Kelma tal-Ħajja MARZU 2014

  

“Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fimħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta Missieri u qiegħed fimħabbtu” (Ġw 15, 10).

Dan hu kliem meħud mid-diskors twil li nsibuh fir-raba Vanġelu (ara Ġw 13,31-17,26) u li Ġesù għamel lill-appostli tiegħu wara l-aħħar Ċena. Minn dan il-kliem joħroġ ċar li jekk aħna nħarsu l-kmandamenti tiegħu, aħna nibqgħu fl-imħabba. Dan il-kliem ifakkarna fdak li Ġesù kien għadu kemm qal lill-appostli: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi” (Ġw 14, 15). Minn dan nindunaw li l-imħabba tagħna għal Ġesù tħeġġiġna biex inħarsu l-kmandamenti tiegħu.

Għalhekk l-imħabba tagħna lejH twassalna biex inħarsu l-kmandamenti (u l-ħarsien tal-kmandamenti jżid l-imħabba tagħna għaliH). L-imħabba għal Ġesù tħeġġiġna ngħixu dejjem aħjar Kelmtu; fl-istess waqt l-għixien tal-Kelma jwassalna biex nibqgħu fl-imħabba tagħna lejH u nikbru fiha.

“Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fimħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta Missieri u qiegħed fimħabbtu”.

Mela, nibqgħu fimħabbtu. Imma Ġesù, xi jrid jgħid bdan il-kliem?

Mhemmx dubju, irid jgħid li meta aħna nħarsu l-kmandamenti, dan ikun is-sinjal u l-prova li aħna veri ħbieb tiegħu. Din hija l-kundizzjoni biex anki Ġesù jkun il-ħabib tagħna. Iżda jidher li hemm tifsira oħra u din hi li meta nħarsu l-kmandamenti tiegħu, fina tinbena dik l- imħabba li tiġi mingħand Ġesù. Hu jaqsam magħna l-istil tiegħu kif iħobb, li narawh fil-ħajja kollha tiegħu fuq din l-art: imħabba li kienet tagħmel il Ġesù ħaġa waħda mal-Missier u, fl-istess ħin, kienet tħeġġu biex isir ħaġa waħda ma kulħadd, l-aktar maż-żgħar, ma min hu dgħajjef u mwarrab mis-soċjetà.

L-imħabba ta’ Ġesù kienet tfejjaq kull ġerħa tar-ruħ u tal-ġisem, kienet tagħti l-paċi u l-ferħ lill-qlub kollha, kienet tmur lil hinn minn kull firda billi kienet tagħmel lil kulhadd aħwa u ħaġa waħda bejniethom.

Jekk ngħixu kliemu, Ġesù jgħix fina u jagħmel minna wkoll għodda ta mħabbtu.

“Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fimħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta Missieri u qiegħed fimħabbtu”.

Mela kif se ngħixu l-Kelma tal-Ħajja ta dan ix-xahar? Ngħixuha billi nżommu quddiem għajnejna u nħarsu dejjem il quddiem lejn fejn irridu naslu: ngħixu ħajja nisranija li ma tkunx kuntenta billi tagħmel l-inqas ħaġa li tista tagħmel, ħajja bierda li tħares il-kmandamenti minn barra biss, imma trid tkun ħajja ġeneruża. Hekk għamlu l-qaddisin, li huma l-Kelma tAlla ħajja.

Dan ix-xahar, ejjew nieħdu Kelma ta’ Ġesù, kmandament tiegħu, u nagħmlu ħilitna biex ngħixuh.

Peress li l-Kmandament il-Ġdid ta’ Ġesù (“Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien” – ara Ġw 15, 12) hu l-qalba, hu l-ġabra fil-qosor tal-kliem kollu ta’ Ġesù, ejjew ngħixuh b’ħilitna kollha.

 

Chiara Lubich