LAIKOS - www.laikos.org    -    lajci@maltadiocese.org

 

L

A

I

K

0

S

Gazzetta ta' ispirazzjoni Nisranija maħruġa mill-Azzjoni Kattolika Maltija.

 

BLOGS - LEĦEN IS-SEWWA  .....  Ara l-blogs kollha tal-Leħen is-Sewwa [...]

     Il-Ħadd, 2 ta' Awwissu 2015

Il-kitbiet sħaħ ikun aċċessibli minn hawn, il-Ħadd, 2 ta' Awwissu 2015 wara t-8.00 ta' filgħaxija.

Meta f’kull Quddiesa titolbu għall-Papa, għall-Isqof tagħkom u għall-ministri kollha tal-Mulej, itolbu li nagħmlu d-dover tagħna.    Mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.

Naqsam magħkom żewġ ħsibijiet ispirati mill-Vanġelu skont San Mark (kapitlu 6). Erba’ versi li jirrakuntaw ir-ritorn tal-appostli minn missjoni li għaliha bagħthom Ġesù.  Iż-żewġ mumenti jagħtuna ħjiel fuq kif jaħseb Ġesù u jiftħu tieqa fuq il-qalb tiegħu. Meta ngħidu l-Qalb ta’ Ġesù nirreferu mhux biss il-muskolu li jippompja d-demm imma għall-personalità ta’ Ġesù, il-karattru tiegħu, il-mod kif jaħseb. Din hi l-Qalb ta’ Ġesù.  [...]

FID-DGĦAJSA TA’ PIETRU HEMM POST GĦAL KULĦADD - Mill-Isqof Mario Grech

Il-ferħ fuq wiċċ il-komunità parrokkjali dakinhar tal-pussess ta’ Dun Michael Curmi bħala Arċipriet tal-Parroċċa Santa Margerita, Ta’ Sannat, deher.  Dal-ferħ tagħna mhux biss għax qed nilqgħu lill-Arċipriet il-ġdid fil-bidu tal-mandat tiegħu imma wkoll għax nemmnu li bil-preżenza ta’ dan is-saċerdot ġdid f’din il-komunità parrokkjali se jirnexxielna nkomplu niskopru lil Ġesù.   [...]

 

Il-Knisja tbierek il-koppja raġel u mara - Minn Joe Farrugia

“U beda jibgħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu”. Dan kien il-mandatt ta’ Ġesù lill-evanġelista Marku jagħtihulna fil-kuntest tat-tnax (6:70). Għalhekk bir-raġun kollu din is-silta aktarx norbtuha mal-ħidma tal-Isqfijiet, warajhom tas-saċerdoti u aktarx nieqfu hemm. Iżda Luqa, fIl-Vanġelu tiegħu jagħmel pass ieħor u juri kif dan l-istess kmand Ġesù tah ukoll lit-72 dixxiplu li emmnu fih     [...]

IL-MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU GĦAT-30 JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ (1)

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard

Il-Ħadd li għadda, waqt it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru, b’ġest simboliku, il-Papa Franġisku nkiteb billi kklikkja fuq tablet għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2016 li se jsir fi Krakovja, fil-Polonja. Hu stieden liż-żgħażagħ kollha biex jieħdu sehem f’din l-attività li se tibda eżatt bħall-Ħadd li għadda sena f’art twelid il-qaddis Ġwanni Pawlu II. Dan il-Jum Dinji se jkun iċċelebrat fis-Sena tal-Ħniena u se jkun f’ċertu sens Ġublew taż-Żgħażagħ imsejħa biex jirriflettu dwar it-tema: Ħenjin dawk li jħennu għax huma jsibu l-ħniena.   [...]

L-AMBJENT - Minn Charles Magro

L-Enċiklika Laudato Sì, ippubblikata dan l-aħħar mill-Papa Franġisku, għamlet ħoss qawwi mad-dinja kollha għax l-ambjent tittrattah b’mod li juri ċar kemm s’issa sar paroli fil-vojt. Kemm ittieħdu azzjonijiet li ma wasslu mkien.  [...]

Please, meta jkollok ċans…   Minn Tanja Cilia

X’aktarx li meta wieħed ikun se jitolbok xi ħaġa, ma jibdiex is-sentenza bil-frażi “jekk joġgħbok” imma jitfa’ l-kelma bl-Ingliż. Din min jifimha? U ma jużax “jekk” imma “meta”.  Naraw ukoll kif min irid jimmanipulak, għandu mnejn juża ħafna kumplimenti fiergħa biex iġibek fejn irid. “Qed ngħid lilek għax int l-esperta”! Dan jiġri iżjed u iżjed jekk int ikollok il-fama li tgħin lil min hu fil-bżonn u tagħmel xi tip ta’ volontarjat.  [...]

X’qed jinħema f’qalbna?               Mit-Tabib Carmelo Palmier Cecy

Klikek ta’ żgħażagħ jinġabru f’Paceville biex jiddevertu u jifirħu flimkien. Fl-istess ħin jiksru r-rutina ta’ matul il-ġimgħa. Fir-realtà hi l-preżenza ta’ żgħażagħ oħra tas-sess oppost li tiġbidhom hemm bil-qawwa. Għax fejn tħobb il-qalb jimxu r-riġlejn.  [...]

M’għalqux qalbhom għall-batuti

Appostolat - Intenzjoni Universali - Kitba ta’ Patri Paul Deguara S.J. – pdegsj@gmail.com 

Matul Awissu l-Papa jistedinna nitolbu biex il-voluntiera jagħtu lilhom infushom b’qalb miftuħa għas-servizz ta’ min hu fil-bżonn. Fid-dinja hawn madwar 140 miljun voluntier li dawru ħarsithom u qalbhom lejn min hu fil-bżonn.   [...]

L-età tal-kunsens sesswali

Dun Joseph Mizzi

Is-sess u s-sesswalità umana huma realtà sabiħa u pożittiva maħluqa minn Alla. Alla ħalaqna raġel u mara fuq xbieha tiegħu. Il-bniedem mhuwiex biss drive/istint/hormones li jaqsam mad-dinja animalia iżda għandu vokazzjoni ogħla. Hu maħluq biex ikun għotja, cioè don/rigal/offerta għall-ieħor. Din hi l-vera tifsira tal-imħabba: the gift of oneself.    [...]

IL-LAJK HU Lajk

Spazju għall-qdusija tal-lajk  - Minn Joe Galea

Fl-ewwel u fit-tieni parti ta’ dan l-artiklu tkellimna dwar ir-rwol u r-responsabbiltà tas-Saċerdot, kif il-lajċi jħarsu lejn is-Saċerdot u kif il-lajċi għandhom sehem daqstant importanti fil-ħajja tal-Knisja. Inkomplu dwar il-ħidma siewja li jagħtu l-lajċi fil-ħajja tal-Knisja.  Imma l-lajk jgħix f’nofs l-istorbju, imdawwar mill-folla, mgħattan taħt il-ħidmiet li huma parti minn ħajtu. Dejjem għaddej.   [...]

IL-FIGURA TAS-SAĊERDOT FIT-TAGĦLIM TAL-PAPA FRANĠISKU

Fi żmien meta f’diversi nħawi tad-dinja l-figura tas-saċerdot ġiet imtebbgħa minn każi ta’ skandli ta’ pedofilija, il-Papa Benedittu XVI xandar Sena Saċerdotali. Fid-diskorsi tiegħu kif ukoll f’diskorsi tal-Kardinal Hummes li dak iż-żmien kien Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Kleru, tfisser ċar l-iskop ta’ dik is-sena: li tkun okkażjoni speċjali biex is-saċerdoti jirriflettu fuq is-sejħa u l-missjoni tagħhom u li jġeddu l-grazzja tas-sagrament tal-Ordni Sagri li rċivew.    [...]

Nieqfu ftit u nirriflettu - Minn J. M. Bonnici

Fil-ktieb L-istejjer tal-Patri (l-ewwel ktieb), Patri Piju Sammut jirrakkonta fuq dokumentarju li ra fuq it-TV fejn grupp ta’ xjenzati marru fuq spedizzjoni fl-Amerika t’Isfel u magħhom kellhom grupp ta’ Indios biex iġorrulhom il-materjal meħtieġ: ħwejjeġ, ikel, ilma u apparat xjentifiku.  [...]

 

AKTAR FIL-LEĦEN IS-SEWWA TAL-ĦADD, 2 TA' AWWISSU 2015

Inkunu proxxmu ma' dawk fil-periferija. 

Il-Knisja llum ma tridx insara morda, bla ħila.  Il-Papa jixtieq li kull Nisrani joħroġ mill-kumdita' tas-sigurta' li jġibu l-istil ta' ħajja tiegħu biex jiltaqa' ma' min hu fil-periferija.   ... Ara aktar fil-Leħen is-Sewwa, paġna 11.


Sitt żgħażagħ f'xogħol volontarju

Sitt żgħażagħ f'xogħol volontarju f'Karonga fil-Malawi, pajjiż fqir fix-Xlokk tal-Afrika.  Aral-arttiklu kollu fil-Leħen is-Sewwa tal-Ħadd, 2 ta' Awwissu 2015, paġna 28.

Għal abbonament ċempel fuq 2703 2961 jew ikteb email lil Joseph Rossi fuq amministratur@lehenissewwa.com.

 

 
 
 
 

 

 
 

EDITORAL

Il-festi: mument ta’ ċelebrazzjoni li bih nagħtu glorja lil Alla

Il-festi huma parti essenzjali mill-ħajja tagħna bħala bnedmin u aktar bħala Nsara. Il-festi, meta niċċelebrawhom kif għandu jkun, jgħaqqduna aktar ma’ Alla u bejnietna. Fit-Testment il-Qadim insibu li Alla ried li l-poplu Lhudi jkollu ġranet ta’ festi matul is-sena.   [...]


IT-TMINTAX-IL ĦADD MATUL IS-SENA (Ġw 6, 24-35)

Għaliex aħna qed infittxuh?    Minn Fr Kevin Schembri

Darba waħda anzjan qalli: Father, fid-dinja ma jiswiex x’tagħmel imma għalfejn tagħmlu!  Illum fil-Vanġelu nsibu l-istess ħaġa. Meta d-dixxipli telgħu fuq id-dgħajjes u marru n-naħa l-oħra biex ikunu ħdejn Ġesù. Hu ħares iktar fil-bogħod u staqsa għalfejn kienu qed ifittxuh.   [...]


F’artijiet tal-missjoni biex jagħżel studenti fqar ħalli jgħinhom fl-istudji tagħhom.

L-Avukat Frank Cassar, il-producer u l-preżentatur tal-programm Vuċi Missjunarja, jinsab fix-Xlokk tal-Afrika. Hu se jżur tmien djoċesijiet fil-pajjiż biex jagħżel għadd ta’ studenti fqar ....  [...]


Il-Koppji President Mondjali u Ewropea tal-ICCF f’Malta.

Il-Koppja President Mondjali u l-Koppja President Ewropea tal-Konfederazzjoni Internazzjonali tal-Familji Nsara (ICCF) se jżuru Malta bejn il-31 ta’ Awwissu u t-3 ta’ Settembru li ġej.    [...]


L-Isqfijiet jikkumentaw pożittivament dwar Leħen is-Sewwa - It-tibdil irid ikompli.

L-Isqfijiet huma konxji tat-tibdil pożittiv li sar fil-kontentut u fil-prezentazzjoni ta’ Leħen is-Sewwa u huma tal-fehma li dan it-tibdil ikompli.   [...]


300,000 postcard b’linji gwida dwar tmiem il-ħajja.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet intbagħtu aktar minn 300,000 postcard lil parruċċani fl-Ingilterra u Wales b’linji gwida dwar deċiżjonijiet għal tmiem il-ħajja. Din l-inizjattiva kienet parti miċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja li saret il-Ħadd.  [...]


It-30 Jum Dinji taż-Żgħażagħ - Fl-ewwel 24 siegħa rreġistraw aktar minn 45,000 persuna

F’inqas minn 24 siegħa wara li fetħu r-reġistrazzjonijiet għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jsir fil-Polonja s-sena li ġejja rreġistraw isimhom iktar minn 45,000 persuna. L-ewwel ma’ rreġistra ismu kien il-Papa Franġisku. [...]


Il-Qorti Suprema tal-Pakistan issospendiet il-kundanna tal-mewt ta’ Asia Bibi

Fit-22 ta’ Lulju, il-Qorti Suprema tal-Pakistan f’Lahore, iddeċidiet li tissospendi l-kundanna tal-mewt u terġa’ teżamina mill-ġdid il-każ ta’ Asia Bibi.

Din il-mara Pakistana Kattolika ilha aktar minn elfejn jum fil-ħabs bis-sentenza tal-mewt imdendla fuq rasha fuq akkuża ta’ blasfemija.  [...]


Fr Robert Barron inħatar Isqof Awżiljarju ta’ Los Angeles

Il-Papa Franġisku għadu kemm ħatar tliet Isqfijiet Awżiljarji ġodda għall-Arċidjoċesi Amerikana ta’ Los Angeles. Din hi l-akbar djoċesi fl-Istati Uniti  b’popolazzjoni Kattolika ta’ aktar minn ħames miljun ruħ u b’287 parroċċa. [...]


Żewġ dottorati honoris causa mogħtija lill-Papa Emeritu Benedittu XVI

“B’dan il-mod issaħħet aktar ir-rabta tiegħi mal-Polonja, ma’ Krakovja, ma’ art twelid il-qaddis kbir tagħna San Ġwanni Pawlu II. Dan għaliex mingħajru, il-mixja spiritwali u l-teoloġika tiegħi lanqas nista’ nimmaġinaha”.  [...]


CAMIGUITOS 2015

Mit-12 t’Awwissu sas-16 ta’ Settembru, 16-il lajk u lajka flimkien ma’ Fr Louis Mallia mssp se jagħmlu esperjenza fil-missjoni tas-Soċjetà Missjunarja San Pawl f’Arequipa l-Perù.  [...]

KUNTATT - Indirizz postali, email, telefon u fax.

Editur:   Michael Caruana  - info@lehenissewwa.com.

Abbonamenti, Bejgħ u Reklami:   Joseph Rossi - amministratur@lehenissewwa.com.

Indirizz Postali:  Leħen is-Sewwa, Istitut Kattoliku, Floriana, FRN 1441.

Telefon:  2703 2961.

Fax:  21225563

Ġranet tal-Uffiċċju:  Mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Ħinijiet tal-Uffiċċju: Mid-9.00am sas-1.00pm.

ARKIVJU

Fittex kitbiet li dehru f'ħarġiet preċedenti.