L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 

 

 

Nidħol quddiem l-artal ta’ Alla.  Ħdejn Alla, il-ferħ ta’ żogħżiti.

Ħamis ix-Xirka, 2 ta' April 2015:

Waqt li segwejt il-filmat taċ-ċelebrazzjoni b’tifkira tal-Aħħar Ċena tal-Mulej, li l-Papa Franġisku kien għadu kif temm ftit mumenti qabel ġewwa faċilità korrettiva f’Ruma, serqitli l-attenzjoni din it-tifla ċkejkna u fakkritni fil-kliem tar-rit li bih is-saċerdot kien jibda l-quddiesa kif jasal f’taraġ l-artal.  Introibo ad altare Dei.  Nidħol ħdejn l-artal ta’ Alla.  Dak iż-żmien, l-abbati, f’isem il-komunità miġbura kien iwieġeb, Ad Deum qui laetifikat iuventutem meam.  Ħdejn Alla, li jferraħ żogħżiti.