LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

 

 

WARA TMINTAX-IL SENA

Monument Ħaj

għaċ-Ċentinarju tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali (1913-2013)

It-Tlieta 24 ta’ Settembru 2013, Mons Arċisqof Pawl Cremona OP ser jinawgura uffiċċjalment l-Adorazzjoni Ewkaristika Perpetwa.  Din se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju, il-Floriana, b’Quddiesa li tibda fis-6.30p.m. u wara ssir Proċessjoni bl-Ewkaristija għall-Kappella tal-Adorazzjoni Perpetwa fiċ-Ċentru Annunzjata, fi Triq Anton Agius.

Ikklikkja fuq ir-ritratt għal stampa akbar.

Aktar minn ħamsin sena ilu, is-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesu’ kienu fetħu il-Knisja tal-Ispirtu s-Santu fiz-|ejtun għall-Adorazzjoni tal-Ewkaristija b’mod perpetwu, iġifieri lejl u nhar, erbgħa w għoxrin siegħa kuljum, sebgħat ijiem fil-ġimgħa.  Is-Sorijiet kienu jieħdu siegħa kull wieħed, biex hekk jagħmlu katina ta’ adorazzjoni li ma taqtgħax.  Huma kienu joffru l-adorazzjoni u s-sagrifiċċji tagħhom għall-bzonnijiet tal-Knisja, magħmula l-aktar mil-lajċi, mill-familji u miz-zgħazagħ.  Izda, disgrazzjatament, illum ninsabu fi krizi ta’ vokazzjonijiet;  is-sorijiet kibru fl-eta’ u naqsu.  Għalhekk, dawn is-sorijiet ma setgħux ikomplu l-impenn tagħhom u din l-Adorazzjoni waqfet milli tkun perpetwa xi tmintax-il sena ilu.

Illum huwa z-zmien tal-lajċi.  Numru ta’ lajċi, fosthom anke zgħazagħ, qed iħossu l-bzonn illi, biex Malta tkun evanġelizzata mill-ġdid, u biex jerġa’ jitqajjem fostna l-Maltin l-ispirtu missjunarju u jerġa’ jkollna qawmien ta’ vokazzjonijiet ġodda, ta’ evanġelizzaturi ġodda, ta’ nies li saħansitra jikkonsagraw ħajjithom għall-evanġelizzazzjoni ġdida madwar id-dinja, terġa’ tinbeda l-Adorazzjoni Ewkaristika Perpetwa.  Ħafna lajċi, ġejjin minn diversi parroċċi minn madwar Malta, diġa bdew jagħmlu Siegħa Adorazzjoni fil-ġimgħa.

Għalhekk, mit-Tnejn 23 sal-Ġimgħa 27 ta’ Settembru se ssir Ġimgħa Ewkaristika li ser titmexxa minn Don Alberto Pacini, promotur internazzjonali tal-Adorazzjoni Perpetwa.  Don Alberto ġej mid-Djoċesi ta’ Ruma, fejn iservi bħala Rettur tal-Bazilika antika ta’ Sant’Atanasja.  Wara li għamlet sbatax-il sena magħluqa, illum din il-Bazilika ħdejn il-Foro Romano, hija ċentru ta’ spiritwalita’, ta’ formazzjoni u ta’ karita’, li tiġbed kwantita’ kontinwa ta’ nies madwar l-Ewkaristija.  Barra li se sservi bħala mument ta’ formazzjoni Ewkaristika, din il-Ġimgħa Ewkaristika se sservi biex issir sejħa għal dawk li jħossu li għandhom jieħdu sehem f’dan il-proġett, billi joffru Siegħa Adorazzjoni fil-ġimgħa, ħalli f’Malta jerġa’ jkun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika Perpetwa.  Dan għandu jkun bħal monument ħaj fl-okkazjoni taċ-Ċentinarju mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali illi l-Knisja Maltija għada kemm fakkret f’Ġunju li għadda.

Aktar informazzjoni:  Fr Paul Fenech  99802290, info@disciplesofjesus.org.mt

Ara t-test bl-Ingliż 

Ara il-poster bid-dettalji kollha tal-prgramm

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org      

 Li