L-EWWEL
TAQSIMA
IL-PJAN TA’
SALVAZZJONI
|
1.
It-tfittix tal-bniedem u t-tweġiba ta’ Alla. a. Ir-reliġjonijiet bħala prova ta’ kif il-bniedem ifittex li jifhem. Ir-relazzjoni bejn fidi u raġuni: il-fidi u ċ-ċertezza xjentifika, il-fidi u s-superstizzjoni, il-fidi u l-fanatiċiżmu. b. It-tweġiba ta’ Alla: Il-Bibbja bħala l-Kelma ta’ Alla fi kliem il-bniedem. L-Ispirazzjoni. Interpretazzjoni tajba tal-Bibbja. L-intervent ta’ Alla fl-istorja permezz ta’ kliem u għemil. It-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid. Tifsil tal-Istorja tas-Salvazzjoni. c. Sehem il-fidi Nisranija fl-iżvillup uman. Xi persuni li sabu t-tifsira għall-ħajjithom fil-fidi Nisranija.
|
2.
Alla
tas-Salvazzjoni. a. Il-Ħolqien u l-Waqgħa: L-esperjenza umana tal-ħażen u l-messaġġ bibbliku tal-Ġenesi 1-3; il-Ħolqien u evoluzzjoni, il-Waqgħa, in-natura u l-konsegwenzi tad-dnub, id-Dnub tad-Dinja (Dnub Oriġinali)
b.
L-Eżodu: Yahweh, Alla li jeħles
mill-jasar u joffri ħelsien sħiħ permezz tal-Patt. c. Ġesú Kristu: il-milja tar-Rivelazzjoni u tas-Salvazzjoni; evidenza storika ta’ Ġesú f’dokumenti mhux insara u fl-Evanġelji; Ġesú bħala ir-rivelazzjoni sħiħa tal-proġett ta’ Alla għall-iżvillup uman. It-tweġiba tal-bniedem lil Ġesú: deċiżjoni għall-ħajja jew mewt.
|
3.
Komunitá ta’ Salvazzjoni a. Il-Knisja: il-Poplu Ġdid ta’ Alla, il-Ġisem ta’ Krist, is-Sagrament ta’ l-għaqda tagħna ma’ Alla u bejnietna. L-Ispirtu s-Santu jibni l-Knisja permezz ta’ Kariżmi u Ministeri; il-Ġerarkija (Papa, Isfqijiet, Saċerdoti); Ħajja Reliġjuża. Il-bnedmin kollha huma msejħa biex ikunu parti mill-Knisja: Ekumeniżmu u Missjoni;kif l-Insara għandhom ikun membri vera u ħajja tal-Knisja.
b.
Il-Missjoni tal-Knisja: i. Fil-Knisja u permezz tagħha, Kristu jkompli il-ħidma tiegħu ta’ rikonċiljazzjoni. Is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni ma’ Alla u bejnietna. ii. Fil-Knisja u permezz tagħha, Kristu jkompli jiċċelebra l-Għid il-Ġdid, jibni il-Komunitá Nisranija: il-ħelsien tal-Poplu l-Ġdid ta’ Alla u l-Patt il-Ġdid fid-Demm ta’ Kristu; attitudnijiet xierqa għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Il-Ħadd bħala Jum il-Mulej. iii. Fil-Knisja u permezz tagħha, Kristu jkompli l-ħidma tiegħu li jfejjaq il-firdiet soċjali, politiċi u razzjali u jagħti ħelsien sħiħ lill-persuna umana; il-prinċipji tat-tagħlim soċjali tal-Knisja; l-involviment tan-Nisrani fil-promozzjoni tal-Jeddijiet tal-Nniedem u tal-Paċi bħala ċittadini tal-pajjiż u tad-dinja kollha.
|