KELMA TAL-ĦAJJA OTTUBRU 2018 - ĦARĠA 1810

“JEKK LILKOM IMEXXIKOM L-ISPIRTU, M’INTOMX TAĦT IL-LIĠI” (GAL 5,18).

L-appostlu San Pawl kiteb ittra lill-insara tal-Galazja, post li llum insibuh fiċ-ċentru tat-Turkija, fejn hu stess kien wasslilhom l-aħbar tal-Vanġelu u għalhekk huma tant kienu għal qalbu.

F’din il-komunità kien hemm xi wħud li kienu jgħidu li l-insara kellhom jobdu dak kollu li kienet tgħid il-liġi Lhudija, biex hekk jogħġbu `l Alla u jsalvaw ruħhom. Iżda Pawlu kien jisħaq li m’għadniex aktar “taħt il-Liġi” għax Ġesù stess, Bin Alla u s-Salvatur tal-bnedmin kollha, meta miet u rxoxta, sar għal kulħadd triq li tieħu għand il-Missier. Il-fdi tagħna fiH tiftħilna qalbna għall-azzjoni tal-Ispirtu stess t’Alla, li jmexxina ft-toroq ta’ ħajjitna.

Għalhekk, skont Pawlu, mhux qed nitkellmu aktar fuq li “ma nosservawx il-Liġi”, iżda fuq li ngħixuha sal-aħħar billi nħallu l-Ispirtu jmexxina.

Ftit aktar ‘il quddiem insibu li Pawlu kiteb: “Il-liġi kollha tinġabar f’liġi waħda: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek” (Gal 5,14). Infatti, fl-imħabba nisranija għal Alla u għall-proxxmu, insibu l-libertà u r-responsabbiltà ta’ wlied: aħna msejħin biex bħal Ġesù nħobbu `l kulħadd, inkunu aħna l-ewwel li nħobbu, inħobbu lill-oħrajn bħalna nfusna, saħansitra `l min inqisuh bħala għadu tagħna.

“JEKK LILKOM IMEXXIKOM L-ISPIRTU, M’INTOMX TAĦT IL-LIĠI”.

L-imħabba li tiġi mingħand Alla tħeġġiġna nkunu nies responsabbli fil-familja tagħna, fuq il-post tax-xogħol u kulfejn inkunu. Aħna msejħin nibnu rabtiet ta’ paċi, ġustizzja u legalità.
 

Il-liġi tal-imħabba hi pedament mill-aktar sod tal-ħajja tagħna fs-soċjetà, kif tirrakkonta Marija, għalliema minn Pariġi: “Jien ngħallem fi skola li tinsab `il barra minn Pariġi, f’żona fqira fejn l-istudenti ġejjin minn kulturi differenti. Infasslu
proġetti u naħdmu f gruppi, fejn jien u sħabi ngħixu flimkien bħal aħwa u hekk l-istudenti jemmnuna meta nipproponu dan il-mudell ta’ aħwa flimkien. Tgħallimt ma nistenniex riżultati minnufih, anki meta student jibqa’ ma jinbidilx. L-importanti hu li nibqa’ nemmen fih u nibqa’ miexja miegħu filwaqt li nistmah u nagħmillu l-qalb. Kultant naħseb li mhu ser jirnexxili nasal imkien; drabi oħra jkolli prova tanġibbli li r-rabtiet li nibni jħallu l-frott, kif ġara ma’ waħda mill-istudenti waqt lezzjoni meta din ma bdietx tieħu sehem b’mod kostruttiv. Bil-kalma u b’deċiżjoni fssirtilha li, biex ngħixu b’mod armonjuż, kulħadd irid jagħti sehemu.
 

Wara, din l-istudenta kitbitli hekk: “Jiddispjaċini tal-imġiba tiegħi, inwiegħdek li ma nerġax. Naf li inti tistenna mingħandna azzjonijiet konkreti u mhux kliem biss, u jien irrid nagħmel ħilti biex ngħix hekk. Inti persuna li qed tgħaddilna
l-valuri ġusti u r-rieda li nirnexxu” 1.

“JEKK LILKOM IMEXXIKOM L-ISPIRTU, M’INTOMX TAĦT IL-LIĠI”.

L-għixien tal-imħabba mhuwiex sempliċement frott tal-isforzi li nagħmlu aħna. Il-qawwa, biex inkunu dejjem aktar ħielsa mill-jasar tal-egoiżmu u ngħixu l-imħabba, tiġi mill-ispirtu li hu mogħti lilna u li aħna nistgħu nitolbu għalih il-ħin
kollu. Chiara Lubich kitbet hekk: “Hija l-imħabba li tmexxina, li tissuġġerilna kif inwieġbu għas-sitwazzjonijiet u għall-għażliet li aħna msejħin nagħmlu. Hija l-imħabba li tgħinna nagħrfu t-tajjeb mill-ħażin. Hija l-imħabba li tqanqalna
nfttxu l-ġid tal-oħrajn. Aħna m’aħniex immexxija minn barra, imma minn dak il-prinċipju ta’ ħajja ġdida li l-Ispirtu sawwab ġewwa fna. Qalbna, moħħna, il-forzi u l-ħiliet kollha tagħna jkunu jistgħu “jimxu skont l-Ispirtu”, għax l-imħabba
tagħmilhom ħaġa waħda u aħna npoġġuhom għad-dispożizzjoni sħiħa tal-pjan li Alla għandu għalina u għas-soċjetà. Aħna liberi li nħobbu” 2 .

Letizia Magri

 

1: “Għalliema fs-subborgi ta’ Pariġi” – xhieda mogħtija minn Maria A. (Pariġi) – “La grande attrattiva del tempo presente”, Castel Gandolfo, 3 ta’ Marzu 2018 (żur is-sit www.focolare.org).

2: C. Lubich, “Quella voce ‘dentro”, fuq «Città Nuova» 50 (2006/10), pġ. 9.