IL-KREDU TA' l-APPOSTLI

 

Jiena nemmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art;

u f’Ġesú Kristu, Ibnu wieħed Sidna;

li kien konċeput mill-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Verġni;

bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilat, sallbuh, miet u difnuh;

niżel bejn l-imwiet, mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet;

tela’ fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin ta’ Alla l-Missier, li jista kollox;

minn hemm għandu jiġi biex jaħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin.

Nemmen fl-Ispirtu s-Santu;

il-Knisja Mqaddsa Kattolika, ix-Xirka tal-Qaddisin;

il-maħfra tad-dnubiet;

il-qawma ta’ l-imwiet;

il-ħajja ta’ dejjem.  Amen

 

 

Il-Kredu mhux biss talba ta’ devozjoni, imma huwa stqarrija tal-Fidi Nisranija.

Leġġenda qadima kienet tgħid li dan inkiteb mill-Appostli dak in-nhar ta’ Pentecoste.  Minkejja li minn din il-leġgenda llum baqa’ biss l-isem, madankollu l-artikli kollha tal-fidi li nistqarru fil-Kredu, insibu referenza għalihom f’kitbiet insara ta’ l-ewwel żminijiet – jew fil-kotba tat-Testment il-Ġdid stess, inkella f'kitbiet oħra ta’ l-ewwel Missirijiet tal-Knisja.