Kelma tal-Ħajja FRAR 2014

 

“Henjin dawk li huma safja fqalbhom, għax huma jaraw l Alla” (Mt 5, 8).

Ġesù jagħti bidu għall-predikazzjoni tiegħu bid-diskors tal-muntanja. Quddiem l-għadira ta Tiberijade, fuq għolja qrib Kafarnahum, bilqiegħda, kif kienu mdorrija jagħmlu l-għalliema, Ġesù jħabbar lill-folol min hu l-bniedem hieni. Fit-Testment il-Qadim niltaqgħu ħafna drabi mal-kelma “hieni”, li hi  tifħir għal min, bxi mod jew ieħor, kien jgħix il-Kelma tal-Mulej.

Il-beatitudnijiet ta’ Ġesù kienu jixbhu l dawk  li d-dixxipli kienu diġà jafu bihom. Imma huma bdew jisimgħu għall-ewwel darba li min hu safi fqalbu ma kienx biss jixraqlu jitla l-għolja tal-Mulej, kif insibu fis-Salm (ara S. 24, 4), imma seta saħansitra jara l Alla. Mela xsafa kienet dik li kien jixirqilha rigal bħal dan? Dan Ġesù fissru ħafna drabi fil-predikazzjoni tiegħu. Mela, ejjew infittxu nimxu warajh biex insiru nafu sew xinhi din is-safa.

“Henjin dawk li huma safja fqalbhom, għax huma jaraw l Alla”.

Qabel xejn, skont Ġesù, insibu mezz mill-aqwa biex nissaffew: “Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għidtilkom” (Ġw 15, 3). Mela mhumiex iċ-ċerimonji ritwali li jsaffuna, imma l-Kelma tAlla. Kliem Ġesù mhuwiex bħal kliem il-bnedmin. Ġesù jinsab preżenti fih, kif inhu preżenti mod ieħor fl-Ewkaristija. Kristu jidħol fina bil-ħila tal-Kelma, u sakemm aħna nħalluha taħdem, hi tagħmilna bnedmin ħielsa mid-dnub u għalhekk safja fqalbna.

Mela nkunu safja jekk ngħixu l-Kelma, kull Kelma ta’ Ġesù, li teħlisna mill-irbit tagħna u li aħna naqgħu fih jekk qalbna ma tkunx fAlla u fdak li jgħallem Hu. Dan l-irbit jista jkollu xjaqsam ma affarijiet, ma nies u magħna nfusna. Imma jekk qalbna tkun ħsiebha biss fAlla, l-affarijiet l-oħra jaqgħu kollha.

Biex jirnexxilna nagħmlu dan, tajjeb li matul il-ġurnata ntennu l Ġesù, lil Alla, il-kliem tas-Salm li jgħid hekk: “Int Mulej il-ġid waħdieni tiegħi” (S. 16, 2). Infittxu ntennu ta spiss dan il-kliem, l-aktar meta l-irbit li nħossu jkun irid ikaxkarna lejn stampi, sentimenti u ġibdiet li jistgħu jċajprulna d-dehra ta dak li hu tajjeb u jeħdilna l-libertà tagħna.

Nitħajru nħarsu lejn ir-riklami jew naraw ċerti programmi fuq it-televixin? Le, ejjew ngħidulu: “Int Mulej il-ġid waħdieni tiegħi”. Dan ikun l-ewwel pass biex noħorġu minna nfusna, billi nerġgħu niddikjaraw imħabbitna għal Alla. Bhekk nimxu l quddiem fis-safa.

Hemm xi persuna jew xi attività li jfixkluna u jidħlu bejna u bejn Alla u jħammġu r-rabta tagħna miegħu? Ikun wasal il-ħin li ntennulU: “Int Mulej il-ġid waħdieni tiegħi!”. Dan jgħinna nsaffu l-intenzjonijiet tagħna u nsibu mill-ġdid il-libertà ta’ ġo fina.

“Henjin dawk li huma safja fqalbhom, għax huma jaraw l Alla”.

Meta ngħixu l-Kelma aħna nsiru ħielsa u safja, għax il-Kelma hi mħabba. L-imħabba, bin-nar divin tagħha, issaffina, u ssaffi l-intenzjonijiet tagħna u dak kollu li jinsab ġewwa fina għax, kif tgħid il-Bibbja, fejn hemm l-għerf u r-rieda tagħna, hemmhekk hemm “qalbna”.

Imma hemm imħabba li Ġesù jrid minna u li biha nkunu nistgħu ngħixu din il-beatitudni. Din hi li nħobbu l xulxin, bimħabba li, kif għamel Ġesù, tkun lesta tagħti ħajjitha għal ħaddieħor. Din l-imħabba toħloq atmosfera li fiha l-aktar ħaġa li tolqtok hi s-safa, minħabba l-preżenza tAlla li hu biss jista joħloq fina qalb safja (Ara S. 50,12). Meta nħobbu l xulxin il-Kelma taħdem u bhekk nissaffew u nitqaddsu.

Il-bniedem waħdu m’andux il-ħila jirreżisti fit-tul kontra t-tiġrib tad-dinja. Iżda fl-imħabba ta bejnietna hu jsib ambjent bsaħħtu, ambjent li kapaċi jħarislu s-safa u l-ħajja nisranija vera.

“Henjin dawk li huma safja fqalbhom, għax huma jaraw l Alla”.

Il-frott ta din is-safa, li kull darba niksbuha mill-ġdid, hu li nkunu nistgħu “naraw” lil Alla; jiġifieri nifhmu dak li Hu jagħmel magħna f’ħajjitna u fl-Istorja tal-bnedmin, nisimgħu leħnu jidwi fqalbna, nindunaw bil-preżenza tiegħu li nsibuha fil-fqar, fl-Ewkaristija, fil-Kelma, fost dawk li jinħabbu bejniethom u fil-Knisja.

Bhekk aħna nkunu nistgħu ngawdu l-preżenza tAlla, li tibda minn din id-dinja “billi ngħixu bil-fidi u mhux bil-viżjoni (2 Kor 5, 7)”, sa ma narawh “wiċċ imbwiċċ” (1 Kor 13, 12) għal dejjem.

Chiara Lubich