laikos.org  

 

IL-KREDU TAL-APPOSTLI

Produzzjoni tas-Segretarjat għal-Lajċi

Fl-Ittra Appostolika, Porta Fidei, dwar is-Sena tal-Fidi, il-Papa Benedittu XVI jgħid li l-Kredu huwa kliem li fuqu hi mibnija l-fidi ta’ Ommna l-Knisja fuq il-pedament sod li hu Kristu l-Mulej.

Il-Kredu huwa l-istqarrija tal-Fidi tagħna, is-Simbolu tat-twemmin li nħaddnu. Il-Kredu huwa l-istqarrija bil-fomm ta’ dak li hemm fil-qalb u fl-intellet. Dak li rrid ngħix.

Il-filmat li hawn f’din il-paġna joffri ġabra tal-veritajiet tal-fidi nisranija hekk kif insibuhom miġbura fl-ewwel parti tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika.  Il-fidi nisranija hija twemmin f’Alla wieħed, li minnu ġej kollox u mingħajru ma sar xejn.  Minħabba f’hekk il-Kredu jitkellem kollu kemm hu dwar Alla.  U fejn jisemma il-bniedem jew id-dinja, dawn jissemmew f’relazzjoni ma’ Alla u l–pjan tiegħu għas-salvazzjoni tal-bniedem.

Spiss huwa mqassam fi tnax-il artiklu, imma l-artikli kollha tiegħu jiddependu mill-ewwel wieħed.  B’xi mod jew ieħor, huma kollha jfissru u jgħinuna nifhmu aħjar l-ewwel wieħed.

“JIENA NEMMEN F’ALLA, IL-MISSIER LI JISTA’ KOLLOX LI ĦALAQ IS-SEMA U L-ART”

 

.

L-Ewwel Paġna

Librerija

Riżorsi Awdjoviżivi Ikkuntattjana