Kelma tal-Ħajja DIĊEMBRU 2013

 

“Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd” (1 Tess 3,12).

 

Dan hu kliem li San Pawl kien imdorri juża biex jibgħat l-awguri lill-komunitajiet tiegħu u fl-istess ħin jitlob lill-Mulej grazzji speċjali għalihom (ara Ef 3,18; Fil 1,9 eċċ.).

Hawn hu qiegħed jitlob biex it-Tessalonikin jaqilgħu l-grazzja li jinħabbu bejniethom u biex din l-imħabba tibqa tikber. Dan il-kliem ma kitbux biex bħal speċi jwiddibhom, għax huma ma kinux jinħabbu bejniethom, imma għax ried ifakkarhom fliġi li nsibuha fl-imħabba nnifisha: li din trid dejjem tikber.

“Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd”.

Billi l-imħabba tinsab fil-qalba tal-ħajja nisranija, jekk din ma timxix il quddiem, il-ħajja kollha tan-nisrani tħoss dan l-effett, bir-riżultat li tibred sa ma tasal ukoll biex tintefa.

Mhux biżżejjed tifhem bmod ċar il-kmandament tal-imħabba tal-proxxmu u lanqas tibda tħoss entużjażmu kbir u ħeġġa meta tikkonverti għall-Vanġelu. Jeħtieġ tkabbar din l-imħabba u tibqa’ żżommha dejjem ħajja u attiva. Issa dan iseħħ jekk b’ġenerożità kbira nkunu dejjem lesti li naħtfu l-okkażjonijiet ta kuljum li toffrielna l-ħajja.

“Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd”.

Skont San Pawl il-komunitajiet insara jrid ikollhom dik il-freskezza u għożża ta familja vera.

Għalhekk nistgħu nifhmu l-intenzjoni tiegħu meta wissiehom biex joqogħdu attenti mill-perikli li kienu qed jhedduhom: l-individwaliżmu, is-superfiċjalità u l-medjokrità.

Imma San Pawl ried ukoll iħarishom minn periklu kbir ieħor, marbut ma dak ta qablu: li jintelqu u jgħixu ħajja ordnata u trankwilla, imma magħluqin fihom infushom.

Hu ried komunitajiet miftuħa, għax l-imħabba titlob lil dawk tal-istess twemmin li jħobbu l sħabhom u fl-istess ħin jgħinu l kulħadd; riedhom joqogħdu attenti għall-problemi u l-ħtiġiet ta kulħadd. Biex tħobb sew trid tagħraf tilqa lil kull persuna, twaqqa kull firda, tagħraf it-tajjeb li hemm fl-oħrajn, kif ukoll tgħaqqad ix-xewqat tiegħek u l-ħeġġa biex tagħmel il-ġid ma dawk kollha ta rieda tajba.

“Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd”.

Kif se ngħixu l-Kelma tal-ħajja ta dan ix-xahar? Aħna wkoll irridu nfittxu li nikbru fl-imħabba ta bejnietna fil-familji tagħna, fuq il-post tax-xogħol, fil-komunitajiet jew għaqdiet tagħna, fil-parroċċi, eċċ.

Din il-Kelma titlob minna mħabba mill-aktar kbira, jiġifieri mħabba li tagħraf tmur lil hinn mill-kejl medjokru u mill-ħafna ostakli li jiġu mill-egoiżmu fin tagħna. Biżżejjed naħsbu f’ċerti aspetti tal-imħabba (nittolleraw, nagħdru, nilqgħu lil xulxin, nieħdu paċenzja, inkunu lesti naqdu, inħennu għan-nuqqasijiet veri jew li jidhrilna li huma veri li aħna naraw fil-proxxmu tagħna, ngħinu lill-oħrajn bil-ġid tagħna, eċċ.) biex niskopru ħafna okkażjonijiet li fihom nistgħu ngħixuha.

Hija ħaġa ċara li jekk imbagħad, fil-komunità tagħna, ikun hemm din il-klima ta mħabba bejnietna, żgur li hi jirnexxilha tinfirex fuq kulħadd. Anki dawk li għadhom ma  skoprewx il-ħajja nisranija, iħossuhom miġbudin lejha u xejn ma trid li, bla ma jindunaw, jidħlu fiha sa ma jħossuhom huma stess parti minn din il-familja.

Chiara Lubich