagħtu l-għajnuna. Miegħi kelli r-residenti ta’ Dar Nazaret, fejn noqgħod, flimkien ma’ voluntiera. Issuspettajna li ġara xi ħaġa imma ma bsarniex x’kienet.  [...]

L-hena tagħha hu l-hena tagħna - L-Arċisqof Charles J. Scicluna (P7)

Naqsam magħkom riflessjoni mill-vers “Infetaħ it-tempju ta’ Alla li hemm fis-sema u dehret l-arka tal-Patt tiegħu fit-tempju tiegħu” (Apok 11,19). It-tempju ta’ Alla li hemm fis-sema hu Alla nnifsu. Meta nippruvaw nispejgaw lil xulxin bi kliem ta’ fidi x’inhu d-destin tagħna, nużaw il-kelma ġenna. U aħna, marbutin biż-żmien u l-ispazju, biex nifhmu għandna bżonn nimaġinaw post. [...]

Il-maħfra ta’ bejnietna - It-Tabib Carmelo Palmier Cecy (P9)

Qatel 49 mara, bejn prostituti u nisa maħruba minn djarhom. Werwer lin-nies ta’ Washington (USA) sakemm fl-aħħar inqabad u kulħadd ħa nifs ta’ serħan il-moħħ. Waqt li l-qraba tal-vittmi lissnu kliem ta’ mibgħeda u vendetta fuq dan il-qattiel, wieħed minnhom stqarr fil-miftuħ li ħafirlu. Qallu ċar u tond li għandu jqis ruħu meħlus minn kull stmerrija fuq il-ħsara li għamillu. Dan kien nifs frisk f’dinja t’arja staġnata.  [...]

JIĠRI X’JIĠRI XEJN MA JIFRIDNA - Dun Ġużepp Camilleri    (P11)

Qabel ma ħallejt Malta għall-Gwatemala mort inżur koppja li żewiġthom 35 sena ilu f’kappella żgħira li tissejjaħ il-knisja tal-blat. Din il-kappella tinsab int u nieżel lejn Ħondoq Ir-Rumien, il-Qala, faċċata ta’ Kemmuna.   [...]

Il-pornografija qattiela siekta tal-familja - Charles Buttigieg  (P14)

Ħafna nies, bir-raġun, jikkunsidraw il-pornografija bħala theddida serja għas-soċjetà kollha. Dan ifisser li l-pornografija hi problema soċjali qabel, anzi ħafna qabel, mhi problema reliġjuża/morali.

Bosta riċerki juru li l-pornografija għandha sehem qawwi fid-degradazzjoni tal-familja, tal-mara u tat-tfal. Minħabba f’hekk, il-pornografija hi marbuta mill-qrib ma’ atti kriminali ta’ vjolenza u ta’ perverżjoni sesswali. Hi wkoll addictive, jiġifieri tagħmel lil dak li jkun dipendenti.  [...]

Mużajċi, pitturi, ikoni u statwi  (P15)

Riflessjoni personali dwar il-Kattoliċiżmu fil-gżejjer tagħna minn Fr Charles Buttigieg

Kittieba jlaqqmu l-fidi tagħna f’Malta u f’Għawdex bħala reliġjon tal-festi jew kattoliċiżmu tal-festi. Personalment, quddiem dan il-ġudizzju li narah li għandu elimenti pożittivi, ngħid li l-fidi tagħna li waslet fuq xtutna minn San Pawl, l-appostlu tal-ġnus, hi mmarkata minn eliment sabih ta’ tradizzjoni li jinsab fuq kollox f’kull pajjiż u f’kull reliġjon oħra. Nemmen ukoll, iżda, li fil-ġewwieni tal-kuxjenzi tagħna hemm dejjem għatx kbir għall-konvinzjoni akbar tal-fidi taghna u tfixxija għall-misteru infinit ta’ Alla.  [...]

Ġgant m’għola hawn - Joe Galea  (P19)

Imma Ġożwè, wara sena, wasal qrib l-għoljiet. Tat-tarf kienu baxxi u l-widien wesgħin u lixxi biex tgħaddi minnhom. Imbagħad bdew isiru iktar íebsa, kollha blat għoli u mimlijin tfixkil.Ġozwe żamm widnejh miftuħa biex jisma' l-għolja tkanta. Sema' xi ħaġa, imma ħadd li jkanta. Iltaqa' ma ragħaj xwejjaħ u staqsih mnejn l-aħjar jgħaddi.

Ir-ragħaj tah skudella ħalib frisk u mbagħad qallu: “L-Għolja li Tkanta? U żgur li naf fejn hi. Ma tħallinix norqod meta nieħu l-merħliet biex nirgħa fdawk in-naħat. Imma hi għolja tal-biżgħa. Ιl-blat tagħha tielgħa dritt. U hemm ġgant m'għola hawn.”   [...]

Familji muġugħa - Patri Damian Cachia O. Carm.  (P20)

Tħassibt għall-mod kif ixxandar fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni lokaki dak li qal il-Papa Franġisku fl-udjenza ġenerali tal-Erbgħa 5 t’Awissu. Dawk li rrappurtaw id-diskors tal-Papa donnhom riedu jagħtu x’nifhmu li l-Papa biddel it-tagħlim ta’ Kristu kif dejjem mgħallem mill-Knisja. [...]

 

Il-Knisja Kattolika fl-Iskozja u l-mewt ta’ Charles Kennedy  (P26)

Nhar l-1 ta’ Ġunju tħabbret il-mewt tal-eks-kap tal-Partit Liberali Demokratiku Charles Kennedy. Il-gazzetta Kattolika Ingliża The Catholic Times ħabbret il-mewt tiegħu bil-kliem The best PM Britain never had.   Charles Kennedy miet f’daqqa fid-dar tiegħu f’Fort William fit-tramuntana tal-pajjiż. Kennedy kien l-ewwel mexxej Kattoliku ta’ partit politiku prinċipali fil-Gran Brittanja. Hu miet fl-età ta’ 55 sena.   [...]

 

Isqof Ingliż kontra ‘bidla’ fis-sinodu ta’ Ottubru   (P26)

L-Isqof ta’ Shrewsbury, Monsinjur Mark Davies, stqarr li hu kien wara l-ittra miftuħa li 461 saċerdot kitbu u ffirmaw biex jiddefendu t-tagħlim Ortodoss tal-Knisja rigward iż-żwieġ.  L-ittra li kienet ippubblikata mill-Catholic Herald tagħmel sejħa lill-Padri Sinodali li se jiltaqgħu f’Ottubru għas-Sinodu biex ma jiżviluppawx tagħlim li jippermetti tqarbin lid-divorzjati u lill-Kattoliċi miżżewġa mill-ġdid fi ħdan il-kuntest tad-divorzju.  Huma talbu li titneħħa kull konfużjoni li tista’ tfixkel lill-fidili f’dan ir-rigward.  [...]

L-Isqof Mario Grech jitkellem fuq il-“fantasija” ta’ Alla

Francesco Pio Attard.   (P28) 

“Alla tagħna għandu fantasija tal-għaġeb li kapaċi tfixkilna għax Hu joħroġ barra mill-iskemi li drajna narawh jaħdem fihom”.  Dan qalu Isqof t’Għawdex Mario Grech fil-Quddiesa tal-Velja tal-Għid tal-Assunta ċċelebrata fuq iz-Zuntier tas-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu l-Ġimgħa 14 t’Awwissu filgħaxija fil-preżenza ta’ ġemgħa kbira ta’ pellegrini Maltin u Għawdxin.  [...]

Imnedija l-istemma u l-motto tal-Isqof George Bugeja OFM  (P28)

Skont it-tradizzjoni araldika ekkleżjastika Kattolika, l-istemma tal-Isqof hi tradizzjonalment irrappreżentata minn tarka li jista’ jkollha diversi forom u li tkun tiġbor fiha simboli li jistgħu jindikaw mhux biss identifikazzjoni personali jew ta’ ġurisdizzjoni ekkleżjali imma wkoll illustrazzjoni ta’ viżjoni pastorali. L-istemma ta’ Patri George Bugeja OFM, magħmula mis-Sur Vince Caruana, hi komposta minn tlett elementi: is-simboli tal-istat tiegħu, l-arma proprja u l-motto li għażel għalih.  [...]

Beyond: proġett organizzat minn żgħażagħ Maltin u oħrajn Taljani

Beyond hu proġett organizzat miż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika Maltija (ŻAK) u l-Fondazione Oratori Milanesi (FOM) mill-Italja fi ħdan il-programm Erasmus.   Beyond jiffoka fuq l-importanza tal-volontarjat u ż-żgħażagħ li qed jattendu dan il-programm qed ikollhom esperjenzi differenti ta’ volontarjat li jistgħu ‘l quddiem jiżviluppawhm aktar.  [...]

 
 
 
 
 

EDITORAL

Bilanċ bejn il-libertà individwali u t-tħaris tal-kwalità tal-ħajja

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex f’laqgħa privata mal-Prim Ministru ppreżentawlu rapport magħmul minn Kummissjoni maħtura minnhom biex fost oħrajn tara u tistudja l-emendi li qed jipproponi l-Gvern dwar it-tkażbir tar-reliġjon u dekriminilizzazzjoni tal-pornografija f’pajjiżna.  [...]


When in Rome do as the Romans do - Fr Reuben Gauci

Ħafna nies hekk jaħsbu u hekk iġibu ruħhom. “Skont id-daqqa jiżfnu”! Jaddattaw skont iċ-ċirkostanzi u jbiddlu l-valuri tagħhom skont kemm se jkunu aċċettati jew le.

Fil-bidu ta’ kapitlu sitta ta’ San Ġwann, wara li Ġesù tema lil min kien preżenti, in-nes ħasbuh li kien “il-profeta li għandu jiġi fid-dinja” (Ġw6, 14) u Ġesù beda jfissrilhom li “Jien hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem” (Ġw6, 51). [...]


Parti minn missjoni fl-Afrika u fl-Ewropa  (P2)

Iż-żjara f’Malta tal-Koppja President tal-Konfederazzjoni Dinjija tal-Movimenti tal-Familji Nsara Jorge u Rosalinda Carrillo u tal-Koppja President tal-Konfederazzjoni Ewropeja tal-Movimenti tal-Familji Nsara Robert u Maria del Carmen Kimball tifforma parti minn programm ta’ ħidma missjunarja li huma qed iwettqu fl-Afrika u fl-Ewropa f’isem il-Konfederazzoni li jirrappreżentaw.   [...]


Isostni l-oppożizzjoni tiegħu għall-iżvilupp fiż-Żonqor (P2)

Il-Front Ħarsien ODZ tenna l-oppożizzjoni tiegħu għal kull żvilupp fiż-Żonqor u f’kull sit ODZ inkluz toroq u infrastrattura ġdida.  Fl-istess ħin il-Front lest jiddiskuti kull proposta fuq żoni diġà żviluppati. [...]


Ebda tolleranza għal abbuż fuq anzjani   (P2)

Il-Gvern ma jittollera l-ebda abbuż fuq l-anzjani u  għalhekk hu kommess li jikkumbatti dil-pjaga li qed tolqot ħafna anzjani vulnerabbli li jissubixxu vjolenza ta’ kull tip fis-silenzju u fit-tbatija. [...]


Għall-ewwel darba l-Papa jgħid l-Anġelus mill-Vatikan (P3)

L-Anġelus nhar il-festa ta’ Santa Marija l-Papa Franġisku għażel li jagħmlu mit-tieqa tal-Vatikan u mhux minn Castel Gandolfo. Din hi l-ewwel darba li l-Anġelus nhar Santa Marija ngħad mill-Palazz Appostoliku. It-tradizzjoni tal-Anġelus tmur lura għall-15 t’Awwissu tal-1954 meta l-Papa Piju XII irreċita l-Anġelus minn Castel Gandolfo. [...]


Ismijiet Bibbliċi fost l-aktar popolari fl-Ingilterra u Wales (P3)

Statiskika ppubblikata fir-Renju Unit turi li l-ismijiet Bibbliċi, is-sena l-oħra, kienu fost l-aktar li ngħataw lit-trabi subien. L-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wriet li l-ismijiet Bibbliċi s-sena l-oġra kienu fost l-aqwa mija tal-lista tal-ismijiet tat-trabi subien fl-Ingilterra u Wales bl-aktar isem popolari fuq il-lista jkun dak ta’ Jacob li għażluh aktar minn 5,000 ġenitur. [...]


Il-Papa Franġisku dwar ix-xogħol    (P3)

Ix-xogħol jagħti dinijità lill-bniedem u lill-familja tiegħu

Ix-xogħol, qal il-Papa Franġisku fl-udjenza tal-Erbgħa, hu meħtieġ biex wieħed jgħix u jgħajjex il-familja f’ħajja dinjituża u, meta persuna tkun onesta u serja, l-aktar ħaġa sabiħa li nistgħu ngħidu dwarha hi li hi bieżla u ma tgħix minn fuq dahar ħaddieħor.  [...]


Numru inqas ta’ Kattoliċi  (P3)

It-telfa qawwija li l-Partit Laburista Ingliż sofra fl-Iskozja fl-elezzjoni ta’ Mejju li għadda wasslet biex ikun hemm inqas Kattoliċi membri tal-Parlament Ingliż. Mill-inqas terz tad-disgħin membru Kattoliku eletti fil-Parlament tas-sena 2010 ma reġgħux ikkontestaw inkella tilfu posthom minħabba l-età tal-irtirar.   [...]


Kultura tad-dinjità - J.M. Bonnici (P5)

F’laqgħa mal-Prim Ministru, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ippreżentawlu rapport magħmul minn Kummissjoni maħtura mill-Knisja ad hoc biex tagħrbel il-proposti leġislattivi tal-Gvern dwar il-vilifikazzjoni tar-reliġjon u dekriminilizzazzjoni tal-pornografija.  [...]


Evviva l-Papa. (P23) Karmenu Psaila minn Birkirkara, jikteb:

Sa ftit żmien ilu tista’ tgħid li l-Maltin kollha kienu jħarsu lejn il-Papa  bħala bniedem baħbuħ, ġentili, dejjem bi tbissima u saqajh fl-art. Ma naqsux dawk li qalu li donnu qatt ma kellna  Papa bħal dan!   Imsieken! Donnu dan il-Papa jiżboq bil-kbir il-Papiet ta’ qablu. Dawn huma dawk li jaraw sa mneħirhom biss. U tiskanta kemm ipaċpċu!   [...]


Il-kappella S.Marija f'Ħal Tarxien tagħlaq 600 sena (P23)  Alfred Massa minn Ħal Tarxien, jikteb:

Jingħad li l-kappella Santa Marija f’Ħal Tarxien inbniet madwar l-1415 fi żmien l-Isqof Anton Platamone.  Dan ifisser li dis-sena l-kappella qed tfakkar is-600 anniversarju ta’ twelidha. Ħasra li din il-kappella ma tistax tiċċelebra dan l-avveniment b’mod xieraq għar-raġunijiet li ftit xhur ilu l-kappella ġiet restawrata grazzi kemm għall-amministrazzjoni preżenti kif ukoll għal dik preċidenti. B’hekk issa wieħed jista’ jammira l-ġmiel tagħha. [...]


Il-maħfra (P23) - Lorenzo Zahra mill-Marsa, jikteb:

Nota qasira ta’ apprezzament. Rajt parti mil-logħoba football bejn il-Hibs ta’ Raħal il-Ġdid u Birkirkara u f’inċident żewg players ħabtu sew ma’ xulxin u ntefgħu mal-art. [...]


Solidarjetà mal-Maltin fl-Awstralja (P27)

Il-Kummissjoni Emigranti tingħaqad mal-Maltin fl-Awstralja fil-petizzjoni li qed jagħmlu lill-awtoritajiet konċernati biex ireġġgħu lura d-deċiżjoni li jnaqqsu l-ħin allokat għall-komunità Maltija fuq l-istazzjon tar-radju etniku Special Broadcasting Service (SBS).  [...]


Inġustizzja li għandha bżonn tiġi rimedjata (P27)

L-Opinjoni Finali tal-Ombudsman dwar it-Tqassim ta’ Mediċini b’xejn

L-Ombudsman Parlamentari l-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino flimkien mal-Kummissarju għas-Saħħa s-Sur Charles Messina ppubblikaw rapport dwar t-tqassim ta’ mediċini b’xejn skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali.

Ir-rapport jitratta erba’ każi li investiga l-Kummissarju għas-Saħħa u li dwarhom hemm nuqqas ta’ qbil mad-Dipartiment tas-Saħħa u li issa ilhom pendenti għal dawn l-aħħar sentejn.  [...]


KUNTATT - Indirizz postali, email, telefon u fax.

Editur:   Michael Caruana  - info@lehenissewwa.com.

Abbonamenti, Bejgħ u Reklami:   Joseph Rossi - amministratur@lehenissewwa.com.

Indirizz Postali:  Leħen is-Sewwa, Istitut Kattoliku, Floriana, FRN 1441.

Telefon:  2703 2961.

Fax:  21225563

Ġranet tal-Uffiċċju:  Mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Ħinijiet tal-Uffiċċju: Mid-9.00am sas-1.00pm.

ARKIVJU - Fittex kitbiet li dehru f'ħarġiet preċedenti.