Il-ktejjeb ta’ talb li l-Papa Franġisku qassam b’don lill-familji fi Pjazza San Pietru waqt l-Angelus tal-Ħadd 14 ta’ Diċembru 2014 issa jinsab ukoll bil-Malti u hu disponibbli għal dawk il-parroċċi li jixtiequ jqassmuh lill-familji u t-tfal tagħhom.

Fil-ktejjeb ta’ erbgħin faċċata, maħruġ fil-format pocket size, hemm miġbur talb sempliċi meħud mill-Bibbja, mil-liturġija, mit-Tradizzjoni Nisranija, mill-kitbiet tal-qaddisin u minn fuq fomm il-poplu.  Fost l-oħrajn, il-Papa Franġisku jissuġġerixxi metodu sabiħ ta’ talb fuq il-ħamest iswaba’ ta’ l-id.  Hu ktejjeb utli ħafna biex jitqassam fi żmien ir-Randan jew it-Tberik ta’ l-Għid.

Min jixtieq jixtri kopja jew iżjed, jista’ jikkuntattja l-Uffiċċju Parrokkjali tal-Bażilika ta’ San Ġorġ, Għawdex (info@sangorg.org).

 

Ara werrej hawn taħt  ...