L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi

Home  

Ikkuntattjana

 

Inħobbok Mulej

Oriġinarjament, is-silta 'Inħobbok Mulej' tinsab fis-cd "Lilek Irrid" maħrug mis-sorijiet Klarissi ta' Malta ftit tas-snin ilu. Il-kliem oriġinali ta' din is-silta huma miktubin minn Sr Claire Agnes Xerri filwaqt li l-mużika hija ta' Patrick Richard.

Wieħed faċilment jista' jagħraf li din is-silta bħal donnha tpoġġi fi kliem sempliċi dak li l-qalb tkun tixtieq tgħid lil Alla quddiem id-dixxerniment spiritwali. Din is-silta bħal tirrapreżenta storja ta' vokazzjoni fejn quddiem is-sejħa li Alla qiegħed jagħmlilha, l-awtriċi tagħmel minnha nnifisha għotja sħiħa lil Alla. Quddiem l-imħabba ta' dan Alla tagħna l-qalb tagħna wkoll tkun trid tistqarr, "Inħobbok Mulej!"

L-arranġament tal-cover version ta' din is-silta ħadu ħsiebu Br Roderick White, Analise Mifsud u Mirko Galea. Il-kantant huwa Br Roderick White, li bħalissa jinsab fil-formazzjoni reliġjuza mal-Franġiskani Kapuċċini. Il-backing vocalist hija Analise Mifsud. Il-cover version għandha lirika miżjuda miktuba mill-istess Roderick White. Mill-banda l-oħra, id-daqq tal-mużika sar minn Analise Mifsud (pjanu), Br Mark Scicluna (vjolin) u Br Roderick White (kitarra). Il-produzzjoni tal-cover version ħa ħsiebha Mirko Galea (Med Music Studio).

J'Alla kull min jisma' u jagħmel użu minn din is-silta jagħmel minnha esperjenza ta' talb.