LAIKOS - www.laikos.org    -    lajci@maltadiocese.org

 

L

A

I

K

0

S

Gazzetta ta' ispirazzjoni Nisranija maħruġa mill-Azzjoni Kattolika Maltija.

 

BLOGS - LEĦEN IS-SEWWA  .....  Ara l-blogs kollha tal-Leħen is-Sewwa [...]

     Il-Ħadd, 16 ta' Awwissu 2015

Il-kitbiet sħaħ ikun aċċessibli minn hawn, il-Ħadd, 16 ta' Awwissu 2015 wara t-8.00 ta' filgħaxija.

Tobba u infermiera waslu lura minn xogħol volontarju fil-Gwatemala

Grupp ta’ tobba u infermiera reġa’ lura Malta din il-ġimgħa wara li wettaq xahar u nofs ħidma medika professjonali fl-isptar San Juan Bautista fil-Gwatemala. Kemm damu l-Gwatemala dawn iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ħallew timbru ġdid t’imħabba u għaqda bejn Guate u Malta.  [...]

Ara l-appell li qed isir f'paġna 23 tal-Leħen is-Sewwa.

F’sentejn qed jinqatgħu - Il-każi ta’ annullamenti ta’ żwieġ quddiem il-Qorti tal-Knisja

Każ ta’ annullament taż-żwieġ quddiem il-Qorti tal-Knisja qed idum ftit inqas minn sentejn biex jinqata’.  Dan qalu Monsinjur Carmelo Zammit, il-Vigarju Ġudizzjarju, fil-programm Il-polz taċ-ċittadin imxandar fuq Radju RTK.   [...]

It-tkasbir tar-reliġjon m’għandux jitneħħa minn reat kriminali

Il-Knisja f’Malta ma taqbilx li t-tkasbir tar-reliġjon jitneħħa minn reat kriminali. Lanqas ma taqbel mad-dekriminalizzazzjoni tal-pornografija. Il-pożizzjoni tal-Knisja tinsab f’dokument li l-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof t’Għawdex Mario Grech ippreżentaw lill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt laqgħa f’Kastilja. [...]

Il-fdalijiet ta’ San Piju se jkunu esposti fil-Bażilka San Pietru

Il-fdalijiet ta’ San Piju ta’ Pietralcina se jkunu esposti għall-qima tal-fidili fil-Bażilka San Pietru bejn it-8 u l-14 ta’ Frar li ġej.

L-Arċisqof Rino Fisichella, il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida, kiteb lill-Arċidjoċesi ta’ Manfredonia-Veste-San Giovanni Rotondo li kienet ix-xewqa tal-Papa Franġisku li r-relikwarju ta’ Padre Pio jkun fil-Vatikan nhar Ras ir-Randan tas-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena.  [...]

L-għanqbuta - Mit-Tabib Carmelo Palmier Cecy

Kreatura żgħira bi tmien saqajn, b’ħafna għajnejn miftuħin beraħ u, f’ċerti speċi, bid-drawwa waħxija li l-mara tiekol lir-raġel tagħha meta tispiċċa minnu, tinstab imxerrda mad-dinja kollha. [...]

Velenu qerriedi - Minn J. M. Bonnici

Id-demokrazija hi sistema ħażina...m’hawnx waħda aħjar minnha kien jgħid Winston Churchill li wara li rebbaħ lill-Ingliżi l-gwerra ġie mitfugħ fl-oppożizzjoni bil-verdett popolari. [...]

Imma kemm int injoranta! - Minn Tanja Cilia

Darba kien hemm mara li kienet taf kollox. U bħal ma jiġri meta jkun hemm xi ħadd li jaf kollox, kienet dejjem tkun trid tgħallem lil kulħadd. Kienet tagħmel hekk billi tuża kull metodu li jgħaddilha minn moħħha. Ħoloq għal artikli f’gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra, mistoqsijiet li kienet tkun taf li dak li jkun ma jafx iweġibhom, kummenti sarkastiċi u anki xi insult ‘il hawn u ‘l hinn. [...]

 

DAWL FIT-TIEQA (2)  - Minn Joe Galea

Żagħżugħ qalbieni għal biċċa xogħol tqila

Fl-ewwel parti ta’ din l-istorja rajna kif il-kilba għall-flus kienet ġiebet ħsara fil-belt. Bil-parir tal-erimit, instab rimedju għal din il-marda tal-flus. Imma kien hemm bżonn ukoll sagrifiċċju minn xiħadd. [...]

IntietefEmanuel Bartolo

One Stop Shop

Sinċerament ma nafx x’sar mill-għajta l-ewwel ta’ Gvern u issa t’ieħor dwar il-one stop shop. Ta’ post wieħed mnejnt tinqeda għall-ħtiġiet kollha tiegħek u mhux toqgħod tiġri minn dipartiment għall-ieħor biex forsi, u jekk, tinqeda. [...]

 

IL-FESTA TA’ KEMMUNA - Minn Fr Charles Buttigieg

Kulħadd laqa’ b’entużjażmu l-aħbar li din is-sena, eżattament fit-22 t’Awwissu, se ssir bl-inizjattiva tar-residenti u b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, il-festa ta’ Kemmuna.Il-programm jinkludi l-Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech flimkien mal-Kappillan ta’ Kemmuna Dun Karm Xerri.  [...]

 

Appell lill-umanità biex tinqata’ għal dejjem mill-gwerra

Il-bombi atomiċi fuq Hiroshima u Nagasaki saru s-simbolu tal-qawwa distruttiva tal-bniedem meta juża ħażin l-avvanzi tiegħu fix-xjenza u t-teknoloġija u huma twissija permanenti lill-umanità biex tieħu impenn għall-paċi.   [...]

Abbatini Maltin mal-Papa

L-abbatini Maltin li bħalissa jinsabu l-Vatikan jaqdu fil-liturġija tal-Bażilka San Pietru ltaqgħu mal-Papa Franġisku quddiem ir-residenza tiegħu f’Santa Marta. Il-Papa sellem lill-abbatini wieħed wieħed u ħa ritratt magħhom kollha flimkien. Kienu preżenti Dun Frans Bonnici, id-Direttur tal-Għaqda Nazzjonali tal-Abbatini Maltin; Dun Mark Ellul, Dun Mark Bonello u d-Djaknu Mario Curmi.   [...]

Jeżistu ħafna affarijiet sbieħ - Il-Papa Franġisku f’laqgħa maż-żgħażagħ

Il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ aktar minn 1,500 żagħżugħ u żagħżugħa minn madwar id-dinja membri tal-Moviment Ewkaristiku taż-Żgħażagħ. Il-laqgħa mal-Papa kienet il-qofol ta’ Laqgħa Internazzjonali tal-Moviment li din is-sena qed jiċċelebra l-ewwel ċentinarju tiegħu.  [...]

 
 
 
 

 

 
 

EDITORAL

X’qal verament il-Papa dwar il-familji muġugħa

Id-diskors tal-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 5 t’Awissu seta’ ħasad lil wħud partikolarment jekk dawn ma segwewx l-udjenza u qagħdu fuq dak li semgħu fl-aħbarijiet lokali li tawna x’nifhmu li l-Papa donnu biddel it-tagħlim ta’  Kristu kif dejjem kien u għadhu mgħallem mill-Knisja. [...]


L-20 Ħadd ta’ Matul is-Sena (Ġw. 6: 51-58)

Messaġġ ċar kif nistgħu naslu għall-ħajja ta’ dejjem

Victor Mifsud

Ġesù ġie fid-dinja u ħa sura ta’ bniedem. F’din is-silta Ġesù iqabbel lilu nnifsu bħal ħobż li nieklu kuljum, l-ikel u x-xorb li huma essenżjali għall-ġisem uman tagħna biex jgħix minn jum għal jum sakemm immutu.  [...]


Attivitajiet f’Għawdex f’ġieħ San Ġwann Bosco

Il-Knisja llum tiċċelebra għeluq il-200 sena mit-twelid ta’ San Ġwann Bosco, il-patrun tat-tfal u ż-żgħażagħ.Fl-Oratorju Don Bosco t’Għawdex illum u għada se jsiru ċelebrazzjoni speċjali. [...]


Fr Joe Galea Curmi maħturKanonku tal-Kapitlu.

Il-Vigarju Ġenerali Fr Joe Galea Curmi ngħata l-pussess ta’ Kanonku tal-Kapitlu Metropolitan tal-Imdina. Iċ-ċerimonja saret fil-Kattidral tal-Imdina l-Ġimgħa filgħaxija u tmexxiet mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. [...]


AKTAR MINN 13,500 DOWNLOAD

Verżjoni ġdida tal-mobile phone application Malta Mass

Il-Knisja f’Malta, permezz tal-Uffiċċju Komunikazzjoni, nediet verżjoni ġdida u aġġornata tal-mobile phone application Malta Mass.  [...]


BŻONN TA’ MINIBUS GĦAD-DAR FAMILJA MQADDSA

Id-Dar Familja Mqaddsa, Dar tal-Anzjani fin-Naxxar immexxija mill-Azzjoni Kattolika Maltija, għandha bżonn urġenti ta’ minibus wara li dik antika ħafna li kellhom ġiet iddikjarata uffiċċjalment li teknikament mhux tajba izjed għat-triq. [...]


Stedina li-Tfal u liż-Żgħażagħ

Hu importanti li fis-sajf it-tfal u ż-żgħażagħ ikomplu jaqraw għall-gost ħalli jsostnu u ma jitilfux dak li jkunu kisbu matul is-sena. Għal dan l-iskop trid issir ħidma biex it-tfal u ż-żgħażagħ jitħajru u jitħeġġu jaqraw kemm jifilħu anki fis-sajf. [...]


Happy Day mal-Kor Joy Gospel Singers u l-Kor Liederkor fil-Bavarja - Minn Therese Caruana

Wieħed mill-korijiet gospel ewlenin ta’ Malta għadu kif reġa’ lura Malta wara mawra fil-Bavarja fejn kien il-mistieden tal-kor Liederkor minn Aichach. [...]


Żjarat ta’ kortesija lill-Isqof t’Għawdex u lill-Vigarju Ġenerali

Is-Sur Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Malta) għamel żjarat ta’ kortesija lill-Isqof t’Għawdex Mario Grech u lill-Vigarju Ġenerali Fr Joe Galea Curmi.  [...]


KUNTATT - Indirizz postali, email, telefon u fax.

Editur:   Michael Caruana  - info@lehenissewwa.com.

Abbonamenti, Bejgħ u Reklami:   Joseph Rossi - amministratur@lehenissewwa.com.

Indirizz Postali:  Leħen is-Sewwa, Istitut Kattoliku, Floriana, FRN 1441.

Telefon:  2703 2961.

Fax:  21225563

Ġranet tal-Uffiċċju:  Mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Ħinijiet tal-Uffiċċju: Mid-9.00am sas-1.00pm.

ARKIVJU - Fittex kitbiet li dehru f'ħarġiet preċedenti.